Ejja Għall-Konvenzjoni Distrettwali “Biżaʼ t’Alla”
IL-QADDEJJA taʼ Jehovah fi żmien l-antik kienu meħtiġin taħt il-Liġi taʼ Mosè li jinġabru flimkien tliet darbiet fis-sena għal ċerti festi. Dawn kienu okkażjonijiet henjin li jibnu spiritwalment.—Dewteronomju 16:16.
Fi żminijiet moderni l-qaddejja taʼ Jehovah bl-istess mod jinġabru flimkien tliet darbiet fis-sena: għall-jum taʼ assemblea speċjali, għas-circuit assembly taʼ jumejn, u għall-konvenzjoni distrettwali taʼ tlett jew erbat ijiem. Matul is-sena taʼ servizz 1994, ix-Xhieda taʼ Jehovah se jinġabru flimkien għall-Konvenzjoni Distrettwali “Biżaʼ t’Alla.”
Il-Kelma t’Alla ma tħalli ebda dubju dwar l-importanza tal-biżaʼ t’Alla. Dak ix-xorta taʼ biżaʼ huwa msemmi fiha xi 200 darba. Il-biża t’Alla huwa protezzjoni, kif jistaʼ jidher minn Proverbji 16:6: “Fil-biżaʼ taʼ Jehovah wieħed idur lil hinn mill-ħażen.” Iva, jintqalilna f’Salm 111:10 li l-biżaʼ t’Alla hu l-istess bidu taʼ l-għerf!
Jistaʼ jintqal li hemm żewġ aspetti tal-biżaʼ t’Alla. L-ewwelnett, biżaʼ bħal dan huwa mqanqal mill-imħabba. Aħna nibżgħu li ma nogħġbux lil Alla minħabba l-imħabba kbira tagħna lejh. (Proverbji 27:11) Jerġaʼ mbagħad, l-għerf min-naħa tagħna se jgħin biex jitnaqqax ġewwa fina l-biżaʼ t’Alla, ladarba aħna nafu li Alla hu “wkoll nar li jiblaʼ” għal kulmin jipprattika l-ħażen.—Ebrej 12:29.
Fil-Konvenzjoni Distrettwali tagħna “Biżaʼ t’Alla,” se nirċievu ħafna istruzzjoni u inkuraġġiment biex nikbru fil-biżaʼ t’Alla. Tagħlim bħal dan se jingħata permezz taʼ taħdidiet, eżempji prattiċi, u drama, kif ukoll l-irrakkontar taʼ esperjenzi.
Saħansitra bħalma l-Iżraeliti tal-qedem ġew ikkmandati biex ma jiġux għall-assembleat tagħhom b’idhom vojta, hekk ukoll aħna għandna nkunu rridu nikkontribwixxu s-sehem tagħna għall-ferħ u għas-suċċess tal-konvenzjonijiet tagħna. (Dewteronomju 16:17) Dan nistgħu nagħmluh billi nuru rispett lejn il-mejda taʼ Jehovah. Kif? Billi niġu fil-ħin, billi nagħtu attenzjoni sħiħa għal dak li jintqal minn fuq il-platform, billi b’qalbna kollha nkantaw l-għanjiet. M’għandniex naqbdu xi parlata jew nippassiġġaw lil hemm u ’l hawn matul il-programm. Irridu wkoll nikkontribwixxu sal-punt li hu possibbli billi minn rajna noffru s-servizzi tagħna. L-organizzazzjoni taʼ konvenzjoni tinkludi ħafna dipartimenti, li kollha kemm huma jinħtieġu personell biex imexxuhom. Irridu wkoll nagħmlu kontribuzzjonijiet taʼ flus sal-punt li bih Jehovah berikna.
Ħalli kull qaddej taʼ Jehovah jagħmel il-pjanijiet issa biex ikun preżenti għat-tlett ijiem kollha tal-Konvenzjoni Distrettwali “Biżaʼ t’Alla,” mill-għanja tal-ftuħ il-Ġimgħa fil-għodu sat-talba taʼ l-għeluq il-Ħadd wara nofs in-nhar. (w94 02/15)
Postijiet Fejn Se Jsiru L-Konvenzjonijiet Distrettwali 1994 Fil-Britannja u Fl-Irlanda
JUNE 10-12
JERSEY, C.I., Fort Regent Leisure Centre, St. Helier.
JUNE 24-26
BOURNEMOUTH, Bournemouth and Boscombe Athletic Football Club, Dean Court.
PLYMOUTH, Plymouth Argyle Football Club, Home Park.
JULY 1-3
LEEDS, Leeds United Football Club, Elland Rd.
LIVERPOOL, Everton Football Club, Goodison Park, Goodison Rd.
JULY 8-10
LONDON (Italian only), North London Assembly Hall, 174 Bowes Rd.
SUNDERLAND, Sunderland Football Club, Roker Park, Grantham Rd.
WOLVERHAMPTON, Wolverhampton Wanderers Football Club, Molineux Grounds, Waterloo Rd.
JULY 15-17
LONDON (Greek only), North London Assembly Hall, 174 Bowes Rd.
NORWICH, Norwich City Football Club, Carrow Rd.
PERTH, St. Johnstone Football Club, McDiarmid Park, Crieff Rd.
SHEFFIELD, Don Valley Athletics Stadium, Attercliffe.
JULY 22-24
CARDIFF, Welsh National Rugby Ground, Cardiff Arms Park.
COVENTRY, Highfield Road Stadium, King Richard St.
LONDON (CRYSTAL PALACE), National Sports Centre, Norwood.
LONDON (TWICKENHAM) (Spanish also), Rugby Union Ground, Whitton Rd., Twickenham, Middx.
AUGUST 5-7
BRIGHTON, The Brighton Centre, Kings Rd.
SEPTEMBER 9-11
MALTA, New Dolman Hotel Conference Centre, Qawra, St. Paul’s Bay.
JULY 8-10
NAVAN, Navan Exhibition Centre, Trim Rd.
JULY 15-17
NAVAN, Navan Exhibition Centre, Trim Rd.
JULY 22-24
NAVAN, Navan Exhibition Centre, Trim Rd.