Kif tuża dan il-ktejjeb
Fil-paġni li ġejjin, se ssib skrittura għal kull ġurnata u kummenti fuq dak il-vers. Għalkemm il-vers u l-kummenti jistgħu jinqraw fi kwalunkwe ħin, ħafna jsibu li jkun taʼ vantaġġ li jikkunsidrawhom filgħodu. Imbagħad, ikunu jistgħu jaħsbu dwar dawn il-ħsibijiet matul il-jum. Hu taʼ benefiċċju kbir li l-vers jiġi diskuss bħala familja. Il-familji taʼ Betel madwar id-dinja jagħmlu dan fil-ħin tal-kolazzjon.
Il-kummenti huma meħudin mill-ħarġiet tat-Torri tal-Għassa (w) t’April 2017 sa Marzu 2018. L-ewwel numri wara d-data tal-ħarġa tat-Torri tal-Għassa jirreferu għall-paġna/i f’dik il-ħarġa u n-numri taʼ wara jirreferu għall-paragrafi fejn jinsab il-materjal. (Ara l-eżempju t’hawn taħt.) Tistaʼ ssib iktar informazzjoni dwar is-suġġett fl-artiklu nnifsu. Biex tkun taf minn fejn jibda kull artiklu, ara t-tieni paġna taʼ dik il-ħarġa tat-Torri tal-Għassa.