LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w95 5/1 pp. 25-31
  • Nibbenefikaw mill-Qari taʼ Kuljum tal-Bibbja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Nibbenefikaw mill-Qari taʼ Kuljum tal-Bibbja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Naqrawha Kuljum
  • Il-​Bżonn Li Naqraw Il-​Bibbja Ripetutament
  • Meta Jistaʼ Jsir Il-​Qari Tal-​Bibbja
  • Diversi Metodi Taʼ Qari Mill-​Bibbja
  • Ħu S-​Sens Taʼ Dak Li Taqra
  • Il-Qari tal-Bibbja—Taʼ Siwi u Pjaċevoli
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Agħmel Ħiltek fil-Qari
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Sib l-Għaxqa Tiegħek fil-Kelma taʼ Alla
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Il-Bibbja—Ktieb li Għandu Jinqara
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
w95 5/1 pp. 25-31

Nibbenefikaw mill-​Qari taʼ Kuljum tal-​Bibbja

“Hieni hu r-​raġel . . . li l-​għaxqa tiegħu hija fil-​liġi taʼ Jehovah, u fil-​liġi tiegħu jaqra minn taħt l-​ilsien lejl u nhar.”—SALM 1:1, 2.

1. (a) Liema tabella prominenti tidher fuq ġenb wieħed taʼ bini taʼ fabbrika tal-​kwartieri ġenerali dinjin tal-​Watch Tower Society? (b) Kif se nibbenefikaw jekk personalment indaħħlu t-​twiddiba f’qalbna?

“AQRA L-​KELMA T’ALLA L-​BIBBJA MQADDSA KULJUM.” B’ittri kbar, dak il-​kliem jidher fuq ġenb wieħed taʼ bini fi Brooklyn, New York, fejn Bibbji u letteratura tal-​Bibbja jiġu stampati mill-​Watchtower Bible and Tract Society. Dik it-​twiddiba m’hijiex intenzjonata biss għal nies tad-​dinja li jaraw it-​tabella. Ix-​Xhieda taʼ Jehovah jirrealizzaw li huma wkoll għandhom bżonn idaħħluha f’qalbhom. Dawk li jaqraw il-​Bibbja regolarment u japplikawha personalment jibbenefikaw mit-​tagħlim, miċ-​ċanfir, mill-​korrezzjoni, u mid-​dixxiplina fit-​tjieba li tipprovdi.—2 Timotew 3:16, 17.

2. Ħuna Russell kif enfasizza l-​importanza tal-​qari tal-​Bibbja?

2 Ix-​Xhieda taʼ Jehovah japprezzaw bil-​kbir l-​għajnuniet tagħhom taʼ studju tal-​Bibbja, inkluż It-​Torri Taʼ L-​Għassa, u dawn jużawhom regolarment. Imma huma jafu li l-​ebda wieħed minn dawn ma jieħu l-​post tal-​Bibbja nfisha. Lura fl-​1909, Charles Taze Russell, l-​ewwel president tal-​Watchtower Bible and Tract Society, kiteb lill-​qarrejja tar-​rivista It-​Torri Taʼ L-​Għassa: “Qatt tinsew li l-​Bibbja hija l-​Livell tagħna u li huma kemm huma l-​għajnuniet tagħna mogħtijin minn Alla xorta waħda huma ‘għajnuniet’ u mhux sostituti għall-​Bibbja.”

3. (a) “Il-​kelma t’Alla” liema effett għandha fuq dawk li jiġu esposti għaliha? (b) Il-​Bereani kemm spiss kienu qegħdin jaqraw u jistudjaw l-​Iskrittura?

3 L-​Iskrittura spirata għandha profondità u forza li l-​ebda ktieb ieħor m’għandu. “Il-​kelma t’Alla hija ħajja u teżerċita qawwa u taqtaʼ iktar minn sejf b’żewġt ixfar u tinfed saħansitra li tifred ir-​ruħ u l-​ispirtu, u l-​ġogi u l-​mudullun tagħhom, u hija kapaċi tagħraf il-​ħsibijiet u l-​intenzjonijiet tal-​qalb.” (Ebrej 4:12) Id-​dixxiplu Luqa faħħar kordjalment lil nies minn Berea, billi sejħilhom “iktar taʼ moħħ nobbli.” Huma mhux biss laqgħu bil-​ħerqa l-​kelma kif ippridkata mill-​appostlu Pawlu u sieħbu Silas imma wkoll “bir-​reqqa eżaminaw l-​Iskrittura kuljum” biex jiddeterminaw il-​bażi Skritturali taʼ dak li kien qiegħed jiġi mgħallem.—Atti 17:11.

Naqrawha Kuljum

4. L-​Iskrittura x’tindika rigward kemm għandna naqraw spiss il-​Bibbja?

4 Il-​Bibbja ma tistqarrx speċifikament kemm għandna naqrawha taʼ spiss. Madankollu, insibu mniżżel il-​parir taʼ Jehovah lil Ġożwè biex ‘jaqra fil-​ktieb tal-​liġi minn taħt l-​ilsien lejl u nhar’ sabiex ikun jistaʼ jaġixxi bil-​għaqal u jkollu suċċess f’li jwettaq l-​inkarigu mogħti lilu minn Alla. (Ġożwè 1:8) Din tgħidilna li kulmin kien jaħkem bħala sultan fuq Iżrael tal-​qedem kellu jaqra l-​Iskrittura “l-​jiem kollha taʼ ħajtu.” (Dewteronomju 17:19) Tkompli tistqarr: “Hieni hu r-​raġel li ma mexiex fuq il-​parir taʼ l-​uħud mill-​agħar . . . Imma l-​għaxqa tiegħu hija fil-​liġi taʼ Jehovah, u fil-​liġi tiegħu jaqra minn taħt l-​ilsien lejl u nhar.” (Salm 1:1, 2) Ukoll, il-​Vanġelu miktub minn Mattew jgħidilna li meta Ġesù Kristu rrifjuta l-​isforzi taʼ Satana biex jittantaH, Hu kkwota mill-​Iskrittura spirata Ebrajka, billi qal: “Huwa miktub, ‘Il-​bniedem irid jgħix, mhux fuq il-​ħobż biss, imma fuq kull ħaġa mitkellma ħierġa minn fomm Jehovah.’” (Mattew 4:4) Kemm għandna bżonn taʼ spiss ikel fiżiku? Kuljum! Li nieħdu ikel spiritwali kuljum huwa saħansitra iżjed importanti għaliex jeffettwa l-​prospetti tagħna għall-​ħajja eterna.—Dewteronomju 8:3; Ġwann 17:3.

5. Il-​qari taʼ kuljum tal-​Bibbja kif jistaʼ jgħinna biex ‘nimxu kif jixraq lil Jehovah’ meta provi taʼ fidi jiġu mitfugħin fuqna?

5 Kull wieħed minna għandu bżonn li jiġi msaħħaħ kuljum bil-​Kelma t’Alla. Kuljum​—fid-​dar, fuq ix-​xogħol, fl-​iskola, fit-​toroq, meta mmorru nixtru, fil-​ministeru tagħna—​sfidi għall-​fidi tagħna jiġu mitfugħin fuqna. Kif se nittrattaw maʼ dawn? Se jiġu malajr f’moħħna kmandi u prinċipji tal-​Bibbja? Minflok ma tinkuraġġixxi sentiment taʼ serħan fuqna nfusna, il-​Bibbja twissi: “Ħalli dak li jaħseb li hu wieqaf joqgħod attent li ma jaqax.” (1 Korintin 10:12) Qari taʼ kuljum tal-​Bibbja se jgħinna biex ‘nimxu kif jixraq lil Jehovah bil-​għan li nogħġbuh għalkollox’ minflok ma nħallu lid-​dinja trossna fil-​forma tagħha.—Kolossin 1:9, 10; Rumani 12:2.

Il-​Bżonn Li Naqraw Il-​Bibbja Ripetutament

6. Għala huwa taʼ benefiċċju li taqra l-​Bibbja ripetutament?

6 Li taqra l-​Bibbja huwa differenti ħafna milli taqra xi rumanz. Ir-​rumanzi l-​iktar popolari huma ddisinnjati biex jinqraw darba; ladarba dak li jkun isir jaf l-​istorja u kif tispiċċa, s’hemm jasal. F’kuntrast, minkejja kemm-il darba qrajna l-​Bibbja, nibbenefikaw bil-​kbir jekk nerġgħu naqrawha. (Proverbji 9:9) Għal bniedem taʼ dehen, l-​Iskrittura kontinwament tieħu tifsir ġdid. Profeziji rigward l-​aħħar jiem isiru saħansitra iżjed impressjonanti għalih fid-​dawl taʼ dak li ra, samaʼ, u esperjenza personalment f’xhur riċenti. (Danjel 12:4) Hekk kif ikabbar l-​esperjenza tiegħu stess fil-​ħajja u jkampa maʼ problemi, il-​qarrej taʼ dehen tal-​Bibbja japprezza iżjed bis-​sħiħ il-​pariri li qabel forsi qara biss ħafif ħafif. (Proverbji 4:18) Jekk jaqaʼ f’xi marda serja, il-​wegħdi tal-​Bibbja rigward it-​tneħħija taʼ l-​uġigħ u r-​restawrar tas-​saħħa jieħdu tifsir iżjed profond għalih minn qatt qabel. Meta xi ħbieb tal-​qalb jew membri tal-​familja jmutu, il-​wegħda taʼ l-​irxoxt issir saħansitra iżjed prezzjuża.

7. X’se jgħinna meta nieħdu xi responsabbiltà ġdida fil-​ħajja, u għala?

7 Int għandek mnejn qrajt personalment il-​Bibbja u applikajt il-​pariri tagħha matul perijodu taʼ snin. Imma forsi issa qiegħed tidħol għal responsabbiltajiet ġodda fil-​ħajja. Qed tippjana li tiżżewweġ? Se ssir ġenitur? Ġejt fdat b’responsabbiltà fil-​kongregazzjoni bħala anzjan jew qaddej ministerjali? Sirt evanġelizzatur full-time, b’opportunitajiet miżjudin għall-​ippridkar u t-​tagħlim? Kemm ikun taʼ benefiċċju li taqra l-​Bibbja kollha kemm hi mill-​ġdid b’dawk ir-​responsabbiltajiet ġodda f’moħħok!—Efesin 5:24, 25; 6:4; 2 Timotew 4:1, 2.

8. Ċirkostanzi mibdulin kif jistgħu jikxfu l-​bżonn li nitgħallmu iżjed dwar affarijiet li konna naħsbu li diġà nafuhom?

8 Fil-​passat għandek mnejn kont sejjer tajjeb f’li turi l-​frott taʼ l-​ispirtu. (Galatin 5:22, 23) Madankollu ċirkostanzi mibdulin jistgħu jikkonfrontawk bil-​bżonn li titgħallem wisq iżjed dwar dawk il-​kwalitajiet taʼ tjieba. (Qabbel Ebrej 5:8.) Wieħed li qabel kien indokratur li jivjaġġa u li kellu jħalli s-​servizz speċjali tiegħu sabiex jieħu ħsieb il-​ġenituri xjuħ tiegħu qal: “Jien kont naħseb li kont sejjer mhux ħażin f’li nuri l-​frott taʼ l-​ispirtu. Issa nħossni bħal li kieku qiegħed nerġaʼ nibda mill-​ġdid.” Bl-​istess mod, irġiel u nisa miżżewġin li l-​imseħbin tagħhom ibatu minn mard fiżiku kiefer jew emozzjonali jistgħu jsibu li waqt li jipprovdu attenzjoni persunali, l-​istress kultant jikkaġuna reazzjonijiet li jiskuraġġuhom. Qari regulari tal-​Bibbja huwa sors taʼ faraġ kbir u t’għajnuna.

Meta Jistaʼ Jsir Il-​Qari Tal-​Bibbja

9. (a) X’jistaʼ jgħin lil wieħed li hu mħabbat ħafna biex isib ħin għal qari taʼ kuljum tal-​Bibbja? (b) Il-​qari tal-​Kelma t’Alla għala huwa speċjalment importanti għall-​anzjani?

9 M’għandniex xi ngħidu, għal nies li diġà huma mħabbtin ħafna, li jsibu ħin biex jagħmlu xi ħaġa oħra fuq bażi regulari huwa taʼ sfida. Madankollu, nistgħu nibbenefikaw mill-​eżempju taʼ Jehovah. Il-​Bibbja tirrevela li hu jagħmel l-​affarijiet fi ‘żminijiet maħturin.’ (Ġenesi 21:2; Eżodu 9:5; Luqa 21:24; Galatin 4:4) Apprezzament għall-​importanza tal-​qari tal-​Kelma t’Alla regolarment jistaʼ jgħinna nsibu ħin għalih fl-​iskeda tagħna taʼ kuljum. (Efesin 5:15-17) L-​anzjani b’mod partikulari għandhom bżonn iwarrbu ħin għal qari regulari tal-​Bibbja sabiex il-​pariri li jagħtu jkunu bbażati ċar u tond fuq il-​prinċipji tal-​Bibbja u sabiex l-​ispirtu li juru jirrifletti “l-​għerf minn fuq.”—Ġakbu 3:17; Titus 1:9.

10. Dawk li jaqraw il-​Bibbja kuljum meta jsibu ħin biex jagħmlu dan?

10 Ħafna li jirnexxu bi programm taʼ qari persunali tal-​Bibbja jagħmlu l-​qari tagħhom kmieni fil-​għodu qabel jibdew bl-​attivitajiet tal-​ġurnata. Oħrajn isibu li huma kapaċi jagħmluh konsistentement f’xi ħin ieħor. Audiocassettes tal-​Bibbja (fejn disponibbli) jgħinu lil dawk li jivjaġġaw biex jagħmlu użu tajjeb mill-​ħin taʼ l-​ivjaġġar, u xi Xhieda jisimgħuhom waqt li jwettqu faċendi taʼ rutina fid-​dar. Programmi li rnexxew għal diversi Xhieda fl-​Ewropa, fl-​Afrika, fl-​Amerka taʼ Fuq, fl-​Amerka t’Isfel, u fl-​Orjent huma murijin f’paġni 31 u 32, fl-​artiklu “Meta Jaqrawha u Kif Jibbenefikaw.”

11. Il-​qari taʼ kuljum tal-​Bibbja kif jistaʼ jsir saħansitra jekk il-​ħin disponibbli huwa limitat?

11 Dak li huwa l-​iktar importanti m’huwiex l-​ammont taʼ ħin li tqattaʼ taqra l-​Bibbja f’okkażjoni waħda imma ir-​regolarità li bih isir. Għandek mnejn issibu premjanti li taqra għal xi siegħa jew iżjed f’daqqa, billi tagħmel riċerka miżjuda u tintilef għal kollox fil-​materjal. Imma tippermetti l-​iskeda tiegħek li tagħmel dan fuq bażi regulari? Minflok ma tħalli l-ġranet jgħaddu mingħajr ma tagħmel ebda qari tal-​Bibbja, ma jkunx aħjar li kuljum taqra għal 15-il minuta jew saħansitra għal 5 minuti? Kun determinat li tagħmel qari taʼ kuljum tal-​Bibbja. Imbagħad żid maʼ dak il-qari riċerka iżjed profonda meta possibbli.

Diversi Metodi Taʼ Qari Mill-​Bibbja

12. Liema programm taʼ qari tal-​Bibbja għandhom il-​membri ġodda tal-​familja Betel u l-​istudenti taʼ Gilead?

12 Hemm ħafna modi li bihom il-​Bibbja tistaʼ tinqara. Huwa taʼ benefiċċju li taqraha minn Ġenesi sa Rivelazzjoni. Il-​membri kollha tal-​familja globali taʼ Betel li jaqdu fil-​kwartieri ġenerali dinjin jew f’xi waħda mill-​fergħat tas-​Soċjetà huma meħtiġin li jaqraw il-​Bibbja kollha kemm hi matul l-​ewwel sena tas-​servizz tagħhom f’Betel. (Dak normalment jinvolvi li taqra minn tlieta sa ħames kapitli, skond it-​tul tagħhom, jew minn erbaʼ sa ħames paġni, kuljum.) Studenti fil-​Watchtower Bible School taʼ Gilead ukoll iridu jaqraw il-​Bibbja minn qoxra sa qoxra qabel ma jigradwaw. Huwa ttamat li dan se jgħinhom biex jagħmlu l-​qari taʼ kuljum tal-​Bibbja parti mill-​ħajjiet tagħhom.

13. Liema mira hija rrikmandata għal Xhieda mgħammdin ġodda?

13 Huwa taʼ benefiċċju għal Xhieda mgħammdin ġodda li jpoġġu quddiemhom infushom il-​mira li jaqraw il-​Bibbja kollha kemm hi. Fl-​1975, fiż-​żmien li kien qed jipprepara għall-​magħmudija, wieħed żagħżugħ fi Franza ġie mistoqsi minn anzjan jekk kellux programm definit għall-​qari tal-​Bibbja. Minn dak iż-​żmien ’l hawn qara l-​Bibbja kollha kemm hi kull sena, billi normalment jagħmel il-​qari tiegħu fil-​għodu qabel ma jmur għax-​xogħol. Rigward ir-​riżultati, hu jgħid: “Jien sirt ħafna iżjed familjari maʼ Jehovah. Nistaʼ nara kif kulma jagħmel huwa relatat maʼ l-​iskop tiegħu u kif iwieġeb meta jqumu l-​ostakoli. Nara li Jehovah hu, fl-​istess ħin, twajjeb u tajjeb fl-​azzjonijiet kollha tiegħu.”

14. (a) Sabiex jinbeda programm taʼ qari persunali tal-​Bibbja li jkompli, x’inhu neċessarju? (b) X’jistaʼ jgħinna biex indaħħlu f’moħħna l-​profil ġenerali taʼ kull ktieb tal-​Bibbja hekk kif naqrawh?

14 Qrajtha int il-​Bibbja kollha kemm hi? Jekk le, issa huwa żmien tajjeb biex tibda. Fassal programm definit, u mbagħad żomm miegħu. Iddetermina kemm paġni jew kemm kapitli se taqra kuljum, jew sempliċement iddetermina kemm ħin se tqattaʼ u meta. Mhux kulħadd se jlesti l-​Bibbja f’sena, imma l-​ħaġa importanti hija li taqra l-​Kelma t’Alla regolarment, billi tagħmel dan kuljum jekk inhu possibbli. Hekk kif taqra l-​Bibbja, tistaʼ ssib l-​użu taʼ ċerti kotba taʼ referenza t’għajnuna f’li jimpressjonaw fuq moħħok il-​profil ġenerali tal-​materjal. Jekk l-​Insight on the Scriptures huwa disponibbli fil-​lingwa tiegħek, allura qabel ma tibda taqra xi ktieb partikulari tal-​Bibbja, irrevedi l-​profil fil-​qosor tal-​punti ewlenin tiegħu kif provduti fl-​Insight.* Innota partikolarment it-​titli grassi fil-​profil. Jew agħmel użu simili tas-​sommarju iżjed estensiv provdut fil-​ktieb “All Scripture Is Inspired of God and Beneficial.”a

15. (a) Liema suġġerimenti offruti f’paġni 28 u 29 jistgħu jgħinu biex isebbħu l-​qari tiegħek tal-​Bibbja? (b) Minflok ma nagħmlu ritwal mill-​qari taʼ ċertu għadd taʼ paġni, għal liema kwistjoni vitali għandna nagħtu attenzjoni akbar?

15 Qari konsekuttiv tal-​Bibbja huwa taʼ benefiċċju, imma ssirx sempliċement qarrej ritwali. Taqrax ċertu ammont taʼ paġni kuljum sempliċement sabiex tistaʼ tgħid li qrajt il-​Bibbja kollha kull sena. Bħalma huwa muri fil-​kaxxa “Suġġerimenti Biex Issebbaħ Il-​Qari Tiegħek Tal-​Bibbja” (paġni 28 u 29), hemm ħafna modi li tistaʼ taqra l-​Bibbja u tieħu pjaċir. Hu x’inhu l-​metodu li tuża, kun ċert li qed titmaʼ kemm lil moħħok kif ukoll lil qalbek.

Ħu S-​Sens Taʼ Dak Li Taqra

16. Għala huwa importanti li nieħdu l-​ħin sabiex nimmeditaw fuq dak li naqraw?

16 Meta għallem lid-​dixxipli tiegħu, Ġesù enfasizza l-​importanza taʼ li huma jifhmu dak li qal. Dak li kien vitali kien, mhux sempliċi fehma intellettwali, imma li huma jieħdu “s-​sens taʼ dan bi qlubhom” sabiex setgħu japplikawh fil-​ħajjiet tagħhom. (Mattew 13:14, 15, 19, 23) Dak li jgħodd m’Alla huwa dak li persuna tassew hi minn ġewwa, u dan huwa dak li huwa rrappreżentat mill-​qalb. (1 Samwel 16:7; Proverbji 4:23) B’hekk, minbarra li nkunu ċerti li nifhmu dak li jgħidu l-​passaġġi tal-​Bibbja, irridu nimmeditaw fuqhom, billi nikkunsidraw l-​implikazzjonijiet tagħhom fil-​ħajjiet tagħna stess.—Salm 48:9; 1 Timotew 4:15.

17. Liema huma xi angoli li minnhom nistgħu nimmeditaw fuq dak li naqraw fl-​Iskrittura?

17 Ipprova identifika prinċipji bażiċi f’rakkonti tal-​Bibbja sabiex tkun tistaʼ tapplika dawn għal sitwazzjonijiet li tiffaċċja. (Qabbel Mattew 9:13; 19:3-6.) Hekk kif taqra dwar u timmedita fuq il-​kwalitajiet meraviljużi taʼ Jehovah, uża dik l-​opportunità biex issaħħaħ ir-​relazzjoni persunali tiegħek miegħu, biex tiżviluppa ġewwa fik sens qawwi taʼ devozzjoni lejn Alla. Meta taqra stqarrijiet dwar l-​iskop taʼ Jehovah, ikkunsidra x’tistaʼ tagħmel sabiex taħdem f’armonija maʼ dawn. Meta taqra pariri diretti, minflok sempliċement ma tgħid lilek innifsek, ‘Dan nafu,’ staqsi, ‘Qiegħed jien nagħmel dak li jgħid?’ Jekk iva, staqsi lilek innifsek, ‘B’liema modi nistaʼ nagħmlu “iktar bis-​sħiħ?”’ (1 Tessalonkin 4:1) Hekk kif titgħallem dwar il-​ħtiġijiet t’Alla, ukoll innota l-​eżempji tal-​Bibbja mill-​ħajja vera taʼ dawk li għexu f’armonija maʼ dawn il-​ħtiġijiet u dawk li m’għamlux dan. Ikkunsidra għala huma segwew il-​korsa li segwew u x’kien ir-​riżultat. (Rumani 15:4; 1 Korintin 10:11) Meta taqra dwar il-​ħajja taʼ Ġesù Kristu, ftakar li Ġesù hu l-​wieħed li lilu Jehovah fada l-​istat taʼ sultan għal fuq l-​art kollha; uża l-​opportunità biex issaħħaħ ġewwa fik xenqa għad-​dinja ġdida t’Alla. Ukoll, analizza modi li bihom tistaʼ iżjed bis-​sħiħ timita lil Bin Alla.—1 Pietru 2:21.

18. Kif nistgħu nibbilanċjaw il-​qari tal-​Bibbja maʼ l-​użu tagħna taʼ materjal taʼ studju provdut permezz taʼ “l-​irsir leali u diskret”?

18 M’għandniex xi ngħidu, il-​qari tal-​Bibbja m’għandux jieħu post l-​użu tiegħek tal-​materjal taʼ studju eċċellenti li ntgħamel disponibbli permezz taʼ “l-​irsir leali u diskret.” Dak ukoll huwa parti mill-​provvediment taʼ Jehovah​—wieħed prezzjuż ħafna. (Mattew 24:45-47) Kun ċert li qari regulari tal-​Kelma t’Alla nfisha għandu post prominenti fil-​ħajja tiegħek. Jekk inhu possibbli, “AQRA L-​KELMA T’ALLA L-​BIBBJA MQADDSA KULJUM.”

(w95 5/1)

[Nota taʼ taħt]

a Ippubblikat mill-​Watchtower Bible and Tract Society of New York, Inc.

Kif Twieġeb Int?

◻ Għala huwa taʼ benefiċċju li tagħmel ftit qari tal-​Bibbja kuljum?

◻ Għala għandna bżonn naqraw il-​Bibbja darba wara l-​oħra?

◻ Fl-​iskeda tiegħek stess, liema huwa ħin tajjeb għall-​qari taʼ kuljum tal-​Bibbja?

◻ Hekk kif taqra l-​Bibbja ripetutament, x’jistaʼ jżid varjetà lill-​programm tiegħek?

◻ Għala huwa importanti ħafna li nimmeditaw fuq dak li naqraw?

[Kaxxa f’paġni 28, 29]

Suġġerimenti biex issebbaħ il-​qari tiegħek tal-​Bibbja

(1) Ħafna nies jaqraw il-​kotba tal-​Bibbja fl-​ordni kif normalment jiġu stampati, minn Ġenesi sa Rivelazzjoni. Tistaʼ wkoll taqrahom fl-​ordni kif inkitbu oriġinalment. Żomm f’moħħok li l-​Bibbja hija kollezzjoni taʼ 66 ktieb ispirat, librerija divina. Biex tvarja xi ftit, għandek mnejn tkun trid taqra xi wħud mill-​kotba li jittrattaw dwar l-​istorja, imbagħad xi wħud li huma verament profetiċi, segwiti minn xi wħud li huma ittri taʼ parir, minflok ma sempliċement issegwi l-​ordni tal-​paġni. Żomm nota taʼ dak li tkun qrajt, u kun żgur li taqra l-​Bibbja kollha kemm hi.

(2) Wara li taqra porzjon mill-​Iskrittura, staqsi lilek innifsek din x’tirrivela dwar Jehovah, l-​iskop tiegħu, il-​mod tiegħu taʼ kif jagħmel l-​affarijiet; kif għandha teffettwa lil ħajtek stess; kif tistaʼ tużaha biex tgħin lil xi ħaddieħor.

(3) Billi tuża bħala gwida t-​tabella “Main Events of Jesus’ Earthly Life” (“Ġrajjiet Prinċipali tal-​Ħajja taʼ Ġesù fuq l-​Art”) ippubblikata taħt it-​titlu “Ġesù Kristu” fl-​Insight on the Scriptures (ukoll fl-​“All Scripture Is Inspired of God and Beneficial”), aqra r-​rakkonti paralleli taʼ kull porzjon mill-​Vanġeli, wieħed wara l-​ieħor. Kompli dan billi tikkonsulta s-​sezzjonijiet li jikkorrispondu fil-​ktieb L-​Aqwa Bniedem Li Qatt Għex.

(4) Meta taqra mill-​Atti taʼ l-​Appostli r-​rakkont tal-​ħajja u l-​ministeru taʼ Pawlu, aqra wkoll l-​ittri spirati relatati. B’hekk, meta jissemmew diversi bliet jew inħawi fejn ippriedka Pawlu, ieqaf u aqra l-​ittri li iktar tard hu kiteb lill-​Kristjani sħabu f’dawk il-​postijiet. Huwa wkoll t’għajnuna li ssegwi l-​vjaġġi tiegħu fuq mappa, bħal dik li hemm fl-​aħħar paġna tan-​New World Translation.

(5) Flimkien mal-​qari tiegħek minn Eżodu sa Dewteronomju, aqra l-​ittra lill-​Ebrej biex ikollok spjega taʼ ħafna mill-​mudelli profetiċi. Taħt “Law” (“Liġi”) fl-​Insight on the Scriptures, ikkonsulta t-​tabella “Some Features of the Law Covenant” (“Xi Fatturi tal-​Patt tal-​Liġi”).

(6) Meta tkun qiegħed taqra kotba profetiċi, ħu l-​ħin biex tirrevedi l-​isfond storiku relatat fil-​Bibbja. Per eżempju, meta taqra l-​ktieb taʼ Isaija, irrevedi dak li jintqal x’imkien ieħor dwar is-​slaten Użżija, Ġotam, Aħaż, u Ħeżekija, li huma msemmijin f’Isaija 1:1. (2 Slaten, kapitli 15-20; 2 Kronaki, kapitli 26-32) Jew meta taqra Ħaggaj u Żakkarija, ħu l-​ħin biex tirrevedi dak li jinstab fil-​ktieb taʼ Eżra.

(7) Għażel ktieb tal-​Bibbja, aqra porzjon minnu, (forsi kapitlu), imbagħad għamel riċerka, billi tuża l-​Watch Tower Publications Index jew il-​Watchtower Library ikkompjuterizzata jekk hija disponibbli fil-​lingwa tiegħek. Applika l-​materjal f’ħajtek stess. Użah f’taħdidiet u fil-​ministeru taʼ l-​għalqa. Imbagħad għaddi għal sezzjoni oħra.

(8) Jekk hemm pubblikazzjoni tal-​Watch Tower (Torri taʼ L-​Għassa) li tipprovdi kummentarju fuq ktieb tal-​Bibbja jew parti minnu, ikkonsultah spiss waqt li qiegħed taqra dik il-​parti tal-​Bibbja. (Per eżempju: fuq L-​Għanja taʼ Salamun, The Watchtower, taʼ l-​1 taʼ Diċembru, 1957, paġni 720-34; fuq Eżekjel, “The Nations Shall Know That I Am Jehovah”​—How?; fuq Danjel, “Your Will Be Done On Earth” jew Our Incoming World Government​—God’s Kingdom; fuq Ħaggaj u Żakkarija, Paradise Restored to Mankind​—By Theocracy!; fuq Rivelazzjoni, Revelation​—its Grand Climax At Hand!)

(9) Hekk kif taqra, fittex xi wħud mir-​referenzi li jingħataw. Innota it-​320 silta mill-​Iskrittura Ebrajka li huma kkwotati direttament fl-​Iskrittura Griega Kristjana u l-​mijiet taʼ siltiet oħrajn li tintgħamel referenza għalihom, kif ukoll l-​applikazzjoni li tingħata. Ir-​referenzi li jingħataw jippuntaw lejn twettieq taʼ profeziji ddokumentati fil-​Bibbja, lejn dettalji bijografiċi u ġeografiċi, u lejn ħsibijiet paralleli li jistgħu jiċċaraw espressjonijiet li int forsi ssibhom diffiċli biex tifhimhom.

(10) Billi tuża l-​Edizzjoni bir-​Referenzi tan-​New World Translation, jekk inhi disponibbli fil-​lingwa tiegħek, iċċekkja n-​noti taʼ taħt u l-​artikli fl-​appendiċi li huma relatati maʼ dak li qiegħed taqra. Dawn juru l-​bażi għal mod kif tingħata skrittura u modi oħrajn li fihom espressjonijiet importanti jistgħu jiġu tradotti. Int tistaʼ wkoll tkun trid tqabbel il-​mod kif jingħataw ċerti versi maʼ dawk fi traduzzjonijiet oħrajn tal-​Bibbja.

(11) Wara li taqra kull kapitlu, ikteb fil-​qosor ħafna l-​idea prinċipali f’dak il-​kapitlu. Użaha bħala bażi għal reviżjoni u meditazzjoni iktar ’il quddiem.

(12) Hekk kif taqra l-​Bibbja, immarka testi magħżulin li int speċjalment trid tiftakar, jew ikkopjahom fuq karti żgħar u poġġihom fejn tarahom kuljum. Tgħallimhom bl-​amment; immedita fuqhom; agħmel użu minnhom. Tipprovax titgħallem bl-​amment ħafna f’daqqa, forsi waħda biss jew tnejn kull ġimgħa; imbagħad agħżel iktar meta jerġaʼ jmissek taqra l-​Bibbja kollha.

Stampi f’paġna 27]

Qiegħed int taqra l-​Bibbja jew tismagħha fuq ‘cassettes’ kuljum?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja