LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w98 6/15 pp. 30-31
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Materjal Simili
  • Il-ministeru taʼ Ġesù fil-Perija
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Irċivejtu Int “l-Ispirtu tal-Verità”?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Għandna niġġieldu biex nibqgħu fil-verità
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2019
  • Ġesù Jerġaʼ Jitlaq lejn Ġerusalemm
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
w98 6/15 pp. 30-31

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

Ġesù ħeġġeġ: “Tħabtu [“Stinkaw b’mod vigoruż,” “NW”] biex tidħlu mill-​bieb id-​dejjaq, għax kif ngħidilkom jien, ħafna għad ifittxu li jidħlu u ma jirnexxilhom[x].” (Luqa 13:24) X’ried ifisser, u dan kif japplika fi żmienna?

Din is-​silta interessanti nistgħu nifhmuha aħjar jekk nikkunsidraw l-​isfond tagħha. Xi sitt xhur qabel mewtu, Ġesù kien f’Ġerusalemm waqt l-​anniversarju tad-​dedika mill-​ġdid tat-​tempju. Hu tkellem dwaru nnifsu bħala li kien ir-​ragħaj tan-​nagħaġ t’Alla, imma wera li l-​Lhud in ġenerali ma kinux fost dawn in-​nagħaġ għax huma rrifjutaw li jagħtu widen. Meta qal li kien “ħaġa waħda” maʼ Missieru, il-​Lhud qabdu l-​ġebel biex iħaġġruh. Hu ħarab lejn il-​Perea, lil hinn mill-​Ġordan.—Ġwann 10:1-40.

Hemmhekk wieħed raġel staqsieh: “Mulej, jaqaw ftit huma dawk li jsalvaw?” (Luqa 13:23) Din kienet mistoqsija verament flokha, peress li l-​Lhud taʼ dak iż-​żmien kienu jemmnu li numru limitat biss kien se jkun ħaqqhom is-​salvazzjoni. Meta tqis l-​attitudni li kellhom, m’huwiex diffiċli li timmaġina min kienu jaħsbu li kellhom ikunu dawk il-​ftit. Kemm kienu sejrin żmerċ, bħalma se naraw mill-​iżviluppi li seħħew iktar tard!

Ġesù kien ilu xi sentejn fosthom​—jgħallimhom, jagħmel il-​mirakli, u joffrilhom il-​possibbiltà li jsiru werrieta tas-​Saltna tas-​sema. B’liema riżultat? Huma, u b’mod partikulari l-​mexxejja tagħhom, kienu kburin li kienu dixxendenti t’Abraham u li l-​Liġi t’Alla kienet ġiet fdata lilhom. (Mattew 23:2; Ġwann 8:31-44) Imma ma ridux jirrikonoxxu u jwieġbu għal-​leħen tar-​Ragħaj mill-​Aħjar. Kien qisu kellhom bieb miftuħ beraħ quddiemhom, u jekk jidħlu minnu, kellhom ir-​rigal ewlieni taʼ li jkunu membri tas-​Saltna, imma huma rrifjutaw. Kienu biss relattivament ftit, l-​iktar minn dawk taʼ klassi baxxa, li semgħu l-​messaġġ taʼ verità taʼ Ġesù, wieġbu, u baqgħu miegħu.—Luqa 22:28-30; Ġwann 7:47-49.

Nhar Pentekoste tas-​sena 33 E.K., kienu dawn taʼ l-​aħħar li kienu f’qagħda li jiġu midlukin bl-​ispirtu qaddis. (Atti 2:1-38) Huma ma kinux fost dawk li Ġesù semma, li kienu jagħmlu dak li mhux sewwa, u li kellhom jibku u jgħażżu snienhom minħabba li naqsu li jaċċettaw l-​opportunità li ġiet miftuħa lilhom.—Luqa 13:27, 28.

Minħabba f’dan, fl-​ewwel seklu dawk il-​“ħafna” kienu l-​Lhud in ġenerali, speċjalment il-​mexxejja reliġjużi. Dawn kienu jgħidu li jridu l-​favur t’Alla​—imma biss skond il-​livelli u l-​modi tagħhom, mhux dawk t’Alla. B’kuntrast, dawk ir-​relattivament “ftit” li wieġbu għax kienu interessati sinċerament f’li jkunu parti mis-​Saltna, saru membri midlukin tal-​kongregazzjoni Kristjana.

Issa ikkunsidra l-​applikar iktar estiż li jseħħ fi żmienna. Numru bla għadd taʼ individwi li jattendu l-​knejjes tal-​Kristjaneżmu ġew mgħallmin li sejrin fis-​sema. Madankollu, din l-​aspirazzjoni m’hijiex ibbażata fuq it-​tagħlim eżatt taʼ l-​Iskrittura. Bħal fil-​każ tal-​Lhud iktar qabel, dawn iridu l-​favur t’Alla biss skond il-​kundizzjonijiet li jagħmlu huma stess.

Fi żmienna, iżda, kien hawn relattivament ftit li wieġbu b’umiltà għall-​messaġġ tas-​Saltna, iddedikaw lilhom infushom lil Jehovah, u jimmeritahom il-​favur t’Alla. Dan wassal biex huma saru “wlied is-​Saltna.” (Mattew 13:38) Dawn l-​‘ulied’ bdew jiġu mistednin f’Pentekoste tas-​sena 33 E.K. Ix-​Xhieda taʼ Jehovah ilhom jemmnu li l-​evidenza taʼ kif Alla jittratta mal-​poplu tiegħu tissuġġerixxi li bażikament, il-​membri tal-​klassi tas-​sema ġew imsejħin. Għaldaqstant, dawk li tgħallmu l-​verità tal-​Bibbja fi snin reċenti fehmu li issa qed tiġi offruta t-​tama taʼ ħajja taʼ dejjem fuq art magħmula ġenna. Dawn waslu sal-​punt li għaddew fin-​numru lill-​fdal li dejjem qed jonqos taʼ Kristjani midlukin, li għandhom il-​prospett li attwalment imorru fis-​sema. Luqa 13:24 ma japplikax prinċipalment għal dawk li ma jistennewx li jmorru fis-​sema, imma ċertament li dan fih parir għaqli għalihom.

Meta ħeġġiġna biex nistinkaw b’mod vigoruż, Ġesù ma kienx qed jgħid li hu jew Missieru qed iqiegħdu l-​ostakli quddiemna biex itellfuna. Imma minn Luqa 13:24 nifhmu li dak li Alla jirrikjedi huwa b’tali mod li jeskludi ’l dawk li ma ħaqqhomx. “Stinkaw b’mod vigoruż,” jimplika li nissieltu, li nisforzaw. Nistgħu nistaqsu lilna nfusna, ‘Qiegħed nagħmel sforz jien?’ Luqa 13:24 jistaʼ jinqara fi kliem ieħor, ‘Hemm bżonn li nistinka b’mod vigoruż biex nidħol mill-​bieb id-​dejjaq, għaliex ħafna se jfittxu li jidħlu imma ma jirnexxilhomx.’ Għalhekk, qiegħed jien verament nistinka b’mod vigoruż? Qiegħed jien inkun bħal atleta f’xi arena tal-​qedem li kien juża l-​enerġija tiegħu kollha biex jikseb il-​premju? Ebda atleta bħal dan ma kien se jkun b’nofs qalb, u jieħu kollox bil-​lajma. Jien qiegħed nieħu kollox bil-​lajma?’

Kliem Ġesù jissuġġerixxi li xi wħud forsi jfittxu li ‘jidħlu mill-​bieb’ biss meta jkun konvenjenti għalihom jew b’pass faċli kif jippreferu huma. Attitudni bħal din tistaʼ teffettwa lil xi Xhieda individwali. Xi wħud jistgħu jirraġunaw, ‘Jien naf Kristjani devoti li għamlu sforz għal snin sħaħ, u għamlu ħafna sagrifiċċji; madankollu, laħqu mietu, u t-​tmiem taʼ din is-​sistema ħażina xorta kien għadu ma wasalx. Mela naħseb li aħjar neħodha iktar bil-​mod, u ngħix ħajja iktar normali.’

Faċli li tirraġuna hekk, imma fir-​realtà huwa dan għaqli? Per eżempju, l-​appostli hekk kienu jaħsbuha? Żgur li le. Huma għamlu dak kollu li setgħu għall-​qima vera​—u dan komplew jagħmluh sa ma mietu. Per eżempju, Pawlu setaʼ jgħid: ‘Lil Kristu aħna nħabbru lill-​bnedmin kollha. Għalhekk jiena nitħabat u nissielet bis-​saħħa tiegħu, li tinsab taħdem fija bil-​qawwa kollha tiegħu.’ Iktar tard hu kiteb: “Hu għal dan l-​għan li aħna nitħabtu u nitqabdu, għax it-​tama tagħna hi f’Alla l-​ħaj, li hu s-​Salvatur tal-​bnedmin kollha, l-​aktar taʼ dawk li jemmnu.”—Kolossin 1:28, 29; 1 Timotju 4:10.

Aħna nafu li Pawlu għamel l-​aħjar ħaġa li qatt setaʼ jagħmel meta stinka. Kemm ikun kuntent kull wieħed minna kieku jistaʼ jgħid bħalma qal Pawlu: “Tqabadt it-​taqbida t-​tajba, temmejt il-​ġirja, ħarist il-​fidi.” (2 Timotju 4:7) Għalhekk, fi qbil mal-​kliem taʼ Ġesù ddokumentat f’Luqa 13:24, kull wieħed minna jistaʼ jistaqsi, ‘Qiegħed jien nagħmel ħilti biex inkun diliġenti u bieżel? Iva, qiegħed jien nagħti biżżejjed evidenza regulari li daħħaltha f’qalbi t-​twissija taʼ Ġesù: “Tħabtu biex tidħlu mill-​bieb id-​dejjaq”?’

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja