LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w95 5/1 pp. 31-32
  • Meta Jaqrawha u Kif Jibbenefikaw

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Meta Jaqrawha u Kif Jibbenefikaw
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • Materjal Simili
  • Nibbenefikaw mill-Qari taʼ Kuljum tal-Bibbja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • Agħmel Ħiltek fil-Qari
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Kif Nistaʼ Nagħmel il-Qari tal-Bibbja Iktar taʼ Gost?
    Stenbaħ!—2001
  • Kif Se Tibbenefika l-Iżjed Meta Taqra l-Bibbja?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
w95 5/1 pp. 31-32

Meta Jaqrawha u Kif Jibbenefikaw

Kmieni Fil-​Għodu:

Koppja miżżewġa, li t-​tnejn li huma joħorġu għax-​xogħol, iddeċidew li jqumu għaxar minuti biss iktar kmieni kull fil-​għodu u li jużaw dak il-​ħin biex jaqraw il-​Bibbja flimkien qabel ma joħorġu jiġru ’l barra mid-​dar. Dak li jaqraw jipprovdi bażi għall-​konversazzjoni li tibni wara li jitilqu mid-​dar.

Anzjan fin-​Niġerja juża l-​programm fl-​iskeda taʼ l-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku bħala l-​bażi għall-​qari tal-​Bibbja mal-​familja fid-​dar tiegħu. Huma jaqraw porzjon minnha kuljum wara d-​diskussjoni tagħhom tat-​test tal-​ġurnata, ġeneralment fil-​għodu. It-​tfal jiġu mitlubin darba kull wieħed biex jaqraw xi ftit mis-​sezzjoni assenjata. Imbagħad jiġu mistednin biex jistaqsu mistoqsijiet dwar il-​versi li jkunu nqraw.

Mara tad-​dar fil-​Ġappun qrat il-​Bibbja kollha mill-​bidu sa l-​aħħar darba fis-​sena mill-​1985 ’l hawn. Il-​programm tagħha huwa li taqra għal 20 sa 30 minuta billi tibda fil-​5.00 a.m. kuljum. Rigward il-​benefiċċji, tgħid: “Il-​fidi tiegħi ġiet imsaħħa. Dan jgħinni ninsa l-​marda tiegħi u nikkonċentra fuq it-​tama tal-​Ġenna.”

Oħt li ilha pijuniera għal 30 sena imma li r-​raġel tagħha mhux Xhud tqum fil-​ħamsa kull fil-​għodu biex tagħmel il-​qari tagħha tal-​Bibbja. Il-​programm tagħha jirrikjedi li taqra madwar erbaʼ paġni mill-​Iskrittura Ebrajka, kapitlu mill-​Iskrittura Griega Kristjana, u vers mill-​Proverbji. Hi qrat il-​Bibbja kollha kemm hi kull sena mill-​1959 ’l hawn. Hi tgħid: “Bħala riżultat tal-​qari tiegħi, inħossni maħbuba minn Jehovah . . . Nirċievi inkuraġġiment, faraġ, u korrezzjoni.” Hi żżid: “Li naqra l-​Bibbja huwa bħal li kieku Jehovah qiegħed jerġaʼ jagħti l-​ħabel lil ħajti kuljum.”

Oħt li saret taf il-​verità f’pajjiż fejn l-​attività tax-​Xhieda taʼ Jehovah kienet ipprojbita wkoll għandha raġel li jopponi t-​twemmin tagħha. Hi jirnexxilha tagħmel il-​qari tal-​Bibbja tagħha mit-​Tnejn sal-​Ġimgħa, bejn is-​6.00 u s-​7.00 a.m. Dan taha saħħa ġewwinija. Billi tirrifletti dwar kif effettwaha l-​qari tagħha, hi tgħid: “Nitgħallmu nħobbu lil Jehovah u lil Ġesù u biex ngħixu henjin, saħansitra bi problemi u diffikultajiet, billi nafu li l-​wegħdi taʼ Jehovah ma jfallux.”

Oħt li attendiet l-​Iskola tas-​Servizz taʼ Pijunier kienet determinata li taġixxi skond il-​parir mogħti hemmhekk biex tagħmel il-​qari tal-​Bibbja drawwa taʼ kuljum. Għall-​ewwel, irnexxielha tagħmlu bejn il-​5.00 u s-​6.00 a.m. Meta minħabba bidla fl-​impjieg ma setgħetx tkompli b’dak, hi bidlet għal bejn id-​9.00 u l-​10.00 p.m. Meta nqalgħu sitwazzjonijiet oħrajn taʼ sfida, hi tgħid, “Bqajt naġġusta l-​iskeda tiegħi skond iċ-​ċirkostanzi.”

Iktar Tard Fil-​Ġurnata:

Żewġt aħwa nisa li huma wkoll ħut xulxin u li huma membri tal-​familja Betel tal-​Brażil għandhom id-​drawwa li jaqraw il-​Bibbja flimkien għal madwar 20 minuta kuljum wara l-​ikla taʼ nofs in-​nhar. Huma qraw il-​Bibbja kollha kemm hi madwar 25 darba; u madankollu jiktbu: “Dejjem insibu xi ħaġa ġdida, u għalhekk il-​qari tal-​Bibbja qatt ma jsir monotonu.”

Oħt li għadha xebba fil-​Ġappun irrealizzat li għalkemm trabbiet bħala Xhud, ma kenitx taf l-​Iskrittura sew; meta saret pijuniera, kienet determinata li taqra l-​Bibbja regolarment. Issa hi tagħmel il-​qari tagħha għall-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku waqt li tkun qiegħda tivvjaġġa lejn l-​isptar għall-​kura ġurnata fil-​ġimgħa. Iktar tard, id-​dar, tagħmel ir-​riċerka dwar dan. Lejn it-​tmiem tal-​ġimgħa, tagħmel iktar qari tal-​Bibbja, billi tagħżel il-​kotba skond l-​ordni kif kienu miktubin.

Tifel taʼ 13-il sena li diġà qara l-​Bibbja kollha kemm hi tliet darbiet qiegħed bħalissa jaqra kapitlu kuljum meta jiġi lura d-​dar mill-​iskola. Dan, hu jgħid, għenu ‘biex iħoss iktar imħabba għal Jehovah.’

Xhud li għandu skeda mimlija bħala raġel tax-​xogħol, anzjan, miżżewweġ, u missier jismaʼ l-​cassettes tal-​Bibbja waqt li jkun qiegħed jivvjaġġa għax-​xogħol fuq il-​ferrovija. Imbagħad id-​dar jagħmel il-​qari persunali tiegħu taʼ l-​istess materjal.

Flimkien mal-​qari persunali tagħha, pijuniera fi Franza tismaʼ l-​cassettes tal-​Bibbja meta tkun qiegħda tħejji l-​ikel, meta tkun qiegħda ssuq, meta tkun għaddejja minn żminijiet diffiċli, jew sempliċement għall-​gost.

Pijunier taʼ 21 sena fil-​Ġappun jiftakar li ommu nsistiet li hu jdaħħal fih xi ħaġa spiritwali kull ġurnata, u ilu jaqra l-​Bibbja kuljum, għalkemm mhux dejjem fl-​istess ħin, mindu kellu tliet snin. Wara li jaqra l-​porzjon li jkun għażel għall-​ġurnata, jaċċerta ruħu li jerġaʼ jaqra l-​versi tal-​qofol, u mbagħad jieħu ftit minuti biex mentalment jerġaʼ jgħaddi dak li jkun qara.

Xhud oħra, pijuniera, qrat il-​Bibbja kollha kemm hi madwar għaxar darbiet f’dawn l-​aħħar 12-il sena. Ir-​raġel tagħha m’huwiex xhud, u għalhekk hi għandha skeda li tagħmel il-​qari tagħha wara nofs in-​nhar.

Fil-​Għaxija:

Anzjan li hu pijunier regulari fil-​Ġappun u li jaqra mill-​Bibbja tiegħu kull fil-​għaxija qabel ma jidħol fis-​sodda għamel dan għal dawn l-​aħħar tmien snin. Hu jgħid: “Jien għandi partikolarment għal qalbi skritturi li jindikaw kif jaħsibha Jehovah, kif iħossu dwar kwistjonijiet, u kif jittratta mas-​sitwazzjonijiet. Billi nimmedita fuq dawn l-​iskritturi, ġejt mgħejjun biex nagħmel il-​mod taʼ ħsieb taʼ Jehovah tiegħi stess u biex ngħin lill-​ħuti Kristjani nisa u rġiel u lill-​membri tal-​familja tiegħi.”

Anzjan fi Franza ilu jaqra l-​Bibbja siegħa kull fil-​għaxija mill-​1979 ’l hawn. Hu taʼ spiss ikollu xi ħames jew sitt traduzzjonijiet quddiemu biex ikun jistaʼ jqabbilhom. Hu jgħid li l-​qari bir-​reqqa tiegħu għenu biex jinduna “kif japplika l-​għarfien tal-​Bibbja f’sitwazzjonijiet li jiġu minn jum għal jum.” Dan ukoll għenu biex ikun iktar effettiv meta jagħti parir mill-​Iskrittura.

Għal dawn l-​aħħar 28 sena, ħu min-​Niġerja ħadha drawwa li fil-​għaxija jaqra t-​test taʼ l-​Iskrittura pprovdut fl-​Examining the Scriptures Daily għad-​diskussjoni l-​għada fil-​għodu. Flimkien maʼ dak, jaqra l-​kapitlu kollu kemm hu mill-​Bibbja minfejn ikun meħud it-​test. Wara li żżewweġ, kompla din id-​drawwa, billi jaqra u jiddiskuti l-​materjal maʼ martu.

Tfajla taʼ taħt l-​għoxrin sena li l-​ġenituri tagħha m’humiex Xhieda ħaditha drawwa li taqra għal ħames jew għaxar minuti kull fil-​għaxija qabel torqod. Dawk huma minuti prezzjużi għaliha, u titlob kemm qabel kif ukoll wara l-​qari. Il-​mira tagħha hija li tkun taf il-​messaġġ li Jehovah idderieġa lil kull kittieb tal-​Bibbja biex jiddokumentah.

Ħu miżżewweġ, fis-​servizz taʼ Betel, jgħid li qara l-​Bibbja darba kull sena għal dawn l-​aħħar tmien snin. Jaqra għal 20 sa 30 minuta qabel ma jidħol jorqod bil-​lejl. Saħansitra meta jkun għajjien ħafna, isib li jekk jidħol fis-​sodda mingħajr ma jagħmel il-​qari, ma jkunx jistaʼ jorqod. Ikollu jqum u jieħu ħsieb taʼ dak il-​bżonn spiritwali. (w95 5/1)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja