LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wcg kap. 17 p. 82-p. 85
  • “Hi l-Iktar Imbierka Fost in-Nisa”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Hi l-Iktar Imbierka Fost in-Nisa”
  • B’Kuraġġ Għix Kif Jogħġob lil Alla
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Fittex Iktar
  • Aħseb Fuq Dak li Tistaʼ Titgħallem
  • Ħu l-Ħin Biex Taħseb Dwar Dawn il-Mistoqsijiet
  • Tgħallem Iktar
  • Mexxej ġdid u żewġ nisa kuraġġużi
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Żewġ Nisa Kuraġġużi
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Bil-fidi, Barak Ħarbat Armata b’Saħħitha
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • “Żgur Niġi Miegħek”
    B’Kuraġġ Għix Kif Jogħġob lil Alla
Ara Iżjed
B’Kuraġġ Għix Kif Jogħġob lil Alla
wcg kap. 17 p. 82-p. 85

17 ĠAGĦEL

“Hi l-Iktar Imbierka Fost in-Nisa”

Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata

SISERA kien kap taʼ armata b’saħħitha, imma hu ħarab lejn il-wied taʼ Ġeżragħel u ħalla lis-suldati tiegħu jmutu. Kienet diffiċli għal Sisera biex jemmen li l-armata b’saħħitha tiegħu, b’900 karru tal-gwerra, ġiet megħluba mill-Iżraelin li ma kellhomx karrijiet u armi tajbin daqs tagħhom. Għalhekk, ipprova jsib post fejn jistaħba. Hu ġera lejn it-tinda taʼ Ħeber il-Keni.

Is-soltu, il-Kenin kienu jappoġġjaw lill-Iżraelin. Il-ħbiberija li kellhom kienet tmur lura għal żmien Mosè, għax il-mara taʼ Mosè kienet tiġi mill-Kenin. Dawn in-nies kienu jgħixu fl-art taʼ Iżrael, imma Ħeber kien differenti mill-Kenin l-oħra. Hu kien jappoġġja lil Ġabin ir-re tal-Kangħanin u mhux lill-Iżraelin. Allura, peress li Sisera kien il-kap tal-armata tar-Re Ġabin, ħaseb li jekk imur jistaħba fit-tined taʼ Ħeber kienu se jipproteġuh. Imma wisq probabbli hu ma immaġinax li l-mara taʼ Ħeber, Ġagħel, ma kinitx se tappoġġjah.

Dak il-ħin kien hemm Ġagħel fit-tined imma Ħeber ma kienx qiegħed hemm. Meta rat lil Sisera ġej, kellha tiddeċiedi malajr x’għandha tagħmel. Hi kienet taf x’tip taʼ persuna hu Sisera u kemm kien kattiv. Ġagħel forsi ma kinitx taf x’qalet il-profetessa taʼ Ġeħova, Debora, li Sisera kellu jinqatel minn mara. Imma milli jidher, Ġagħel kienet taf x’riedha tagħmel Ġeħova. Kif nafu dan?

Ġagħel qiegħda bilwieqfa barra t-tinda tagħha u warajha hemm Sisera miexi lejha. Ġot-tinda hemm martell tal-injam.

Iktar tard, Ġeħova ggwida lil Debora biex tikteb għanja dwar kif Barak rebaħ lill-armata taʼ Sisera. F’dik l-għanja qalet: “Ġagħel mart Ħeber il-Keni hi l-iktar imbierka fost in-nisa; hi l-iktar imbierka fost in-nisa li jgħixu fit-tined.” Mela, Ġagħel ma kinitx xi mara giddieba jew mara kattiva bħalma jiddeskrivuha xi kritiċi. Minflok, hi kienet mara determinata u kuraġġuża li kienet lesta biex tiġġieled fil-gwerra taʼ Ġeħova. Bħalma għamlet Raħab, Ġagħel għażlet li żżomm man-naħa taʼ Ġeħova u mhux mal-għedewwa tiegħu. Hi kienet taf li Sisera kien wieħed mill-għedewwa taʼ Alla u li Ġeħova riedu jinqatel. Għalhekk, irrealizzat li kellha l-opportunità biex tagħmel dak li ried Ġeħova. Imma kif kienet se tagħmel dan?

Peress li Sisera kien suldat b’saħħtu u t’esperjenza, Ġagħel kienet taf li ma kellhiex biżżejjed saħħa biex tiġġieled kontrih. Ġagħel stidnitu fit-tinda tagħha biex jixrob xi ħaġa u jistrieħ. Għalhekk, Sisera daħal, imtedd, u mbagħad għattietu b’kutra. Meta talabha l-ilma, hi tatu l-ħalib. Hu qalilha biex toqgħod fid-daħla tat-tinda u jekk jiġi xi ħadd u jistaqsiha jekk kienx hemm raġel, hu riedha tigdeb u tgħidlu le. Imbagħad raqad fil-fond.

Alla għażel mara biex toqtol gwerrier kattiv

Ġagħel indunat li issa kien iċ-ċans biex toqtol lil Sisera. Għalhekk, qabdet musmar tat-tinda u martell tqil, magħmulin mill-injam u li x’aktarx kienet tużahom taʼ spiss, imbagħad, bil-mod il-mod resqet lejn il-gwerrier u niżlet għarkopptejha ħdejn rasu biex toqtlu. Kieku dak il-ħin Ġagħel ħadet żball, Sisera kien iqum u joqtolha b’mod krudili, imma hi ma ħadet l-ebda żball. Mingħajr ma qagħdet taħsibha, sammret il-musmar fil-ġenb taʼ rasu u b’hekk miet!

Mal-ħin, l-Imħallef Barak ġie jfittex lil Sisera. Ġagħel ħarġet barra biex tiltaqaʼ miegħu u qaltlu, “Ejja ħa nurik ir-raġel li qed tfittex.” Hekk kif daħal fit-tinda, hu ra li l-profezija li qalet Debora kienet twettqet: “Ġeħova se jagħti lil Sisera f’idejn mara.”

Barak u Debora kantaw għanja biex jiċċelebraw ir-rebħa tal-Iżraelin u fiha faħħru lil Ġagħel. Wara dan, Ġagħel ma reġgħetx issemmiet fil-Bibbja. Però, avolja għaddew iktar minn 3,200 sena, xorta għadna nitgħallmu mill-eżempju tal-għaġeb tagħha. Illum, in-nies t’Alla ma jiġġildux fi gwerer, la bl-armi u lanqas b’xi għodod oħra. Iżda aħna qed niġġieldu kontra l-influwenza taʼ Satana, id-demonji, u din id-dinja ħażina. U llum, iktar minn qatt qabel, għandna bżonn il-kuraġġ li wriet Ġagħel.

Aqra l-istorja mill-Bibbja:

  • Imħallfin 4:9, 11, 17-22; 5:24-31

Biex tiddiskuti:

Ġagħel kif uriet kuraġġ?

Fittex Iktar

  1. 1. X’affarijiet simili hemm bejn il-gwerra li ġġieled Sisera u l-gwerra t’Armageddon? U x’nitgħallmu minnhom? (w19.09 8-9 ¶3-6)

  2. 2. Ir-raġel taʼ Ġagħel, Ħeber, kien jissapportja lill-Kangħanin, l-għedewwa tal-Iżraelin. Imma Ħeber kif kien jiġi mill-Iżraelin? (it “Ħeber” Nru. 2-wcgr)

  3. 3. Ir-rebħa li kellhom l-Iżraelin fuq Sisera u Ġabin kif saħħet il-fidi tan-nies t’Alla ħafna snin wara? (w08 10/15 14-15 ¶12-15)

  4. 4. X’nistgħu nitgħallmu mill-mod kif Debora faħħret lil Ġagħel? (Imħ. 5:24; w15 8/1 15 ¶3-wcgr) A

Debora u Barak ikantaw l-għanja tar-rebħa waqt li Iżraelin oħra qed jiżfnu u jdoqqu t-tanburlini.

Stampa A

Stampa A

Aħseb Fuq Dak li Tistaʼ Titgħallem

  • Oħt li r-raġel tagħha mhux fil-verità meta jaf għandha bżonn turi kuraġġ bħalma wriet Ġagħel?

  • Ġagħel ma kinitx profetessa bħal Debora u lanqas suldat bħal Barak. Imma hi xorta għamlet kulma setgħet. Kif nistgħu nimitaw l-attitudni tagħha minkejja xi limitazzjonijiet li jistaʼ jkollna? B

    Grupp taʼ stampi: 1. Oħt kbira fl-età f’wheelchair qed tikteb kard u titfaʼ xi flus ġo envelop. 2. Koppja ferħanin qed jaqraw il-kard.

    Stampa B

  • B’liema modi oħra tistaʼ timita l-kuraġġ li wriet Ġagħel?

Ħu l-Ħin Biex Taħseb Dwar Dawn il-Mistoqsijiet

  • Din l-istorja x’tgħallimni dwar Ġeħova?

  • Din l-istorja kif inhi marbuta mal-iskop taʼ Ġeħova?

  • Meta Ġeħova jirxoxta lil Ġagħel x’nixtieq nistaqsiha?

Tgħallem Iktar

F’dan il-vidjow, innota kif l-eżempju taʼ Ġagħel immotiva żagħżugħa biex tagħti xhieda.

Imita lil Dawk Kuraġġużi u Mhux lill-Beżżiegħa!​—Lil Ġagħel u Mhux lin-Nies taʼ Meroż (1:40)

Ġagħel hi waħda mill-ħafna nisa li minnhom nistgħu nitgħallmu ħafna lezzjonijiet importanti. Aqra dwar ftit minnhom.

“Nisa fil-Bibbja​—X’Nistgħu Nitgħallmu Minnhom?” (ijwbq artiklu 161)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja