LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w91 11/15 p. 3
  • Saħħa u Hena—Jistgħu Jkunu Tiegħek?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Saħħa u Hena—Jistgħu Jkunu Tiegħek?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Materjal Simili
  • Saħħa u Hena—Kif Tistaʼ Ssibhom?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • It-Tfittxija għall-Hena
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Kif issib din it-triq
    Stenbaħ!—2018
  • Ferħ Veru f’li Naqdu lil Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
w91 11/15 p. 3

Saħħa u Hena—Jistgħu Jkunu Tiegħek?

MINN MINDU ilhom jeżistu rġiel u nisa imperfetti, huma dejjem ixxennqu għas-​saħħa u għall-​hena. Għalkemm dawn huma ċertament tnejn mill-​iktar xewqat importanti tal-​bniedem, huma wrew li ma setgħux jiġu milħuqin.

Il-bniedem ħela wisq ħin jaħseb dwar, u offra wisq pariri dwar, din it-​tfittxija. Dr. Dennis Jaffe għamel din l-​osservazzjoni: “Illum, il-​qofol għal saħħa u fejqan fit-​tul spiss ikun fuq kif iġġib ruħek int innifsek.” Abraham Lincoln darba kkummenta: “In-​nies ikunu henjin daqskemm jiddeċiedu huma li jkunu.” Taqbel int? Kemm verament tixtieqha l-​hena? Li takkwistaha kemm jiddependi milli jkollok is-​saħħa?

In-nies fittxew kullimkien għall-​hena, billi segwew dawk li kienu jidhru mogħdijiet li ma jintemmu qatt. Huma stħarrġu l-​filosofija, il-​psikoloġija, u l-​metafiżika. Fit-​tfittxija tagħhom għall-​hena, xi wħud esploraw ix-​xjenza, l-​arti, u l-​mużika. Iżda m’hemm ebda dubju li l-​parti l-​kbira tal-​vera hena hi relatata maʼ li jkollok is-​saħħa. “Jekk ikollok saħħtek, għandek kważi kollox,” qal riklam popolari fuq it-​televiżjoni.

Billi segwew dan il-​ħsieb, ħafna nies esploraw varjetà taʼ teoriji taʼ saħħa, kemm ortodossi kif ukoll mhux ortodossi. Kważi kull librerija pubblika turi l-​possibiltajiet bla tmiem taʼ terapiji taʼ dieta u forom taʼ kura. “Ħafna kotba ġew miktubin fuq is-​saħħa, minn żmien il-​brodu,” ikkommenta l-​famuż speċjalista tal-​qalb Dr. Paul Dudley White. “Wieħed mill-​aqwa kien Regiment of Helthe miktub madwar elf sena ilu.”

Minkejja dan kollu, din it-​tfittxija għal saħħa u hena kienet waħda taʼ diżappunt għall-​maġġoranza tal-​bnedmin. Jissorprendik dan, meta tikkunsidra kemm iċ-​ċivilizzazzjoni tagħna suppost li għamlet avvanz? B’mod ċar, ix-​xjenza ma neħħietx il-​mard, ix-​xjuħija, u l-​mewt.

Imma jissorprendik iktar kieku tkun taf li għad m’għandna ebda mod li bih nistgħu nkejlu l-​hena u ebda definizzjoni tajba taʼ x’inhi? F’lecture li fih ikkunsidra “Riflessjonijiet fuq il-​Hena,” Pierre Teilhard de Chardin ikkonkluda: “Għal sekli sħaħ dan kien is-​suġġett għal kotba bla għadd, stħarriġ, esperimenti individwali u kollettivi, wieħed wara l-​ieħor. u, jiddispjaċina ngħidu, kien hemm falliment sħiħ biex tintlaħaq l-​unanimità. Għal ħafna minna, fl-​aħħar mill-​aħħar, l-​unika konklużjoni prattika li tiġi minn din id-​diskussjoni kollha hi li huwa taʼ xejn li titkompla t-​tfittxija.”

Huwa dan kif tħossok int dwar il-​hena? Staqsi lilek innifsek xi ftit mistoqsijiet persunali imma bl-​onestà kollha. Inti verament hieni issa? Jew il-​vera hena tistaʼ tinstab biss fis-​sema? Hemm xi prospett ċert li nistgħu jkollna saħħa u hena, u saħansitra jkollna dawn hawn stess fuq l-​art?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja