LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w96 7/1 p. 3
  • Tistaʼ Verament Tħobb ’l Alla?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tistaʼ Verament Tħobb ’l Alla?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Nimxu Maʼ Dak Alla Veru
  • “Ħa Jkollkom Affezzjoni Tenera Lejn Xulxin”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Ħobb lill-Alla li Jħobbok
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Nitgħallmu t-Triq li Tisboq taʼ l-Imħabba
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • “Ħobb lil Ġeħova Alla tiegħek”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
w96 7/1 p. 3

Tistaʼ Verament Tħobb ’l Alla?

“EBDA BNIEDEM ma jarani u jibqaʼ ħaj,” jgħid Alla. (Eżodu 33:20) Iktar minn hekk, sa minn żminijiet Bibliċi ma kien hemm ebda evidenza li xi bniedem kellu komunikazzjoni diretta miegħu. Ma taħsibx li tidher diffiċli​—saħansitra impossibbli—​li tiżviluppa affezzjoni profonda għal xi ħadd li qatt ma rajt jew smajt direttament? Huwa verament possibbli li jkollok relazzjoni taʼ mħabba mal-​Ħallieq taʼ l-​univers?

M’għandu jkun hemm ebda dubju li hu possibbli li tiżviluppa ġibda persunali kordjali m’Alla. F’Dewteronomju 6:5, naqraw li l-​ġens taʼ Israel kien ikkmandat: “Ħobb, mela, lill-​Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha u b’saħħtek kollha.” Ġesù Kristu iktar tard afferma mill-​ġdid din il-​liġi lis-​segwaċi tiegħu u żied: “Dan hu l-​kmandament il-​kbir u l-​ewwel wieħed.” (Mattew 22:37, 38) Kienet il-​Bibbja se tħeġġiġna nħobbu ’l Alla li kieku relazzjoni bħal din ma setgħetx tinkiseb?

Imma jippretendi Jehovah li nħobbuh sempliċement għax jikkmandana nagħmlu hekk? Le. Alla ħalaq lill-​ewwel koppja umana bil-​kapaċità li jħobbuh. Adam u Eva ma kinux sforzati biex jidħlu f’relazzjoni taʼ mħabba mal-​Ħallieq tagħhom. Minflok, Alla dawwarhom b’ċirkostanzi ideali fejn setgħu jiżviluppaw affezzjoni profonda lejh. L-​għażla kienet f’idejhom​—jew jersqu eqreb lejn Alla jew jitbiegħdu minnu.

Adam u Eva għażlu li jirribellaw. (Ġenesi 2:16, 17; 3:6, 7) Id-​dixxendenti tagħhom, madankollu, kellu jkollhom il-​potenzjal biex jiżviluppaw relazzjoni taʼ mħabba mal-​Ħallieq.

Nimxu Maʼ Dak Alla Veru

Per eżempju, fil-​Bibbja, Abraham jintqal li hu l-​“ħabib” t’Alla. (Ġakbu 2:23) Madankollu, Abraham ċertament li ma kienx l-​uniku wieħed li gawda relazzjoni intima m’Alla. Il-​Bibbja titkellem dwar ħafna bnedmin imperfetti oħrajn li wrew affezzjoni ġenwina għal Jehovah u ‘mxew sewwa maʼ dak Alla veru.’—Ġenesi 5:24; 6:9; Ġob 29:4; Salm 25:14; Proverbji 3:32.

Il-qaddejja t’Alla fi żminijiet Bibliċi ma twildux mill-​ewwel bl-​imħabba u bl-​affezzjoni għal Alla. Kellhom jiżviluppawhom. Kif? Billi jsiru jafuh bl-​isem persunali tiegħu, Jehovah. (Eżodu 3:13-15; 6:2, 3) Billi jkunu konxji taʼ l-​eżistenza u taʼ l-​Istat tiegħu t’Alla. (Lhud 11:6) Billi jimmeditaw taʼ spiss dwar l-​atti taʼ mħabba tiegħu. (Salm 63:7 [Salm 63:6, New World Translation]) Billi jesprimu permezz tat-​talb ’l Alla l-​ħsibijiet l-​iktar ġewwinin tagħhom. (Salm 39:13 [Salm 39:12, NW]) Billi jitgħallmu dwar tjubitu. (Żakkarija 9:17) Billi jiżviluppaw biżaʼ bnin milli joffenduh.—Proverbji 16:6.

Tistaʼ ssir il-​ħabib t’Alla u timxi miegħu? Veru, ’l Alla ma tistax tarah jew tismaʼ leħnu. Minkejja dan, Jehovah jistiednek issir ‘mistieden fit-​tinda tiegħu,’ il-​ħabib tiegħu. (Salm 15:1-5, NW) B’hekk, huwa possibbli li tħobb ’l Alla. (w96 6/15)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja