LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w95 5/1 pp. 14-19
  • Il-Jum li Qiegħed ‘Jaqbad Bħal Kalkara’

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Jum li Qiegħed ‘Jaqbad Bħal Kalkara’
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Hu Jehovah Xi Alla Krudil?
  • “[I]x-Xemx” Tiddi
  • Programm Edukattiv Grandjuż
  • Min Se Jibqaʼ Ħaj fil-Jum taʼ Jehovah?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Punti Prinċipali mill-Ktieb taʼ Malakija
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Il-Jum taʼ Jehovah li Jispira l-Biżaʼ Huwa Qrib
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • Se Tkun Int Leali Bħal Elija?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
w95 5/1 pp. 14-19

Il-​Jum li Qiegħed ‘Jaqbad Bħal Kalkara’

“Ħares! ġej il-​jum li qiegħed jaqbad bħall-​kalkara.”—MALAKIJA 4:1.

1. Liema mistoqsijiet iqumu f’konnessjoni maʼ Malakija 4:1?

MATUL dawn l-​aħħar jiem, henjin huma dawk li l-​ismijiet tagħhom Jehovah jagħżel li jikteb fil-​ktieb tiegħu taʼ tfakkira. Imma x’ngħidu dwar dawk li jonqsu milli jikkwalifikaw għal dak il-​privileġġ? Kemm jekk huma ħakkiema jew sempliċement nies komuni, kif se jfendu jekk jittrattaw lill-​proklamaturi tas-​Saltna t’Alla u lill-​messaġġ tagħhom bi stmerrija? Malakija jitkellem dwar jum taʼ rendikont. F’kapitlu 4, vers 1, naqraw: “‘Għax, ħares! ġej il-​jum li qiegħed jaqbad bħall-​kalkara, u l-​prużuntużi kollha u dawk kollha li qegħdin jagħmlu l-​ħażen iridu jsiru bħal qasbija. U l-​jum li ġej ċertament li se jiblagħhom,’ Jehovah taʼ l-​armati qal, ‘sabiex dan ma se jħallilhom la għerq u lanqas fergħa.’”

2. Liema deskrizzjoni grafika tal-​ġudizzju taʼ Jehovah hija mogħtija minn Eżekjel?

2 Profeti oħrajn ukoll iqabblu l-​iġġudikar tal-​ġnus minn Jehovah mas-​sħana tikwi taʼ kalkara. Kemm japplika b’mod xieraq Eżekjel 22:19-22 għall-​iġġudikar minn Alla tas-​setet tal-​Kristjaneżmu apostat! Dan jinqara: “Dan huwa dak li l-​Mulej Sovran Jehovah qal, ‘Għar-​raġuni li lkoll kemm intom sirtu bħal ħafna gagazza xkumata, għalhekk hawn jien qiegħed niġborkom flimkien . . . Bħalma jinġabru l-​fidda u r-​ram u l-​ħadid u ċ-​ċomb u l-​landa f’nofs kalkara, sabiex jiġi minfuħ fuqha bin-​nar biex jiġi kkaġunat tidwib, hekk se niġborhom flimkien fir-​rabja tiegħi u fid-​dagħdigħa tiegħi, u se nonfoħ u nġegħilkom tiddewbu. U se nġibkom flimkien u nonfoħ fuqkom bin-​nar tal-​qilla tiegħi, u tridu tkunu mdewbin f’nofsha. Bħal fit-​tidwib tal-​fidda f’nofs kalkara, hekk intom se tkunu mdewbin f’nofsha; u se jkollkom tkunu tafu li jien innifsi, Jehovah, sawwabt id-​dagħdigħa tiegħi fuqkom.’”

3, 4. (a) Liema stqarrija ipokrita għamel il-​kleru? (b) X’inhu r-​rekord t’għajb tar-​reliġjon?

3 Tixbieha potenti tabilħaqq! Il-​kleru li fittxew li jevitaw l-​użu taʼ l-​isem taʼ Jehovah, saħansitra billi jidgħu b’dak l-​isem qaddis, iridu jiffaċċjaw dak il-​jum taʼ rendikont. B’mod prużuntuż, isostnu li huma u l-​alleati politiċi tagħhom se jistabbilixxu s-​Saltna t’Alla fuq l-​art, jew almenu se jagħmlu l-​art post addattat għas-​Saltna.

4 Il-​Kristjaneżmu apostat ngħaqad maʼ ħakkiema politiċi f’li jiġġieled gwerer terribbli. L-​istorja tiddokumenta l-​Kruċjati taʼ żminijiet medjovali, il-​konverżjonijiet inforzati taʼ l-​Inkwiżizzjoni Spanjola, il-​Gwerra taʼ Tletin Sena li qerdet parti sostanzjali mill-​Ewropa fis-​seklu 17, u l-​Gwerra Ċivili Spanjola tas-​snin tletin, miġġielda biex tissalvagwardja l-​Kattoliċiżmu fi Spanja. L-​akbar tixrid taʼ demm ġie biż-​żewġ gwerer dinjin tas-​seklu tagħna, meta Kattoliċi u Protestanti ħadu sehem fi ġlied bla rażan, billi bla diskriminazzjoni biċċru lil kredenti sħabhom kif ukoll lil dawk taʼ reliġjonijiet oħrajn. Iktar riċenti, kien hemm ġlied qattiel bejn Kattoliċi u Protestanti fl-​Irlanda, bejn fazzjonijiet reliġjużi fl-​Indja, u bejn gruppi reliġjużi fl-​ex-Jugoslavja. Il-​paġni taʼ l-​istorja reliġjuża huma wkoll imdemmijin minħabba l-​martirju t’eluf taʼ xhieda leali taʼ Jehovah.—Rivelazzjoni 6:9, 10.

5. Liema ġudizzju qiegħed jistenna lir-​reliġjon falza?

5 Ma nistgħux ma napprezzawx il-​ġustizzja taʼ l-​esekuzzjoni taʼ Jehovah li riesqa fuq Babilonja l-​Kbira, l-​imperu dinji taʼ reliġjon falza, flimkien maʼ dawk li jappoġġjawha. Din l-​esekuzzjoni hija deskritta f’Rivelazzjoni 18:21, 24: “Anġlu b’saħħtu rafaʼ ġebla bħal ġebla kbira taʼ mitħna u garaha fil-​baħar, billi jgħid: ‘Hekk b’tefgħa bil-​ħeffa sejra Babilonja l-​belt il-​kbira tiġi garata ’l isfel, u qatt iktar ma se tinstab mill-​ġdid. Iva, fiha nstab id-​demm tal-​profeti u tal-​qaddisin u taʼ dawk kollha li ġew imbiċċrin fuq l-​art.’”

6. (a) Min irid isir bħal qasbija, u għala? (b) Liema assiguranza hemm għal dawk li jibżgħu minn Jehovah?

6 L-​għedewwa kollha tat-​tjieba, u dawk li jżommu magħhom, “iridu jsiru bħal qasbija.” Il-​jum taʼ Jehovah se jaqbad f’nofshom bħal kalkara. “Ma se jħallilhom la għerq u lanqas fergħa.” F’dak il-​jum taʼ rendikont, tfal żgħar, jew friegħi, se jiġu ttrattati b’mod ġust skond l-​istima li Jehovah jagħmel taʼ l-​għeruq tagħhom, il-​ġenituri tagħhom, li jindokraw lil dawn it-​tfal. Ġenituri mill-​agħar ma se jkollhom ebda nisel li jipperpetwa l-​mogħdijiet mill-​agħar tagħhom. Imma dawk li jeżerċitaw fidi fil-​wegħdi tas-​Saltna t’Alla m’humiex se jiġu mheżhżin. Ebrej 12:28, 29 għalhekk jeżorta: “Ejjew inkomplu jkollna qalb tajba mhix mistħoqqa, li permezz tagħha nistgħu b’mod aċċettabbli nagħtu lil Alla servizz sagru bil-​biżaʼ t’Alla u reverenza profonda. Għax Alla tagħna hu wkoll nar li jikkonsma.”

Hu Jehovah Xi Alla Krudil?

7. L-​imħabba taʼ Jehovah kif tidħol fil-​ġudizzju tiegħu?

7 Ifisser dan li Jehovah hu Alla krudil u vendikattiv? ’Il bogħod minn hekk! Fl-​1 Ġwann 4:8, l-​appostlu jistqarr verità fundamentali: “Alla hu mħabba.” Imbagħad, fil-​vers 16 iżid l-​enfasi, billi jgħid: “Alla hu mħabba, u dak li jibqaʼ fl-​imħabba jibqaʼ f’unjoni m’Alla u Alla jibqaʼ f’unjoni miegħu.” Huwa sforz l-​imħabba tiegħu għall-​umanità li Jehovah għandu l-​iskop li jnaddaf lil din l-​art mill-​ħażen kollu. Alla tagħna mimli mħabba u ħniena jiddikjara: “Bħalma jien ħaj, . . . jien nitgħaxxaq, mhux bil-​mewt tal-​wieħed mill-​agħar, imma b’li xi ħadd mill-​agħar idur lura mill-​mogħdija tiegħu u attwalment jibqaʼ jgħix. Dur lura, dur lura mill-​mogħdijiet ħżiena tiegħek, għax għala għandek tmut?”—Eżekjel 33:11.

8. Ġwanni kif enfasizza l-​imħabba, u madankollu wera wkoll lilu nnifsu li hu Bin ir-​Ragħad?

8 Ġwanni jirreferi għal a·gaʹpe, imħabba bi prinċipju, iktar spiss mit-​tliet kittieba tal-​Vanġelu l-​oħrajn flimkien, u madankollu f’Mark 3:17, Ġwanni nnifsu hu deskritt bħala ‘Bin ir-​Ragħad.’ Kien b’ispirazzjoni minn Jehovah li dan Bin ir-​Ragħad kiteb il-​messaġġi apokaliptiċi taʼ l-​aħħar ktieb tal-​Bibbja, Rivelazzjoni, li jagħti stampa taʼ Jehovah bħala dak Alla li jesegwixxi ġustizzja. Dan il-​ktieb huwa mimli b’espressjonijiet taʼ ġudizzju, bħalma huma “l-​magħsar il-​kbir taʼ l-​inbid tar-​rabja t’Alla,” “[i]s-sebaʼ bwieqi tar-​rabja t’Alla,” u “l-​korla t’Alla li Jistaʼ Kollox.”—Rivelazzjoni 14:19; 16:1; 19:15.

9. Ġesù liema espressjonijiet għamel dwar il-​ġudizzji taʼ Jehovah, u kif kienu mwettqin il-​profeziji tiegħu?

9 Il-​Mulej tagħna Ġesù Kristu, li hu “x-​xbiha taʼ dak Alla inviżibbli,” iddikjara bil-​qlubija l-​ġudizzji taʼ Jehovah waqt li kien hawn fuq l-​art. (Kolossin 1:15) Per eżempju, hemm is-​sebaʼ gwajiet taʼ Mattew kapitlu 23 li hu pproklama direttament kontra l-​ipokriti reliġjużi taʼ żmienu. Hu kkonkluda dak il-​ġudizzju taʼ kundanna b’dan il-​kliem: “Ġerusalemm, Ġerusalemm, il-​qattiela tal-​profeti u ħaġġara taʼ dawk mibgħutin lilha,​—kemm-il darba ridt niġbor lit-​tfal tiegħek flimkien, bil-​mod li qroqqa tiġbor il-​flieles tagħha flimkien taħt ġwenħajha! Imma intom ma ridtux dan. Ħares! Darkom hija abbandunata lilkom.” Sebgħa u tletin sena wara, ġudizzju ġie esegwit mill-​armata Rumana taħt il-​Ġeneral Titus. Kien jum mimli biżaʼ, profetiku taʼ dak li se jagħti prova li jkun l-​iktar jum li jispira l-​biżaʼ fl-​esperjenza umana kollha​—il-​jum taʼ Jehovah, li dalwaqt jiżbroffa.

“[I]x-Xemx” Tiddi

10. “[I]x-xemx taʼ tjieba” kif iġġib ferħ lill-​poplu t’Alla?

10 Jehovah jgħarraf li se jkun hemm min isalva mill-​jum tiegħu. Hu jirreferi għal dawn f’Malakija 4:2, billi jgħid: “Għalikom li qegħdin fil-​biżaʼ taʼ ismi x-​xemx taʼ tjieba ċertament li se tiddi, b’fejqan fil-​ġwienaħ tagħha.” Dik ix-​xemx taʼ tjieba m’hija ħadd ħlief Ġesù Kristu nnifsu. Hu d-​“dawl [spiritwali] tad-​dinja.” (Ġwann 8:12) Hu kif jiddi? Jitlaʼ b’fejqan fi ġwenħajh​—l-​ewwel fejqan spiritwali, li nistgħu nesperjenzawh saħansitra llum, u mbagħad, fid-​dinja l-​ġdida li ġejja, fejqan fiżiku għal nies mill-​ġnus kollha. (Mattew 4:23; Rivelazzjoni 22:1, 2) B’mod figurattiv, bħalma qal Malakija, l-​uħud imfejqin ‘se joħorġu u jmellsu l-​art bħal għoġġiela msemmnin’ li jkunu għadhom kif inħarġu mill-​istalla. X’ferħ se jiġi wkoll esperjenzat minn uħud irxoxtati li jiġu mqajmin bil-​prospett li jaslu għall-​perfezzjoni umana!

11, 12. (a) Liema destin jistenna lil dawk mill-​agħar? (b) In-​nies taʼ Jehovah kif ‘se jgħaffġu taħt saqajhom lill-​uħud mill-​agħar’?

11 Madankollu, x’ngħidu għal dawk mill-​agħar? F’Malakija 4:3, naqraw: “‘Intom ċertament li se tgħaffġu taħt saqajkom lill-​uħud mill-​agħar, għax se jsiru bħal għabra taħt il-​qigħan taʼ saqajkom fil-​jum li fih jien qiegħed naġixxi,’ Jehovah taʼ l-​armati qal.” Waqt li jgħasses lil dawk li jħobbuh, dak Alla Gwerrier tagħna se jkun kines l-​art għalkollox minn dawk l-​għedewwa tiranni, billi jeqridhom. Satana u d-​demonji tiegħu se jkunu ġew imrażżnin.—Salm 145:20; Rivelazzjoni 20:1-3.

12 In-​nies t’Alla ma jiħdux sehem fil-​qerda taʼ dawk mill-​agħar. Kif, allura, se ‘jgħaffġu taħt saqajhom lill-​uħud mill-​agħar’? Dan jagħmluh b’mod figurattiv billi jieħdu sehem f’ċelebrazzjoni kbira taʼ rebħa. Eżodu 15:1-21 jiddeskrivi ċelebrazzjoni bħal din. Din segwiet il-​qerda taʼ Farawni u l-​qtajja tiegħu fil-​Baħar l-​Aħmar. Bi twettieq taʼ Isaija 25:3-9, it-​tneħħija taʼ “l-​uħud tiranni” trid tiġi segwita permezz taʼ bankett taʼ rebħa f’konnessjoni mal-​wegħda t’Alla: “Hu attwalment se jiblaʼ l-​mewt għal dejjem, u l-​Mulej Sovran Jehovah ċertament li se jimsaħ id-​dmugħ mill-​uċuħ kollha. U t-​tkasbir tal-​poplu tiegħu se jneħħi mill-​art kollha, għax Jehovah innifsu qal dan. U f’dak il-​jum wieħed ċertament li se jgħid: ‘Ħares! Dan hu Alla tagħna. . . . Dan hu Jehovah. Aħna ttamajna fih. Ejjew inkunu mimlijin ferħ u nithennew bis-​salvazzjoni permezz tiegħu.’” F’dan hemm il-​ferħ, mhux il-​vendikazzjoni jew pjaċir bid-​deni taʼ ħaddieħor, imma eżaltazzjoni f’li naraw isem Jehovah imqaddes u l-​art imnaddfa għal għixien fil-​paċi minn umanità unita.

Programm Edukattiv Grandjuż

13. Liema edukazzjoni se sseħħ fl-​“art ġdida”?

13 F’Malakija 4:4, il-​Lhud ġew ammoniti biex ‘jiftakru . . . l-​liġi taʼ Mosè.’ Mela llum għandna bżonn insegwu “l-​liġi tal-​Kristu,” kif imsemmija f’Galatin 6:2. Dawk li jsalvaw minn Armageddon bla dubju se jiġu pprovduti b’iżjed struzzjonijiet ibbażati fuq din, u dawn jistgħu tabilħaqq ikunu miktubin fir-​“rombli” taʼ Rivelazzjoni 20:12 li se jinfetħu fi żmien l-​irxoxt. X’jum grandjuż se jkun dak hekk kif dawk il-​mejtin irxoxtati jiġu edukati biex jadottaw l-​istil taʼ ħajja taʼ l-​“art ġdida”!—Rivelazzjoni 21:1.

14, 15. (a) Elija taʼ żmien modern kif inhu identifikat? (b) Il-​klassi t’Elija liema responsabbiltà twettaq?

14 Dak se jkun estensjoni tax-​xogħol edukattiv li Jehovah irrefera għalih, bħalma huwa ddokumentat f’Malakija 4:5: “Ħares! Qiegħed nibgħatilkom lil Elija l-​profeta qabel il-​miġja tal-​jum il-​kbir u li jispira l-​biżaʼ taʼ Jehovah.” Min hu dak Elija taʼ żmien modern? Bħalma huwa muri f’Mattew 16:27, 28, billi rrefera għall-​“miġja [tiegħu] fis-​saltna tiegħu” Ġesù qal: “Bin il-​bniedem iddestinat li jiġi fil-​glorja taʼ Missieru maʼ l-​anġli tiegħu, u mbagħad se jirrikompensa lil kull wieħed skond l-​imġiba tiegħu.” Sitt ijiem wara, fuq muntanja maʼ Pietru, Ġakbu, u Ġwanni, “kien trasfigurat quddiemhom, u wiċċu idda bħax-​xemx, u l-​ilbiesi taʼ fuq tiegħu saru brillanti bħad-​dawl.” Kien hu waħdu f’din il-​viżjoni? Le, għax “ħares! hemmhekk dehrulhom Mosè u Elija, jitkellmu miegħu.”—Mattew 17:2, 3.

15 Dan x’setaʼ jfisser? Dan ipponta lejn Ġesù bħala l-​Mosè Akbar ipprofetizzat fiż-​żmien tal-​miġja tiegħu għall-​ġudizzju. (Dewteronomju 18:18, 19; Atti 3:19-23) Hu kellu jkun assoċjat dak in-​nhar m’Elija taż-​żmien modern sabiex iwettaq xogħol vitali, dak li jippriedka din l-​aħbar tajba tas-​Saltna maʼ l-​art kollha qabel ma jfaqqaʼ l-​jum il-​kbir u li jispira l-​biżaʼ taʼ Jehovah. Billi jiddeskrivi x-​xogħol taʼ dan “Elija,” Malakija 4:6 jistqarr: “Hu jrid idawwar il-​qalb taʼ missirijiet lura lejn ulied subjien, u l-​qalb taʼ wlied subjien lura lejn missirijiet; li ma mmurx niġi u attwalment nolqot lill-​art b’dedika taʼ din għall-​qerda.” B’hekk “Elija” hu identifikat bħala l-​klassi taʼ l-​irsir leali u diskret taʼ Kristjani midlukin fuq l-​art, li lilhom is-​Sid, Ġesù, kien fada ġidu kollu. Dan jinkludi li jipprovdu lin-​nies tad-​dar tal-​fidi b’“ikel [spiritwali meħtieġ] fiż-​żmien xieraq.”—Mattew 24:45, 46.

16. Liema riżultati henjin inġiebu mill-​ħidma tal-​klassi t’Elija?

16 Mad-​dinja kollha llum, nistgħu naraw ir-​riżultati henjin taʼ dak il-​programm taʼ għoti taʼ ikel. Ir-​rivista Watchtower, b’istampar taʼ 16,100,000 kull ħarġa f’120 lingwa, b’97 minnhom ippubblikati simultanjament, qiegħda tfawwar l-​art b’“din l-​aħbar tajba tas-​saltna.” (Mattew 24:14) Pubblikazzjonijiet oħrajn f’ħafna lingwi jintużaw f’diversi aspetti tax-​xogħol taʼ l-​ippridkar u tat-​tagħlim tax-​Xhieda taʼ Jehovah. Il-​klassi t’Elija, l-​irsir leali u diskret, hija attenta f’li tipprovdi b’mod abbundanti għal “dawk [kollha] konxji tal-​bżonn spiritwali tagħhom.” (Mattew 5:3) Iktar minn hekk, dawk li jaċċettaw din it-​tama tas-​Saltna u jaġixxu fuqha jintrabtu f’unità meraviljuża mad-​dinja kollha. Din tħaddan il-​folla kbira “mill-​ġnus u t-​tribujiet u l-​popli u l-​ilsna kollha.” (Rivelazzjoni 7:9) Meta dan ix-​xogħol ikun twettaq sal-​punt li Jehovah jirrikjedi, imbagħad it-​tmiem se jiġi fil-​jum il-​kbir tiegħu li jispira l-​biżaʼ.

17. Meta se jfaqqaʼ l-​jum taʼ Jehovah li jispira l-​biżaʼ?

17 Meta eżatt se jkun fuqna dak il-​jum li jispira l-​biżaʼ? L-​appostlu Pawlu jwieġeb: “Jum Jehovah ġej eżattament bħal ħalliel bil-​lejl. Huwa meta huwa li huma qegħdin jgħidu [forsi b’mod uniku]: ‘Paċi u sigurtà!’ imbagħad qerda f’daqqa waħda trid tkun minnufih fuqhom sewwa sew bħall-​weġgħa t’hemm fuq mara tqila; u bl-​ebda mod ma se jaħarbu.”—1 Tessalonkin 5:2, 3.

18, 19. (a) Il-​“paċi u sigurtà” kif tiġi ddikjarata? (b) In-​nies taʼ Jehovah meta se jsibu s-​serħan?

18 Min huma “huma” f’din il-​profezija? Huma l-​mexxejja politiċi li jsostnu li jistgħu jibnu ordni ġdida unita mill-​elementi mfarrkin taʼ din id-​dinja vjolenti. Il-​prodotti grandjużi tagħhom, il-​Lega tan-​Nazzjonijiet u l-​Ġnus Magħquda, fallew f’dan. Bħalma bassar il-​profeta taʼ Jehovah, huma saħansitra issa qegħdin “jgħidu, ‘Hemm il-​paċi! Hemm il-​paċi!’ meta m’hemm ebda paċi.”—Ġeremija 6:14; 8:11; 14:13-16.

19 Sadattant, in-​nies taʼ Jehovah jissaportu l-​pressjonijiet u l-​persekuzzjonijiet taʼ din id-​dinja taʼ mingħajr Alla. Imma dalwaqt, bħalma huwa mistqarr fit-2 Tessalonkin 1:7, 8, huma se jsibu serħan “fir-​rivelazzjoni tal-​Mulej Ġesù mis-​sema maʼ l-​anġli potenti tiegħu f’nar iħeġġeġ, hekk kif iġib vendetta fuq dawk li ma jafux lil Alla u dawk li ma jobdux l-​aħbar tajba dwar il-​Mulej tagħna Ġesù.”

20. (a) Sofonija u Ħabakkuk x’jipprofetizzaw dwar il-​jum li “jaqbad bħall-​kalkara”? (b) Liema parir u inkuraġġiment jagħtu dawn il-​profeziji?

20 Kemm dalwaqt se jkun dan? Ħafna minna ilna nistennew żmien twil. Sadattant, numru kbir taʼ wħud ġwejdin li se jsalvaw qegħdin iwieġbu s-​sejħa misjuba f’Sofonija 2:2, 3: “Fittxu lil Jehovah . . . Fittxu t-​tjieba, fittxu l-​manswetudini. X’aktarx li tistgħu tiġu moħbijin f’jum ir-​rabja taʼ Jehovah.” Imbagħad Sofonija 3:8 fih l-​eżortazzjoni: “‘Għalhekk żommu rwieħkom fi stennija għalija,’ hija l-​ħaġa mitkellma taʼ Jehovah, ‘sal-​jum li fih inqum għall-​priża, għax id-​deċiżjoni ġudizzjarja tiegħi hija li niġbor ġnus, għalija biex niġmaʼ flimkien saltniet, sabiex insawwab fuqhom id-​denunzja tiegħi, ir-​rabja taħraq kollha tiegħi; għax bin-​nar taż-​żelu tiegħi se tinbelaʼ l-​art kollha.’” It-​tmiem huwa qrib! Jehovah jaf dak il-​jum u dik is-​siegħa u mhux se jbiddel l-​iskeda tiegħu. Ejjew nissaportu bil-​paċenzja. “Għax il-​viżjoni hija għad għaż-​żmien maħtur, u tibqaʼ tilheġ lejn it-​tmiem, u m’hijiex se tgħid gidba. Saħansitra jekk għandha tittardja, ibqaʼ fi stennija għaliha; għax hija se sseħħ bla ma tonqos. M’hijiex se tittardja.” (Ħabakkuk 2:3) Il-​jum taʼ Jehovah li jispira l-​biżaʼ qiegħed joqrob iktar bil-​ħeffa. Ftakar, dak il-​jum m’huwiex se jittardja

(w95 4/15)

Bħala Reviżjoni:

◻ Il-​ħakkiema u l-​maħkumin kif se jfendu fil-​jum taʼ Jehovah li jispira l-​biżaʼ?

◻ Liema tip t’Alla hu Jehovah?

◻ Liema xorta t’edukazzjoni hija deskritta għan-​nies t’Alla?

◻ Il-​profeti t’Alla kif jagħtuna eżortazzjoni inkwantu għal kemm huwa qrib it-​tmiem?

[Stampa f’paġna 15]

Matul l-​Inkwiżizzjoni Spanjola ħafna ġew sfurzati biex jikkonvertu għall-​Kattoliċiżmu

[Sors]

The Complete Encyclopedia of Illustration/J. G. Heck

[Stampa f’paġna 18]

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja