LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w91 11/15 pp. 3-5
  • Saħħa u Hena—Kif Tistaʼ Ssibhom?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Saħħa u Hena—Kif Tistaʼ Ssibhom?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Saħħa u Hena—F’Kelma
  • Is-​Saltna, jew Gvern, t’Alla
  • Nistgħu Aħna Ngawdu Saħħa u Hena Issa?
  • Is-​Saħħa Tiegħek, Il-​Hena Tiegħek
  • Saħħa u Hena—Jistgħu Jkunu Tiegħek?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Kif Insibu l-Hena
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • It-Tfittxija għall-Hena
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Ferħ Veru f’li Naqdu lil Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
w91 11/15 pp. 3-5

Saħħa u Hena—Kif Tistaʼ Ssibhom?

IL-​BNIEDEM ilu li rrikonoxxa rabta mill-​qrib

bejn is-​saħħa u l-​hena. Hippocrates, li kien meqjus bħala “l-​missier tal-​mediċina,” stqarr: “Raġel għaqli għandu jikkunsidra li s-​saħħa hi l-​akbar barka li għandu l-​bniedem.” Il-​filosfu Ġermaniż Arthur Schopenhauer innota: “Iż-​żewġ egħdewwa tal-​hena tal-​bniedem huma l-​uġigħ u d-​dieqa.”

Fil-ktieb Anatomy of an Illness as Perceived by the Patient, Norman Cousins irrakkonta l-​esperjenza tiegħu f’li juża d-​daħq biex jikkombatti l-​marda serja li heddet lil ħajtu. Hu attribwixxa l-​fejqan tiegħu minn tal-​anqas parti minnu għal li kien jinfaqaʼ bid-​daħq meta kien jara films tad-​daħq. Tobba magħrufin bdew jinvestigaw il-​benefiċċju possibbli taʼ ċerti kimiċi, msejħin endorphins, li jinfirxu mal-​ġisem meta nidħqu. B’hekk nistgħu naraw il-​għerf tal-​proverbju mnebbaħ: “Qalb li hi ferriħija tagħmel ġid bħal wieħed li jfejjaq.”−Proverbji 17:22.

Iżda, għall-​kuntrarju, ir-​riċerkaturi sabu li s-​saħħa ma tiggarantixxix neċessarjament il-​hena, għax ħafna nies f’saħhithom huma mdejqin. Riċerka bbażata fuq risposti għal kwestjonarju u intervista taʼ ’l fuq minn 100,000 persuna ġiegħlet lil Jonathan Freedman jasal għall-​konklużjoni mhix mistennija li ’l fuq minn 50 fil-​mija tan-​nies li kienu mdejqin b’ħajjithom kienu bażikament f’saħhithom.

Saħħa u Hena—F’Kelma

Fejn, allura, għandna nfittxu għat-​taħlita taʼ saħħa u hena li ma tistax tinkiseb? Dehen interessanti ġie mogħti sekli ilu minn Konfuċju: “Gvern tajjeb jiggwadannja meta dawk li huma qrib jintgħamlu henjin, u dawk li huma ’l bogħod jiġu mħajrin.” Eqreb lejn żmienna, l-​istatista Thomas Jefferson ħabbar li l-​unika mira taʼ gvern hi “li jiżżgura l-​akbar grad taʼ hena possibbli għall-​massa ġenerali taʼ dawk assoċjati taħtu.”

Fil-fatt, spezzjoni mill-​qrib tirrivela li t-​tweġiba aħħarija għat-​tfittxija mill-​bniedem għal saħħa u hena tabilħaqq tiffoka fuq haġa waħda—gvern.

Matul is-​sekli, il-​bnedmin fittxew hemm—fil-​gvern—għall-​hena tagħhom. Per eżempju, Id-​Dikjarazzjoni tal-​Indipendenza tal-​Istati Uniti fiha dawn il-​famużi kelmiet: “Aħna nżommu dawn il-​veritajiet li jidhru b’mod evidenti, li l-​bnedmin kollha huma maħluqin indaqs, u li huma mżejnin mill-​Ħallieq tagħhom b’ċerti Drittijiet li ma jistgħux jitteħdulhom, li fost dawn hemm il-​Ħajja, il-​Libertà u t-​tfittxija għall-​Hena.” Innota li l-​gvern tal-​futur wiegħed lis-​sudditi tiegħu biss id-​dritt biex ifittxu l-​hena. Fejn għandu x’jaqsam mas-​saħħa, ħafna gvernijiet b’mod taʼ min jirrikmandah bdew programmi biex itejbu s-​saħħa taċ-​ċittadini tagħhom. Xorta waħda, ġeneralment is-​saħħa għall-​maġġoranza wriet li ma tistax tinkiseb.

Iżda xi ngħidu dwar gvern li jwiegħed li jipprovdi saħansitra iktar? Xi ngħidu jekk iwiegħed mhux biss it-​tfittxija għall-​hena imma l-​hena nfisha? U xi ngħidu jekk iwiegħed, mhux sigurtà fuq is-​saħħa, imma s-​saħħa nfisha? Ma taqbiżx kieku int bil-​ferħ li hawn jinsab il-​muftieħ aħħari għat-​tfittxija mill-​bniedem għal saħħa u hena?

Ħafna llum forsi jaħsbu li din hija ħolma mhix realistika, iżda gvern bħal dan huwa attwalment imbassar u deskritt fid-​dettal. Aħna nistgħu nsibu tagħrif taʼ min jorbot fuqu fil-​Bibbja Mqaddsa, u l-​gvern huwa s-​Saltna Messjanika t’Alla.

Is-​Saltna, jew Gvern, t’Alla

Il-​Bibbja taʼ spiss tilkellem dwar “is-​saltna t’Alla.” Imma din x’inhi verament? Webster’s New World Dictionary of the American Language jiddefinixxi “saltna” bħala “gvern jew pajjiż immexxi minn re jew reġina.” Fi kliem sempliċi, is-​Saltna t’Alla hija gvern, gvern irjali mmexxi mill-​Iben u Sultan midluk t’Alla, Ġesù Kristu. Eżattament kemm huwa importanti dan il-​gvern fil-​għan t’Alla? Ħalli l-​kliem taʼ Ġesù jwieġeb: “Ibqgħu, allura, fittxu l-​ewwel is-​saltna . . . Din l-​aħbar tajba tas-​saltna se tkun ippridkata fl-​art abitata kollha . . . [I]rrid inxandar l-​aħbar tajba tas-​saltna t’Alla għaliex għal dan jien kont mibgħut.... Is-​saltna t’Alla qed tiġi ddikjarata bħala aħbar tajba, u kull xorta taʼ persuna qiegħda tistinka bis-​sħiħ lejha.”—Mattew 6:33; 24:14; Luqa 4:43; 16:16.

Il-kelma “saltna” hija wżata ’l fuq minn mitt darba fir-​rakkonti tal-​Vanġelu tal-​ħajja taʼ Ġesù xi drabi b’mod speċifiku ħafna f’konnessjoni maʼ saħħa u hena. Innota Mattew 9:35: “Ġesù telaq għal mawra mal-​ibliet u l-​irħula kollha, igħallem fis-​sinagogi tagħhom u jippriedka l-​aħbar tajba tas-​saltna u jfejjaq kull xorta taʼ mard u kull xorta taʼ nuqqas taʼ saħħa.” Għalkemm Ġesù għaqqad il-​ksib taʼ saħħa mat-​tagħlim tiegħu dwar is-​Saltna, għandna ninnotaw li l-​fejqan tal-​mard kellu x’jaqsam mal-​ippridkar u t-​tagħlim tiegħu. Hu kien magħruf bħala “L-​Għalliem,” mhux “Dak li Jfejjaq.” (Mattew 26:18. Mark 14:14; Ġwann 1:38) Hu ma kienx jikkonċentra prinċipalment fuq li jfejjaq lin-​nies jew f’li jipprovdi kura għall-​morda. Dak li kien jikkonċernah primarjament kien dejjem is-​Saltna. Billi ħa ħsieb tan-​nuqqas taʼ saħħa tan-​nies, hu wera l-​mogħdrija kbira tiegħu u wera li hu kien approvat b’mod divin.

Il-fejqan minn Ġesù serva wkoll bħala ħarsa bil-​quddiem lejn ir-​restawrar tas-​saħħa umana li hu se jwettaq meta s-​Saltna t’Alla teżerċita kontroll sħiħ fuq l-​art. Dan huwa rinforzat bil-​viżjoni li hi deskritta f’​Rivelazzjoni 22:1, 2: “[U]rieni xmara taʼ ilma tal-​ħajja, ċar daqs il-​kristall, igelgel ’il barra mit-​tron t’Alla u tal-​Ħaruf ’l isfel f’nofs il-​mogħdija l-​wiesgħa tagħha. U fuq din in-​naħa tax-​xmara u fuq dik in-​naħa kien hemm siġar tal-​ħajja li jipproduċu tnax-il qatgħa taʼ frott, billi jagħtu l-​frott tagħhom kull xahar. U l-​weraq tas-​siġar kienu għall-​fejqan tal-​ġnus.”

Imma fejn se jkun possibbli għalina li ngawdu dan? Forsi jistaʼ jidher li ma jistax ikun li tistenna li fejqan meraviljuż bħal dan se jseħħ fuq l-​art. Ftakar, madankollu, il-​kliem taʼ Ġesù li inti stess forsi tennejt f’talba: “Ħa tiġi saltnatek. Ħa tintgħamel ir-​rieda tiegħek, kif fis-​sema, ukoll fuq l-​art.”−Mattew 6:10.

Fis-Saltna Messjanika t’Alla, allura, tinsab it-​tama tagħna li hi vera u taʼ min jorbot fuqha għal saħħa u hena fil-​futur. Tibqaʼ mistoqsija, iżda.

Nistgħu Aħna Ngawdu Saħħa u Hena Issa?

Saħansitra issa, li nsegwu l-​prinċipji tal-​Bibbja jistaʼ jgħinna biex ingawdu saħħa aħjar, flimkien maʼ iktar hena. Kif ġie muri taʼ spiss fil-​paġni taʼ dan il-​ġurnal, dawk li japplikaw il-​Bibbja fil-​ħajja tagħhom taʼ kuljum jiġu ġeneralment protetti mill-​problemi taʼ saħħa li jirriżultaw minn immoralità sesswali, tipjip, xorb żejjed, u abbuż taʼ drogi. Huma jġarrbu wkoll il-​benefiċċji taʼ ħajja iktar kalma u relazzjonijiet aħjar mal-​qraba u oħrajn.

Aħna diġà rajna, iżda, illi li jkollok is-​saħħa ma jirriżultax neċessarjament f’hena dejjiema. Kieku int xi jkollok bżonn biex tgawdi iktar hena?

Fir-riċerka msemmija qabel, Jonathan Freedman ikkunsidra dik il-​mistoqsija fil-​fond. Hu ħares lejn fatturi bħalma huma “Imħabba u Sess,” “Żgħożija u Età,” “Qliġħ u Edukazzjoni,” saħansitra “Belt u Raħal.” Forsi jinteressak tkun taf li hu sab li dawn il-​fatturi kellhom ftit li xejn effett fuq il-​hena bażika taʼ dak li jkun. Per eżempju, billi semma ċ-​ċirkustanzi taʼ nies li kellhom ħafna ġid materjali imma xorta waħda kienu mdejqin, hu kkonkluda: “Rajna li, ħaġa tal-​iskantament, la l-​qligħ u lanqas l-​edukazzjoni ma jidhru li għandhom xi sehem kbir fil-​hena.”

Il-konklużjonijiet tiegħu kienu jidwu lill-​kittieb għaref tal-​Bibbja, l-​appostlu Pawlu, li qal: “Jien tgħallimt, qiegħed f’liema stat qiegħed, biex inkun kuntent.” (Filippin 4:11, King James Version) Ftakar, ukoll, il-​kliem taʼ Ġesù: “Żommu għajnejkom miftuħin u għassu kontra kull xorta taʼ regħba għaliex saħansitra meta wieħed għandu abbundanza l-​ħajja tiegħu ma tirriżultax mill-​affarijiet li jippossjedi.”−Luqa 12:15.

Tabilħaqq, il-​Professur Freedman sab dan: “Żmien wara l-​ieħor, hekk kif inħarsu lejn stqarrijiet magħmulin minn nies imdejqin li jidhru li ma jonqoshom xejn, insibuhom jikkummentaw li ħajjithom nieqsa minn tifsir u direzzjoni.” Hu żied: “Jien inżomm lura milli nagħti ħafna importanza lil dan, imma tassew jidher li l-​valuri spiritwali jżejnu s-​sentimenti taʼ dak li jkun dwar ir-​realtà, waqt li nuqqas tagħhom xi ftit jew wisq jivvelena jew inaqqas minn kull ħaġa oħra.”

Fi żmienna naraw evidenza tal-​verità taʼ dawn l-​osservazzjonijiet. Ħares ħarsa madwarek. Ma tarax kważi lil kulħadd—xi wħud bi ftit, u oħrajn b’ħafna—jiġri wara l-​hena imma ma jgawdix wisq minnha? Veru, xi wħud qatgħu qalbhom u jgħixu f’disprament sieket, iżda ħafna jgħixu ħajjithom jagħqdu u jduru, jiġru wara, imma qatt ma jaqbdu verament, dak li qed jiġru warajh. Xi wħud jiżżewġu biex jakkwistaw il-​hena, saħansitra waqt li l-​ġar tagħhom qed jiddivorzja għall-​istess raġuni. Oħrajn jitqatlu bix-​xogħol, waqt li jerġaʼ oħrajn jagħtuha għal vaganzi twal li forsi jiswew ħafna flus. Kollha kemm huma qed ifittxu l-​istess mira li tibqaʼ taħrabilhom, biex ikunu f’saħħithom u henjin. Isibuha? Sibtha int?

Is-​Saħħa Tiegħek, Il-​Hena Tiegħek

Il-​fatt hu, int jistaʼ jkollok miżura kbira taʼ saħħa u hena issa. Dan kif?

Ċertament huwa għaqli li tipprova tieħu ħsieb saħħtek b’mod bilanċjat, bħal meta tapplika l-​parir prattiku tal-​Bibbja. Jgħin ukoll li tkun realistiku. Dan jinvolvi li tirrikonoxxi li l-​mard jistaʼ jiġi fuq l-​iġsma imperfetti tagħna, iżda aħna mhux se nkunu mgħakksin meta jiġri dan. Dan jistaʼ jinħtieġ iktar sforz biex tinżamm ħarsa ottimista hekk kif niffokaw fuq il-​wegħda taʼ saħħa perfetta fid-​dinja ġdida li ġejja.

Biex tara jekk għandekx xi grad raġonevoli taʼ hena issa, staqsi lilek innifsek dawn il-​mistoqsijiet: 1. Għandi jien essenzjalment kontroll sħiħ taʼ ħajti? 2. Qiegħed jien bażikament fil-​paċi miegħi nnifsi u maʼ dawk taʼ madwari? 3. Ġeneralment jien kuntent b’dak li nwettaq f’ħajti kif muri fid-​dawl tal-​Bibbja? 4. Il-​familja tiegħi u jien qegħdin nieħdu gost f’li nistgħu naqdu lil Alla?

Fil-biċċa l-​kbira l-​għażla hi f’idejna. Ħafna minna nistgħu bażikament inkunu f’saħħitna, u għandna l-​għażla biex inkunu henjin ukoll. Imma jrid jkollna miri spiritwali u mbagħad naħdmu biex inwettquhom. Ftakar il-​kliem taʼ Ġesù: “Fejn qiegħed it-​teżor tiegħek, hemm se tkun ukoll qalbek.” (Mattew 6:21) U għandna raġuni bbażata fuq il-​Bibbja biex inħarsu ’l quddiem lejn saħħa u hena saħansitra akbar taħt il-​ħakma perfetta tas-​Saltna Messjanika. Imbagħad saħħa u hena sħaħ jistgħu jkunu tagħna.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja