LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • es17 pp. 7-17
  • Jannar

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Jannar
  • Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2017
  • Sottitli
  • Il-​Ħadd, 1 taʼ Jannar
  • It-​Tnejn, 2 taʼ Jannar
  • It-​Tlieta, 3 taʼ Jannar
  • L-​Erbgħa, 4 taʼ Jannar
  • Il-​Ħamis, 5 taʼ Jannar
  • Il-​Ġimgħa, 6 taʼ Jannar
  • Is-​Sibt, 7 taʼ Jannar
  • Il-​Ħadd, 8 taʼ Jannar
  • It-​Tnejn, 9 taʼ Jannar
  • It-​Tlieta, 10 taʼ Jannar
  • L-​Erbgħa, 11 taʼ Jannar
  • Il-​Ħamis, 12 taʼ Jannar
  • Il-​Ġimgħa, 13 taʼ Jannar
  • Is-​Sibt, 14 taʼ Jannar
  • Il-​Ħadd, 15 taʼ Jannar
  • It-​Tnejn, 16 taʼ Jannar
  • It-​Tlieta, 17 taʼ Jannar
  • L-​Erbgħa, 18 taʼ Jannar
  • Il-​Ħamis, 19 taʼ Jannar
  • Il-​Ġimgħa, 20 taʼ Jannar
  • Is-​Sibt, 21 taʼ Jannar
  • Il-​Ħadd, 22 taʼ Jannar
  • It-​Tnejn, 23 taʼ Jannar
  • It-​Tlieta, 24 taʼ Jannar
  • L-​Erbgħa, 25 taʼ Jannar
  • Il-​Ħamis, 26 taʼ Jannar
  • Il-​Ġimgħa, 27 taʼ Jannar
  • Is-​Sibt, 28 taʼ Jannar
  • Il-​Ħadd, 29 taʼ Jannar
  • It-​Tnejn, 30 taʼ Jannar
  • It-​Tlieta, 31 taʼ Jannar
Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2017
es17 pp. 7-17

Jannar

Il-​Ħadd, 1 taʼ Jannar

Dak li smajt mingħandi għaddih lil nies leali li, mill-​banda l-​oħra, ikunu kwalifikati biżżejjed biex jgħallmu lil oħrajn.—2 Tim. 2:2.

L-​indokraturi li jżuru l-​kongregazzjonijiet innotaw li ħafna anzjani għandhom bżonn iqattgħu iktar ħin f’li jħarrġu lil aħwa rġiel, iżgħar u ikbar fl-​età, biex jgħinu f’li jieħdu ħsieb il-​kongregazzjoni. Imma dan jistaʼ jkun diffiċli ħafna. Għala? Jekk int anzjan Kristjan, taf li hu importanti li tqattaʼ l-​ħin f’li tħarreġ lill-​aħwa rġiel. Taf li hemm bżonn taʼ iktar irġiel ħalli jgħinu biex il-​kongregazzjonijiet jibqgħu b’saħħithom issa u biex jappoġġaw lil kongregazzjonijiet ġodda fil-​futur. (Is. 60:22) Il-​Bibbja tgħid li għandek ‘tgħallem lil oħrajn.’ Minkejja dan, jistaʼ jkun diffiċli ssib il-​ħin biex tagħmel dan. Wara kollox, trid tieħu ħsieb il-​bżonnijiet tal-​familja tiegħek u trid taqlaʼ l-​ħobża taʼ kuljum. Ukoll, għandek tieħu ħsieb il-​bżonnijiet tal-​kongregazzjoni u affarijiet urġenti oħra. Imma hemm bżonn it-​taħriġ ħalli l-​aħwa rġiel ikunu jistgħu jagħmlu iktar fil-​kongregazzjoni. Kulħadd se jibbenefika meta jkun hemm iktar aħwa rġiel imħarrġin fil-​kongregazzjoni. w15 4/15 1:2, 3

It-​Tnejn, 2 taʼ Jannar

Timotju hu ibni maħbub u leali fil-​Mulej; u jfakkarkom fil-​metodi tiegħi.—1 Kor. 4:17.

Ħu li għadu kif ġie maħtur m’għandux għalfejn iħoss li meta jirċievi iktar responsabbiltà fil-​kongregazzjoni għandu bżonn jagħmel l-​affarijiet b’mod li hu totalment differenti mill-​mod kif kienu jsiru qabel. Ftakar li jkun hemm bidliet għax ikun hemm xi bżonn fil-​kongregazzjoni jew għax ikun hemm xi direzzjoni mill-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova. M’għandux jagħmel bidliet sempliċement għax hekk fettillu jagħmel. Jekk tiġi maħtur, kompli uża l-​metodi bbażati fuq il-​Bibbja taʼ dawk li jħarrġuk, u b’hekk tkun qed turi li tirrispetta lill-​anzjani tal-​esperjenza, u ħutek irġiel u nisa se jafdaw fik. Hekk kif issir iktar tal-​esperjenza, se tapplika bidliet li jistgħu jgħinu l-​kongregazzjoni ħalli ssegwi l-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova, li dejjem miexja ’l quddiem. U maż-​żmien, Ġeħova jistaʼ jgħinek tagħmel xogħlijiet akbar minn dawk li għamlu l-​anzjani li ħarrġuk.—Ġw. 14:12. w15 4/15 2:17

It-​Tlieta, 3 taʼ Jannar

“Se nagħtik id-​dehen u nistruwik dwar it-​triq li għandek taqbad. Se nagħtik pariri u nżomm għajnejja fuqek.”—Salm 32:8.

Is-​sitwazzjoni tiegħek tistaʼ tkun tant diffiċli għalik li tħossok bħal Pawlu u li jkollok bżonn tinħeles minn “ħalq l-​iljun.” (2 Tim. 4:17) Matul żminijiet bħal dawn, ikun importanti ħafna li tafda f’Ġeħova. Pereżempju, forsi qed tieħu ħsieb membru tal-​familja li hu marid serjament. Probabbilment int tlabt lil Ġeħova biex jgħinek tieħu deċiżjonijiet tajbin u biex tkun b’saħħtek. Ladarba għamilt dak li stajt f’dan ir-​rigward, issa tistaʼ tħoss xi ftit tas-​serħan meta tiftakar li Ġeħova jara u jifhem lilek u s-​sitwazzjoni tiegħek. Hu se jgħinek tissaporti u tkun leali lejh. Kultant għandu mnejn tħoss li Ġeħova mhux jgħinek. Forsi t-​tobba mhumiex qed jaqblu bejniethom dwar x’għandu jsir. Jew kont qed tittama li l-​qraba se jfarrġuk, imma minflok donnhom qed jagħmlu l-​affarijiet agħar milli huma. Dejjem strieħ fuq Ġeħova biex jagħtik is-​saħħa. Ibqaʼ ersaq qrib tiegħu. (1 Sam. 30:3, 6) Iktar tard, meta tirrealizza kif Ġeħova għenek, ir-​relazzjoni li għandek miegħu tkun iktar b’saħħitha. w15 4/15 4:10, 11

L-​Erbgħa, 4 taʼ Jannar

Intom iqfulu lil Satana.—1 Pt. 5:9.

Bħala qaddejja taʼ Ġeħova, m’aħniex imqarrqin f’li naħsbu li Satana ma jeżistix. Aħna nafu li x-​Xitan hu persuna reali. Kif nafu dan? Il-​Bibbja tgħidilna li Satana tkellem m’Eva permezz taʼ serp. (Ġen. 3:1-​5) Hu tkellem maʼ Ġeħova meta qajjem dubji dwar il-​motivi taʼ Ġob. (Ġob 1:9-​12) Satana pprova jħajjar lil Ġesù. (Mt. 4:1-​10) U wara li Ġesù sar Sultan fl-​1914, Satana beda “jiggwerra” kontra l-​midlukin li għadhom fuq l-​art. (Riv. 12:17) Ix-​Xitan qed ikompli b’din il-​gwerra billi jipprova jeqred il-​fidi tal-​midlukin u n-​nagħaġ oħrajn. Biex nirbħu l-​gwerra, irridu niġġieldu kontra Satana u nżommu l-​fidi tagħna b’saħħitha. Satana hu kburi ħafna. Dan l-​anġlu mill-​agħar ażżarda jisfida d-​dritt t’Alla li jmexxi, u hu pprova jġiegħel lil ħaddieħor iqim lilu flok lil Ġeħova. Allura hu l-​eżempju perfett tal-​kburija u l-​arroganza. Għaldaqstant, mod minnhom taʼ kif nistgħu niġġieldu kontra Satana hu billi nwarrbu l-​kburija u nkunu umli.—1 Pt. 5:5. w15 5/15 2:3, 4

Il-​Ħamis, 5 taʼ Jannar

“Ġeħova se jimsaħ id-​dmugħ mill-​uċuħ kollha.”—Is. 25:8.

Ġeħova wegħedna futur tal-​għaġeb. Meta naħsbu dwar dak iż-​żmien, inħossuna iktar ferħanin u nistgħu nrabbu l-​kuraġġ li għandna bżonn biex nibqgħu naqduh. Tistaʼ timmaġinak tagħmel l-​affarijiet li Ġeħova wiegħdek, kemm jekk se tkun fis-​sema u kemm jekk fuq l-​art? Jekk tħares ’il quddiem biex tgħix għal dejjem fuq l-​art, immaġinak taħdem mal-​ħbieb tiegħek biex tbiddel l-​art f’ġenna mill-​isbaħ. Dawk li qed imexxu x-​xogħol jimpurtahom minnek. In-​nies kollha taʼ madwarek iħobbu lil Ġeħova, l-​istess bħalma tħobbu int. Int f’saħħtek u mimli enerġija, u m’għandekx fuqiex tinkwieta. Tħossok ferħan se ttir għax tistaʼ tuża t-​talenti u l-​abbiltajiet tiegħek biex tgħin lil ħaddieħor u biex tonora lil Ġeħova. Forsi saħansitra qed tgħin lil dawk li ġew irxoxtati biex isiru jafu lil Ġeħova. (Ġw. 17:3; Atti 24:15) Meta timmaġina dawn l-​affarijiet, ma tkunx qed tibni kastelli fl-​arja. Dan kollu se jsir realtà minħabba dak li tgħid il-​Bibbja dwar il-​futur.—Is. 11:9; 33:24; 35:5-​7; 65:22. w15 5/15 3:15

Il-​Ġimgħa, 6 taʼ Jannar

“Il-​kap tal-​festa daq l-​ilma mibdul fi nbid.”—Ġw. 2:9.

Ġesù b’miraklu pprovda ħafna nbid mill-​aħjar, biżżejjed għal grupp kbir. (Ġw. 2:6-​11) Ġesù qatt m’uża l-​qawwa tiegħu għal raġunijiet egoistiċi. Aħseb dwar x’ġara meta x-​Xitan ittanta lil Ġesù biex ibiddel il-​ġebel f’ħobż. Ġesù rrifjuta li juża l-​qawwa tiegħu biex jibbenefika minnha hu stess. (Mt. 4:2-​4) Imma Ġesù kien lest li juża l-​qawwa tiegħu biex jgħin lil oħrajn. Kif nistgħu nimitaw l-​attitudni mhix egoistika tiegħu? Ġesù qal li għandna ‘nidraw nagħtu.’ (Lq. 6:38) Nistgħu nagħmlu dan billi nistiednu lil oħrajn biex jiġu d-​dar tagħna għal ikla. Nistgħu wkoll inqattgħu l-​ħin wara l-​laqgħa f’li ngħinu lil xi ħadd, pereżempju billi nisimgħu lil ħu jgħaddi t-​taħdita tiegħu. Jew forsi nistgħu ngħinu b’mod prattiku u nħarrġu lil oħrajn fil-​ministeru. Aħna nimitaw il-​ġenerożità taʼ Ġesù meta b’ħeġġa ngħinu lil oħrajn kull meta nkunu nistgħu. w15 6/15 1:3, 4, 6

Is-​Sibt, 7 taʼ Jannar

“Ħadd minn min jgħammar hemmhekk ma jgħid: ‘Jien marid.’”—Is. 33:24.

Jekk nibqgħu leali, jistaʼ jkun li jkollna l-​opportunità li nesperjenzaw wieħed mill-​akbar mirakli li qatt se jkun hawn, li ngħaddu ħajjin mit-​tribulazzjoni l-​kbira! Ftit wara Armageddon, se naraw ħafna iktar mirakli. F’dak iż-​żmien, kulħadd se jikseb saħħa perfetta. (Is. 35:5, 6; Riv. 21:4) Immaġinak tara lin-​nies jarmu n-​nuċċali, il-​bastun, il-​krozzi, is-​siġġu tar-​roti, u l-​hearing aid! Dawk kollha li jsalvaw minn Armageddon se jkollhom ħafna xogħol x’jagħmlu. Dawn huma l-​uħud li se jbiddlu l-​pjaneta sabiħa tagħna f’ġenna globali. (Salm 115:16) Illum, il-​‘folla l-​kbira’ tiġi inkuraġġita meta taqra dwar kif Ġesù fejjaq lill-​morda. (Riv. 7:9) Dawn il-​mirakli jsaħħu t-​tama mill-​isbaħ li niġu mfejqin kompletament fil-​futur. Ukoll, juruna kemm l-​ewwel Iben imwieled t’Alla tassew iħobb lill-​bnedmin. (Ġw. 10:11; 15:12, 13) Il-​mogħdrija taʼ Ġesù turi li Ġeħova tassew iħobb lil kull wieħed u waħda mill-​qaddejja tiegħu.—Ġw. 5:19. w15 6/15 2:16, 17

Il-​Ħadd, 8 taʼ Jannar

“Gwaj għall-​art u għall-​baħar, għax ix-​Xitan niżel għandkom u għandu rabja kbira, għax jaf li żmien qasir baqagħlu.”—Riv. 12:12.

Fl-​1914, faqqgħet il-​gwerra fl-​Ewropa u wara ftit infirxet mad-​dinja kollha. Minħabba l-​gwerra, kien hemm ħafna ġuħ. U sa tmiem il-​gwerra, fl-​1918, influwenza qerrieda qatlet iktar nies mad-​dinja kollha milli qatlet il-​gwerra nfisha. Dawn l-​affarijiet kollha kienu parti mis-​“sinjal” li ta Ġesù. Dan is-​sinjal ta prova li Ġesù sar Sultan fis-​sema fl-​1914. (Mt. 24:3-​8; Lq. 21:10, 11) F’dik is-​sena, hu “ħareġ jirbaħ u jtemm ir-​rebħa tiegħu.” (Riv. 6:2) Ġesù keċċa lil Satana u lid-​demonji tiegħu ’l barra mis-​sema u waddabhom ’l isfel lejn l-​art. Wara dan, bdiet isseħħ il-​profezija li għandna fl-​iskrittura tal-​lum. w15 6/15 4:13

It-​Tnejn, 9 taʼ Jannar

“Se ngħaddi għal viżjonijiet sopranaturali u rivelazzjonijiet tal-​Mulej.”—2 Kor. 12:1.

Inqas minn 100 sena wara li ġiet stabbilita l-​kongregazzjoni Kristjana, tfaċċat l-​apostasija, bħalma kien ġie mbassar. (Atti 20:28-​30; 2 Tess. 2:3, 4) Wara dak iż-​żmien, sar iktar u iktar diffiċli biex jiġu identifikati l-​aduraturi veri t’Alla. Għaddew 1,800 sena qabel ma Ġeħova uża lil Ġesù, li kien għadu kif ġie maħtur bħala Sultan, biex jidentifika min verament kien qed jaqdi lil Alla fit-​tempju spiritwali Tiegħu. Sas-​sena 1919, dawk li kienu approvati minn Alla u li kienu qed jaqdu fit-​tempju spiritwali tiegħu kienu ġew identifikati b’mod ċar. Kienu għamlu aġġustamenti ħalli l-​qima tagħhom tkun saħansitra iktar aċċettabbli għal Ġeħova. (Is. 4:2, 3; Mal. 3:1-​4) Għalhekk, bdiet titwettaq viżjoni li kellu l-​appostlu Pawlu ħafna mijiet taʼ snin qabel. Il-​viżjoni taʼ Pawlu tiġi deskritta fit-​2 Korintin 12:2-​4. F’dik il-​viżjoni, Ġeħova wera lil Pawlu xi ħaġa li kienet se teżisti fil-​futur. w15 7/15 1:6-​8

It-​Tlieta, 10 taʼ Jannar

“F’dak iż-​żmien in-​nies sewwa jiddu bħax-​xemx fis-​saltna taʼ Missierhom.”—Mt. 13:43.

Ħafna nies fil-​Kristjaneżmu jemmnu li l-​Kristjani se jittieħdu fis-​sema f’ġisem uman. Ukoll, jaħsbu li se jaraw lil Ġesù jirritorna b’mod viżibbli biex imexxi l-​art. Iżda, il-​Bibbja turi b’mod ċar li Ġesù se jirritorna b’mod inviżibbli meta tgħid: “Jidher fis-​sema s-​sinjal taʼ Bin il-​bniedem” u, Ġesù se jiġi “fuq is-​sħab tas-​sema.” (Mt. 24:30) Il-​Bibbja tgħid ukoll li “l-​laħam u d-​demm ma jistgħux jirtu s-​saltna t’Alla.” Għalhekk, dawk li jittieħdu fis-​sema jridu l-​ewwel ‘jitbiddlu, f’mument, f’ħakka t’għajn, matul l-​aħħar trumbetta.’ (1 Kor. 15:50-​53) Il-​midlukin leali li jkun għad hawn fuq l-​art se jinġabru flimkien f’daqqa. w15 7/15 2:14, 15

L-​Erbgħa, 11 taʼ Jannar

“F’nofs il-​kongregazzjoni se nfaħħrek.”—Salm 22:22.

Sala tas-​Saltna hi l-​post prinċipali fejn in-​nies jistgħu jiltaqgħu biex iqimu lil Ġeħova. Il-​laqgħat huma rigal minn Alla, u jgħinuna nsaħħu r-​relazzjoni tagħna miegħu. Waqt il-​laqgħat tagħna, l-​organizzazzjoni tiegħu tagħtina l-​inkuraġġiment u d-​direzzjoni li għandna bżonn. Huwa unur għalina li nkunu mistidnin minn Ġeħova u Ibnu biex kull ġimgħa nieklu mill-​“mejda taʼ Ġeħova.” (1 Kor. 10:21) M’għandna qatt ninsew kemm din l-​istedina hi speċjali! Ġeħova b’mod ċar jgħidilna li jridna nkunu fil-​laqgħat biex inqimuh u ninkuraġġixxu lil xulxin. (Ebr. 10:24, 25) Minħabba li nirrispettaw lil Ġeħova, aħna ma nitilfux il-​laqgħat għal xejn b’xejn. Inkunu qed nuru li aħna grati għal-​laqgħat tagħna meta nippreparaw għalihom u meta b’ħeġġa nipparteċipaw fihom. w15 7/15 4:3, 4

Il-​Ħamis, 12 taʼ Jannar

“Ibqgħu għassa.”—Mt. 24:42.

Hu importanti għalina li nibqgħu nistennew li t-​tmiem dalwaqt se jiġi. Ukoll, l-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova tibqaʼ tfakkarna biex ‘nistennew u nżommu dejjem f’moħħna l-​preżenza tal-​jum taʼ Ġeħova’ u biex nibqgħu ffokati fuq il-​wegħda taʼ Ġeħova tad-​dinja l-​ġdida. (2 Pt. 3:11-​13) Jekk is-​segwaċi taʼ Ġesù fl-​ewwel seklu kellhom bżonn jibqgħu jistennew il-​jum taʼ Ġeħova, mela kemm iktar għandna nistennewh aħna llum il-​ġurnata! Għala ngħidu hekk? Għax is-​sinjal li ta Ġesù juri li ilu jaqdi bħala s-​Sultan tas-​Saltna t’Alla mill-​1914 u juri wkoll li aħna qed ngħixu fl-​aħħar jiem, jew “il-​konklużjoni tas-​sistema.” Pereżempju, il-​kundizzjonijiet fid-​dinja sejrin mill-​ħażin għall-​agħar u l-​aħbar tajba tas-​Saltna qed tiġi ppritkata fid-​dinja kollha, eżatt bħalma bassar Ġesù. (Mt. 24:3, 7-​14) Ġesù ma qalx kemm kienu se jdumu l-​aħħar jiem, allura rridu nkunu lesti li t-​tmiem jistaʼ jiġi mil-​lum għal għada. w15 8/15 2:4, 5

Il-​Ġimgħa, 13 taʼ Jannar

“Tgħaxxaq b’Ġeħova bil-​kbir.”—Salm 37:4.

Fid-​dinja l-​ġdida, se jkollna kulma jkollna bżonn biex ingawdu l-​ħajja. Imma l-​akbar ferħ tagħna se jiġi mir-​relazzjoni mill-​qrib li se jkollna maʼ Ġeħova. (Mt. 5:3) Se jkollna ħafna x’nagħmlu fis-​servizz taʼ Ġeħova, u se nieħdu pjaċir naqduh. Għalhekk, meta npoġġu lil Ġeħova l-​ewwel f’ħajjitna issa, inkunu qed nippreparaw għall-​ħajja fid-​dinja l-​ġdida. (Mt. 6:19-​21) Kif nistgħu nieħdu saħansitra iktar pjaċir f’li naqdu lil Ġeħova? Mod wieħed hu billi nagħmlu l-​miri. Jekk għadek żgħir, aħseb bis-​serjetà dwar li tuża ħajtek biex taqdi lil Ġeħova. Għala ma tagħmilx xi riċerka fil-​pubblikazzjonijiet tagħna dwar it-​tipi differenti taʼ servizz full-​time? Tistaʼ tagħmel wieħed minn dawn bħala l-​mira tiegħek. Tkellem maʼ xi ħadd li qeda lil Ġeħova fis-​servizz full-​time għal bosta snin. Jekk tuża ħajtek biex taqdi lil Ġeħova, se tirċievi taħriġ li m’hemmx prezzu. Din l-​esperjenza se tgħinek taqdi lil Ġeħova fid-​dinja l-​ġdida. w15 8/15 3:13, 14

Is-​Sibt, 14 taʼ Jannar

“Il-​frott taʼ l-​ispirtu hu l-​imħabba.”—Gal. 5:22.

Aspetti oħra tal-​frott tal-​ispirtu huma l-​ħlewwa, ir-​rażan, u s-​sabar fit-​tul, jew il-​paċenzja. (Gal. 5:23) Dawn il-​kwalitajiet jistgħu jgħinu Kristjan matur ikampa waqt sitwazzjonijiet diffiċli mingħajr ma jsir frustrat. Jgħinuh ukoll biex jissaporti d-​diżappunti mingħajr ma jaqtaʼ qalbu. Fl-​istudju persunali tiegħu, Kristjan matur jibqaʼ jfittex għal prinċipji Bibliċi li jgħinuh ikun jaf x’inhu tajjeb u x’inhu ħażin. Imbagħad, meta juża l-​kuxjenza tiegħu li tkun imħarrġa fuq il-​Bibbja, se jkun jistaʼ jieħu deċiżjonijiet għaqlin. Kristjan matur hu umli, u għalhekk jemmen li l-​gwida u l-​livelli taʼ Ġeħova dejjem huma aħjar minn tiegħu. Hu jipprietka l-​aħbar tajba b’żelu u jagħmel kulma jistaʼ biex jgħin lill-​kongregazzjoni tibqaʼ magħquda. Ilna kemm ilna naqdu lil Ġeħova, kull wieħed u waħda minna jistaʼ jistaqsi lilu nnifsu: ‘Hemm bidliet li nistaʼ nagħmel f’ħajti biex nimita lil Ġesù iktar mill-​qrib? Hemm lok fejn nitjieb?’ w15 9/15 1:6, 7

Il-​Ħadd, 15 taʼ Jannar

“Int taʼ fidi żgħira, għala ddubitajt?”—Mt. 14:31.

Id-​dixxipli raw lil Ġesù miexi fuq il-​Baħar tal-​Galilija. Pietru sejjaħ lil Ġesù u staqsieh jekk setax jimxi fuq l-​ilma sa ħdejh. Meta Ġesù qallu biex jiġi ħdejh, Pietru niżel mid-​dgħajsa u beda jimxi lejh. Imma ftit wara li beda jimxi, Pietru beda jegħreq. Għala? Għax ħares lejn il-​maltempata u l-​mewġ u beda jibżaʼ. Pietru għajjat għall-​għajnuna u Ġesù malajr qabdu u qallu l-​kliem ikkwotat fl-​iskrittura tal-​lum. (Mt. 14:24-​32) Pietru kellu fidi b’saħħitha. Għala nistgħu ngħidu hekk? Meta Ġesù sejjaħlu, Pietru niżel mid-​dgħajsa u mexa fuq l-​ilma. Hu kien fiduċjuż li l-​qawwa t’Alla kienet se tagħtih l-​abbiltà li jimxi fuq l-​ilma, sewwasew kif ġara fil-​każ taʼ Ġesù. B’mod simili, meta Ġesù stidinna nsegwuh, aħna ddedikajna ruħna lil Ġeħova u tgħammidna. Għala? Għax għandna fidi kemm f’Ġeħova u kemm f’Ġesù u għax fdajna li se jgħinuna.—Ġw. 14:1; 1 Pt. 2:21. w15 9/15 3:1, 3

It-​Tnejn, 16 taʼ Jannar

“Hu qed iħares ruħ il-​leali tiegħu; minn id dawk mill-​agħar jeħlishom.”—Salm 97:10.

Missier li jħobb jipproteġi lill-​familja tiegħu mill-​periklu. Hekk jagħmel għalina Missierna, Ġeħova. Aħseb dwar dan: Bħalma tkun ħafif biex tipproteġi lil għajnejk għax huma prezzjużi għalik, hekk ukoll Ġeħova hu ħafif biex jipproteġi lin-​nies tiegħu għax huma prezzjużi għalih. (Żak. 2:8). Ovvjament, xi qaddejja taʼ Ġeħova, bħad-​dixxiplu Stiefnu u oħrajn bħalu, inqatlu minħabba li kienu leali. Ġeħova mhux dejjem iwaqqaf dan milli jiġri. Imma lin-​nies tiegħu jipproteġihom bħala grupp billi jwissihom dwar il-​modi differenti li Satana jipprova jqarraq bihom. (Efes. 6:10-​12) Aħna nsibu dawn it-​twissijiet fil-​Bibbja u l-​pubblikazzjonijiet tal-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova. Pereżempju, nitgħallmu biex ma nużawx ħażin l-​Internet, biex ma nħobbux il-​flus, u biex nevitaw films, kotba, jew logħob immorali u vjolenti għax dawn huma taʼ periklu għalina. B’mod ċar, Ġeħova jħobbna u jrid jipproteġina. w15 9/15 4:15, 17

It-​Tlieta, 17 taʼ Jannar

“Id Ġeħova ma qsaritx daqstant li ma tistax issalva.”—Is. 59:1.

Ġeħova għen lin-​nies tiegħu biex jiddefendu u jistabbilixxu b’mod legali l-​aħbar tajba. (Flp. 1:7) Pereżempju, meta xi gvernijiet ipprovaw iwaqqfu l-​ippritkar, aħna ddefendejna lilna nfusna fil-​qorti. Irbaħna minn tal-​inqas 268 każ fi qrati superjuri madwar id-​dinja, u 24 minnhom intrebħu fil-​Qorti Ewropea tad-​Drittijiet tal-​Bniedem mis-​sena 2000 ’l hawn. Huwa ċar li ħadd ma jistaʼ jwaqqaf l-​id t’Alla! (Is. 54:17) L-​ippritkar tal-​aħbar tajba li jsir madwar id-​dinja kollha jagħti iktar evidenza li għandna l-​għajnuna t’Alla. (Mt. 24:14; Atti 1:8) U l-​għaqda fost il-​qaddejja taʼ Ġeħova minn kull nazzjon tistaʼ tkun possibbli biss bl-​għajnuna taʼ Ġeħova. Din l-​għaqda hi unika! Anki n-​nies li ma jqimux lil Ġeħova jammettu: “Alla tassew qiegħed fostkom.” (1 Kor. 14:25) Għandna ħafna evidenza li Alla hu man-​nies tiegħu.—Is. 66:14. w15 10/15 1:13, 14

L-​Erbgħa, 18 taʼ Jannar

Tħobbux dak li hemm fid-​dinja.—1 Ġw. 2:15.

Il-​Bibbja twissina biex ma nużawx id-​dinja bis-​sħiħ. Dan jinkludi li ma nqattgħux ħin żejjed f’affarijiet li toffri d-​dinja. (1 Kor. 7:29-​31) Xi wħud minn dawn l-​affarijiet mhumiex ħżiena, imma jistgħu jaħlulna ħafna mill-​ħin tagħna. Pereżempju, forsi nieħdu pjaċir b’xi delizzju, naqraw kotba, naraw it-​televixin, naraw postijiet taʼ interess, immorru nixtru l-​ħwejjeġ, u nsiru nafu dwar l-​affarijiet elettroniċi jew lussużi tal-​aħħar. Ħafna jħobbu jiċċettjaw fuq l-​Internet, jibagħtu messaġġi jew e-​mails, jew il-​ħin kollu jiċċekkjaw l-​aħbarijiet jew ir-​riżultati tal-​isports. Xi wħud ma jkunux jistgħu joqogħdu mingħajr ma jagħmlu dawn l-​affarijiet. (Ekk. 3:1, 6) Jekk nużaw ħafna mill-​ħin tagħna f’affarijiet mhux essenzjali, forsi ma nkunux nistgħu nagħtu attenzjoni biżżejjed għal dak li hu l-​iktar importanti, jiġifieri l-​qima tagħna lil Ġeħova. (Efes. 5:15-​17) Satana jagħmel kulma jistaʼ biex jattirana lejn l-​affarijiet li għandu fid-​dinja tiegħu u biex jaljenana milli naqdu lil Ġeħova. Satana għamel dan fl-​ewwel seklu, u qed jagħmel dan saħansitra iktar illum il-​ġurnata. (2 Tim. 4:10) Allura, hemm bżonn li b’mod kontinwu neżaminaw kif inħossuna dwar l-​affarijiet tad-​dinja, kif tgħid l-​iskrittura tal-​lum. w15 10/15 3:7, 8

Il-​Ħamis, 19 taʼ Jannar

“Agħtina istruzzjonijiet dwar x’għandna nagħmlu.”—Mħ. 13:8.

Manogħa u martu kien se jkollhom iben. X’sorpriża mill-​isbaħ kienet dik! Meta qalet bl-​aħbar lil Manogħa, hu kien eċċitat ħafna. Imma ħaseb ukoll bis-​serjetà dwar xi stenna Ġeħova minnu bħala missier. Hu u martu kif setgħu jħarrġu lil binhom iħobb lil Ġeħova u jaqdih meta kien hemm tant nies fl-​Iżrael li kienu qed jagħmlu affarijiet ħżiena? Manogħa talab bil-​ħrara lil Ġeħova biex jerġaʼ jibgħat l-​anġlu tiegħu u qal: “Jekk jogħġbok, ħalli lir-​raġel taʼ l-​Alla l-​veru li għadek kif bgħatt jerġaʼ jiġi għandna u jagħtina istruzzjonijiet dwar x’għandna nagħmlu bit-​tifel li se jitwieled.” (Mħ. 13:1-​8) Jekk int ġenitur, probabbilment tifhem kif ħassu Manogħa. Int ukoll tħoss ir-​responsabbiltà li tgħin lil uliedek isiru jafu u jħobbu lil Ġeħova. (Prov. 1:8) Matul il-​qima bħala familja, tistaʼ tgħinhom jibqgħu jitgħallmu dwar Ġeħova u l-​Bibbja. Ovvjament, hemm bżonn li tagħmel iktar milli tistudja maʼ wliedek il-​Bibbja kull ġimgħa. (Dt. 6:6-​9) Int tistaʼ tħarreġ lit-​tfal isiru jħobbu u jaqdu lil Ġeħova. w15 11/15 1:1, 2

Il-​Ġimgħa, 20 taʼ Jannar

“Ara, Israeli fil-​veru sens tal-​kelma, li fih m’hemm ebda qerq.”—Ġw. 1:47.

Għalkemm ma tistax taqra l-​qalb bħal Ġesù, jistaʼ jkollok id-​dehen. Ġeħova jistaʼ jgħinek tfittex għall-​kwalitajiet tajbin taʼ wliedek. Anke jekk uliedek jiddiżappuntawk, qatt m’għandek tgħidilhom li huma nies ħżiena jew li dejjem jaqilgħu l-​inkwiet. Lanqas biss għandu jgħaddilek minn moħħok ħsieb bħal dan. Minflok, għidilhom li tistaʼ tara l-​kwalitajiet tajbin tagħhom u li int ċert li huma jridu jagħmlu dak li hu sew. Innota x’jagħmlu biex jitjiebu u faħħarhom taʼ dan. Għinhom jaħdmu fuq il-​kwalitajiet tajbin tagħhom billi tagħtihom iktar responsabbiltajiet meta jkun possibbli. Ġesù għamel dan mad-​dixxipli tiegħu. Sena u nofs wara li ltaqaʼ maʼ Natanjel, Ġesù tah responsabbiltà importanti. Għamel lil Natanjel appostlu, u Natanjel b’lealtà għamel ix-​xogħol li tah Ġesù. (Lq. 6:13, 14; Atti 1:13, 14) Allura, minflok ma ġġiegħel lil uliedek iħossuhom li dak li jagħmlu qatt mhu tajjeb biżżejjed, faħħarhom u inkuraġġihom. Għinhom iħossu li jistgħu jferrħu lilek u lil Ġeħova u li jistgħu jużaw l-​abbiltajiet tagħhom biex jaqdu lil Ġeħova. w15 11/15 2:15, 16

Is-​Sibt, 21 taʼ Jannar

Qed jagħtu lil Alla servizz sagru lejl u nhar.—Riv. 7:15.

Fil-​bidu tal-​aħħar jiem fl-​1914, kien hemm biss madwar 5,000 qaddej t’Alla. Imqanqal mill-​imħabba għall-​proxxmu u bl-​għajnuna tal-​ispirtu qaddis t’Alla, dan il-​grupp żgħir t’aħwa midlukin ippritkaw l-​aħbar tajba tas-​Saltna minkejja l-​isfidi. X’kien ir-​riżultat? Illum, folla kbira taʼ nies bit-​tama li jgħixu għal dejjem fuq l-​art qed tinġabar. Hemm madwar 8,000,000 Xhud f’iktar minn 115,400 kongregazzjoni madwar id-​dinja, u n-​numru dejjem qed jiżdied. Pereżempju, iktar minn 275,500 Xhud ġdid tgħammdu fis-​sena taʼ servizz 2014, jew fi kliem ieħor kull ġimgħa tgħammdu 5,300. L-​organizzazzjoni tagħna tibqaʼ tikber għax għandna fidi f’Alla u naċċettaw il-​Bibbja bħala l-​Kelma mnebbħa tiegħu. (1 Tess. 2:13) Aħna nkomplu ngawdu l-​barka taʼ Ġeħova minkejja l-​mibegħda u l-​oppożizzjoni taʼ Satana.—2 Kor. 4:4. w15 11/15 4:12, 14, 16

Il-​Ħadd, 22 taʼ Jannar

“Il-​kelma t’Alla tagħna, din tibqaʼ għal dejjem.”—Is. 40:8.

Esperti tal-​Bibbja studjaw bir-​reqqa eluf taʼ manuskritti, partijiet taʼ manuskritti, u traduzzjonijiet antiki tal-​Bibbja. Wara li qabbluhom flimkien, sabu li kien hemm biss ftit versi li għandhom differenzi żgħar, u li dawn mhumiex sinifikanti. Imma l-​messaġġ tal-​Bibbja ma nbidilx. Studji bħal dawn jikkonvinċu studenti tal-​Bibbja sinċieri li l-​Bibbja li għandhom illum hi l-​Kelma mnebbħa taʼ Ġeħova. Minkejja l-​ħafna attakki kontra l-​Bibbja, din ġiet tradotta f’iktar minn 2,800 lingwa. Jiġifieri iktar minn kwalunkwe ktieb disponibbli llum. Għalkemm ħafna nies m’għandhomx fidi f’Alla, il-​Kelma tiegħu qed tkompli tkun l-​iktar ktieb fl-​istorja li ġie mqassam mad-​dinja. Għalkemm xi traduzzjonijiet tal-​Bibbja mhumiex daqstant faċli biex jinqraw jew mhumiex preċiżi ħafna, kważi kollha kemm huma jagħtu l-​messaġġ sempliċi taʼ tama u ħajja taʼ dejjem. w15 12/15 1:13, 14

It-​Tnejn, 23 taʼ Jannar

“Hemm min jitkellem bla ma jaħsibha qisu b’daqqiet taʼ sejf.”—Prov. 12:18.

B’dak li ngħidu nistgħu ntellgħu n-​nies is-​sema jew nistgħu nkissruhom. Ħafna nies fid-​dinja taʼ Satana jużaw “kliem taʼ mrar,” jew kliem kattiv, li hu bħal “vleġġa” jew “sejf” għax ikunu jridu jweġġgħu u jnikktu lil ħaddieħor. (Salm 64:3) Ħafna nies jitgħallmu jitkellmu b’dan il-​mod mill-​films u l-​programmi tat-​televixin li jaraw. Imma l-​Kristjani mhux se jgħidu xi ħaġa li hi ħarxa jew kattiva, lanqas biex idaħħqu. L-​umoriżmu hu xi ħaġa tajba u jistaʼ jagħmel dak li qed ngħidu jidher iktar interessanti. Imma qatt m’għandna nużaw sarkażmu kattiv, jiġifieri, li ngħidu xi ħaġa li se timbarazza jew saħansitra tweġġaʼ lil xi ħadd sempliċement biex indaħħqu n-​nies. Il-​Bibbja tikkmanda lill-​Kristjani biex ma ‘jgħajrux.’ Tgħid ukoll: “Ħa ma toħroġ minn fommkom ebda kelma mħassra, imma għidu dak li hu tajjeb biex jibni fejn ikun hemm bżonn, sabiex jagħmel il-​ġid lil min jisimgħu.”—Efes. 4:29, 31. w15 12/15 3:10

It-​Tlieta, 24 taʼ Jannar

“Jekk toqogħdu attenti li żżommu ’l bogħod minn dawn l-​affarijiet, jaħbtilkom tajjeb. Saħħa!”—Atti 15:29.

Għalkemm l-​aħħar kelma hi sempliċement mod ieħor kif tgħid ċaw, tfakkarna wkoll li hu normali li nkunu nixtiequ li jkollna saħħa tajba. Peress li aħna imperfetti, ma nistgħux nevitaw il-​mard kollu. U meta nimirdu ma nistennewx miraklu mingħand Ġeħova biex ifejjaqna. Imma nistgħu nħarsu ’l quddiem lejn żmien meta Alla se jfejjaqna għalkollox. F’​Rivelazzjoni 22:1, 2, l-​appostlu Ġwanni kellu viżjoni taʼ “ilma tal-​ħajja” u “siġar tal-​ħajja” li se jfejqu lil kulħadd. Dan ma jirreferix għal xi mediċina erbali li nistgħu nieħdu issa jew fid-​dinja l-​ġdida biex infiqu. Minflok, jirreferi għal dak kollu li se jagħmlu Ġeħova u Ġesù biex inkunu nistgħu ngħixu għal dejjem.—Is. 35:5, 6. w15 12/15 4:17, 18

L-​Erbgħa, 25 taʼ Jannar

“Aħna se niġu magħkom, għax smajna li Alla magħkom.”—Żak. 8:23.

Ġeħova qal li fi żmienna, “għaxart irġiel mill-​ilsna kollha tal-​ġnus se jaqbdu, iva, se jaqbdu tarf il-​libsa taʼ raġel Lhudi, u jgħidu: ‘Aħna se niġu magħkom, għax smajna li Alla magħkom.’” (Żak. 8:23) Il-​“Lhudi” jagħti stampa taʼ dawk li Alla dilek bl-​ispirtu qaddis. Dawn jissejħu wkoll “l-​Israel t’Alla.” (Gal. 6:16) L-​“għaxart irġiel” jagħtu stampa taʼ dawk li għandhom it-​tama li jgħixu għal dejjem fuq l-​art. Dawn jafu li Ġeħova bierek lil dan il-​grupp taʼ midlukin u jħossu li hu unur li jqimu lil Alla mal-​midlukin. Bħall-​profeta Żakkarija, Ġesù qal li n-​nies t’Alla kienu se jkunu magħqudin. Hu ddeskriva lil dawk li jħarsu ’l quddiem għal li jgħixu fis-​sema bħala “merħla żgħira” u dawk li jħarsu ’l quddiem għal li jgħixu fuq l-​art bħala “nagħaġ oħrajn.” Imma Ġesù qal li kollha kienu se jkunu “merħla waħda” u kienu se jsegwu lilu, ir-​“ragħaj wieħed.”—Lq. 12:32; Ġw. 10:16. w16.01 4:1, 2

Il-​Ħamis, 26 taʼ Jannar

“Fuq dawn l-​affarijiet komplu aħsbu.”—Flp. 4:8.

Għandna bżonn nipproteġu r-​relazzjoni tagħna maʼ Ġeħova. Aħna ngħixu fid-​dinja taʼ Satana u lkoll imperfetti, u allura hu faċli għalina li nibdew naħsbu u naġixxu bħal dawk fid-​dinja. Hu bħal meta nkunu qed ngħumu kontra l-​kurrent. Ikollna nużaw saħħitna kollha biex nagħmlu dan. Bl-​istess mod, irridu nagħmlu l-​almu tagħna biex nevitaw li niġu influwenzati mid-​dinja taʼ Satana. Allura, l-​ippritkar kif jipproteġina? Meta nitkellmu dwar Ġeħova u l-​Bibbja, niffokaw fuq affarijiet li huma importanti u tajbin, u mhux fuq affarijiet li se jdgħajfulna l-​fidi. L-​ippritkar isaħħaħ il-​fidi tagħna għax ifakkarna fil-​wegħdi t’Alla u fil-​livelli kollhom imħabba tiegħu. Jgħinna wkoll inżommu l-​kwalitajiet li għandna bżonn biex nipproteġu ruħna minn Satana u d-​dinja tiegħu. (Efes. 6:14-​17) Meta nibqgħu beżlin fl-​affarijiet spiritwali tagħna fil-​kongregazzjoni, inkunu protetti għax ma jkollniex ħin biex noqogħdu ninkwetaw iżżejjed fuq il-​problemi tagħna stess. w16.01 5:12, 13

Il-​Ġimgħa, 27 taʼ Jannar

“Il-​poplu tiegħek ikun il-​poplu tiegħi, u Alla tiegħek, Alla tiegħi.”—Rut 1:16.

Innota kemm kienet impressjonanti l-​imħabba taʼ Rut għal Ġeħova. Dan impressjona wkoll lil Bogħaż, li iktar tard faħħarha talli ‘fittxet il-​kenn taħt ġwinħajn Ġeħova.’ (Rut 2:12) Il-​kliem li uża Bogħaż għandu mnejn ifakkarna fil-​mod kif għasfur żgħir ifittex kenn taħt il-​ġwienaħ tal-​ġenituri tiegħu. (Salm 36:7; 91:1-​4) B’mod simili, Ġeħova pproteġa lil Rut bi mħabba u ppremjaha għall-​fidi tagħha. Rut qatt ma kellha raġuni biex jiddispjaċiha għad-​deċiżjoni li ħadet. Ħafna nies illum jitgħallmu dwar Ġeħova imma jagħżlu li ma jistkennux fih. Iżommu lura milli jiddedikaw ħajjithom lilu u milli jitgħammdu. Jekk tħossok bl-​istess mod, aħseb dwar għala qed iżżomm lura milli tieħu dan il-​pass. Kulħadd jaqdi lil xi alla jew ieħor. (Ġoż. 24:15) L-​iktar għażla għaqlija hi li taqdi lill-​Alla l-​veru. Meta tiddedika lilek innifsek lil Ġeħova, tkun qed turi li tafda li se jkun taʼ kenn għalik. U hu se jgħinek tkompli taqdih minkejja kwalunkwe problema li jistaʼ jkollok. Alla hekk għamel għal Rut. w16.02 2:6, 7

Is-​Sibt, 28 taʼ Jannar

Ħallini nsammru maʼ l-​art bil-​lanza darba biss, u ma nerġax nagħmillu hekk darbtejn.—1 Sam. 26:8.

Meta Abisaj ried joqtol lil Sawl, hu kien qed jipprova jkun leali lejn David. Imma minħabba li David kien jaf li kien ikun ħażin li jweġġaʼ “l-​midluk taʼ Ġeħova,” hu ma ħalliex lil Abisaj joqtol is-​sultan. (1 Sam. 26:9-​11) Dan jgħallimna lezzjoni importanti: Meta jkollna bżonn niddeċiedu lejn min irridu nkunu leali l-​ewwel, ikollna bżonn naħsbu dwar liema prinċipji Bibliċi jistgħu jgħinuna fis-​sitwazzjoni tagħna. Huwa naturali li nkunu leali lejn xi ħadd li nħobbu, bħal xi ħabib jew membru tal-​familja. Imma minħabba li aħna imperfetti, is-​sentimenti tagħna jistgħu jqarrqu bina. (Ġer. 17:9) Allura, jekk xi ħadd li nħobbu qiegħed jagħmel xi ħaġa ħażina u jitlaq mill-​verità, għandna niftakru li hu iktar importanti li nkunu leali lejn Ġeħova milli lejn kwalunkwe persuna oħra.—Mt. 22:37. w16.02 4:5, 6

Il-​Ħadd, 29 taʼ Jannar

Agħtu prova lilkom infuskom dwar x’inhi r-​rieda tajba u aċċettabbli u perfetta t’Alla.—Rum. 12:2.

Il-​Kristjani f’Ruma għala kellhom bżonn jagħtu lilhom infushom prova taʼ xi ħaġa li diġà aċċettaw? L-​eżempju taʼ Timotju jistaʼ jgħinek. Hu kien midħla sew tal-​Iskrittura għax ommu u nanntu kienu għallmuh mill-​Iskrittura. Però, Pawlu qal lil Timotju: “Kompli f’dak li tgħallimt u li emmint għax sirt konvint li hu minnu.” (2 Tim. 3:14, 15) Timotju kellu jkun konvint li l-​verità setgħet tinstab fl-​Iskrittura. Hu aċċettaha, mhux għax qalulu ommu u nanntu, imma għax irraġuna fuq dak li tgħallem u ħassu persważ minnu. (Rum. 12:1) Bl-​istess mod studju persunali bir-​reqqa jistaʼ jgħinek twieġeb mistoqsijiet, tneħħi d-​dubji, u ssaħħaħ it-​twemmin tiegħek.—Atti 17:11. w16.03 2:3, 4, 7

It-​Tnejn, 30 taʼ Jannar

Minn sena għal sena marru Ġerusalemm għall-​festa tal-​Qbiż. —Lq. 2:41.

Meta l-​Iżraelin marru għall-​festi tagħhom f’Ġerusalemm, ikkooperaw flimkien. Huma ppreparaw kulma kellhom bżonn għall-​vjaġġ. Imbagħad, ivvjaġġaw flimkien u għenu lil xulxin. Fit-​tempju, kulħadd kien ifaħħar u jqim lil Ġeħova flimkien. Illum, hekk kif nippreparaw għall-​ħajja fid-​dinja l-​ġdida, għandna nkunu magħqudin u nagħmlu kulma nistgħu biex nikkooperaw flimkien. Tistaʼ taħseb f’xi modi kif tistaʼ tagħmel dan saħansitra aktar? In-​nies fid-​dinja ma jaqblux bejniethom u saħansitra jiġġieldu dwar ħafna affarijiet. Imma aħna grati li Ġeħova għenna biex ikollna l-​paċi u biex nifhmu l-​verità! In-​nies tiegħu madwar id-​dinja qed jaqduh bil-​mod li jrid hu. U speċjalment f’dawn l-​aħħar jiem, in-​nies taʼ Ġeħova huma iktar magħqudin minn qatt qabel. Sewwasew bħalma pprofetizzaw Isaija u Mikea, aħna se nitilgħu lejn “il-​muntanja taʼ Ġeħova” flimkien. (Is. 2:2-​4; Mik. 4:2-​4) Kemm se nkunu ferħanin fil-​futur meta n-​nies kollha fuq l-​art ikunu ‘magħqudin flimkien b’mod armonjuż’ u jikkooperaw maʼ xulxin biex iqimu lil Ġeħova! w16.03 3:16, 17

It-​Tlieta, 31 taʼ Jannar

“Għal kollox hemm żmien stabbilit.”—Ekk. 3:1.

Jistaʼ jkun li xi anzjani jsibuha diffiċli biex iqattgħu l-​ħin f’li jħarrġu lill-​aħwa rġiel fil-​kongregazzjoni. Forsi huma jaħsbu: ‘Kwistjonijiet oħra fil-​kongregazzjoni huma iktar urġenti u jridu jiġu rranġati malajr kemm jistaʼ jkun. Imbilli ma nħarriġx lil oħrajn mill-​ewwel, il-​kongregazzjoni mhix se tiġi effettwata.’ Imma hu minnu dan? Veru, forsi hemm kwistjonijiet oħra li għandhom bżonn l-​attenzjoni t’anzjan bla telf taʼ żmien. Iżda, jekk toqgħod tiħodha bil-​lajma biex tibda tħarreġ lill-​aħwa rġiel, fil-​fatt jistaʼ jkun li tkun qed tagħmel ħsara lill-​kongregazzjoni. L-​anzjani għandhom jirranġaw kwistjonijiet importanti bla telf taʼ żmien. Jekk l-​anzjani jdumu biex jibdew iħarrġu lil oħrajn, illum jew għada, il-​kongregazzjoni mhix se jkollha biżżejjed aħwa rġiel imħarrġin biex jieħdu ħsieb il-​bżonnijiet kollha tagħha. Għalhekk, qatt taħseb li t-​taħriġ mhuwiex prijorità. L-​anzjani li huma interessati fil-​futur tal-​kongregazzjoni u li jieħdu l-​ħin biex iħarrġu lil oħrajn huma qaddejja għaqlin u huma taʼ valur għal ħuthom irġiel u nisa.—1 Pt. 4:10. w15 4/15 1:4, 6, 7

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja