LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w99 5/1 pp. 3-4
  • Kulħadd Irid Ikun Ħieles

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kulħadd Irid Ikun Ħieles
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Għadhom “fil-​Ktajjen”
  • Poplu Liberu Imma Responsabbli
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Ħalli lil Ġeħova Jiggwidak Lejn il-Libertà Vera
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • Aqdi lil Ġeħova, l-Alla tal-libertà
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
  • Titlifx il-Għan tal-Libertà
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
w99 5/1 pp. 3-4

Kulħadd Irid Ikun Ħieles

“Il-​bniedem twieled liberu, u kullimkien jinsab fil-​ktajjen,” kiteb il-​filosfu Franċiż Jean-Jacques Rousseau fl-​1762. Titwieled liberu. Xi ħsieb meraviljuż! Imma bħalma osserva Rousseau, miljuni taʼ nies matul l-​istorja qatt ma esperjenzaw il-​libertà. Minflok, qattgħu ħajjithom “fil-​ktajjen,” ikkalzrati f’sistema li serqitilhom kwalunkwe tama taʼ ferħ u sodisfazzjon dejjiema fil-​ħajja.

MILJUNI llum għadhom isibu li “bniedem jaħkem fuq ieħor u jagħmillu l-​ħsara.” (Koħèlet 8:9) Fil-​ġiri tagħhom wara l-​poter, irġiel u nisa ambizzjużi tibqaʼ ma tniggiżhomx il-​kuxjenza rigward li jċaħħdu lil oħrajn mil-​libertajiet tagħhom. “Skwadri vjolenti tal-​mewt joqtlu 21 ruħ,” jgħid rapport tipiku. Ieħor jitkellem dwar “tbiċċir,” meta forzi tas-​sigurtà ‘joqtlu nisa, tfal u xjuħ li ma kellhom ebda reżistenza jew difiża, iħanxru għonq in-​nies, jisparaw lill-​priġunieri ċivili f’rashom, u jużaw l-​istrateġija li l-​art titħalla ħerba billi jeqirdu l-​irħula u jibbombardjaw bl-​addoċċ.’

Mhux taʼ b’xejn li n-​nies tant jixtiequ, u tabilħaqq, jiġġieldu għall-​ħelsien mir-​repressjoni! Iżda b’sogħba, il-​verità hi li l-​ġlied għal-​libertà taʼ individwu wieħed taʼ spiss ikun jinvolvi li jintrifsu d-​drittijiet u l-​libertajiet taʼ ieħor. Fil-​proċess, ikun tistaʼ tgħid inevitabbli li jiġu ssagrifikati rġiel, nisa, u tfal innoċenti, li l-​imwiet tagħhom “jilleġittimizzawhom” billi jiddikjaraw li l-​kawża kienet waħda ġusta. Per eżempju, is-​sena l-​oħra, fl-​Irlanda, karozza bomba mqegħda minn xi “ġellieda għall-​ħelsien” fil-​belt żgħira taʼ Omagh, li tinsab fil-​kampanja, qatlet 29 ruħ innoċenti li kienu fil-​viċin u mijiet oħrajn indarbu.

Għadhom “fil-​Ktajjen”

Meta jieqaf il-​ġlied, x’jinkiseb? Meta l-​“ġellieda għall-​ħelsien” jirbħu l-​battalji tagħhom, għandu mnejn tinkiseb ċerta libertà limitata. Imma, imbagħad, ikunu huma tassew ħelsin? M’huwiex veru li saħansitra fl-​iktar soċjetajiet liberi fl-​hekk imsejħa dinja libera, in-​nies xorta għadhom “fil-​ktajjen” taʼ sidien krudili bħalma huma l-​faqar, l-​imperfezzjoni, il-​mard, u l-​mewt? Kif jistaʼ xi ħadd jgħid li hu verament ħieles dment li jibqaʼ mjassar b’dawn l-​affarijiet?

Mosè, kittieb antik tal-​Bibbja, iddeskriva b’mod eżatt kif kienet il-​ħajja għal ħafna matul l-​istorja u kif għadha fil-​preżent. Għandna mnejn ngħixu għal 70 jew 80 sena, qal hu, imma “l-​biċċa l-​kbira taħbit u niket.” (Salm 90:10) Qatt se jinbidel dan? Qatt se jkun possibbli għalina lkoll li ngħixu ħajjiet sodisfaċenti għalkollox, ħelsin mill-​uġigħ u l-​biżaʼ li ħafna jsofru minnhom fil-​preżent?

Il-Bibbja tgħid iva! Din titkellem dwar il-​“ħelsien tal-​glorja taʼ wlied Alla.” (Rumani 8:21) Ejja nikkunsidraw mill-​qrib dan il-​ħelsien, li dwaru tkellem l-​appostlu Pawlu fl-​ewwel seklu f’ittra li kiteb lill-​Kristjani f’Ruma. F’din l-​ittra Pawlu jispjega ċar kif kull wieħed u waħda minna nistgħu niksbu “ħelsien tal-​glorja” veru u dejjiemi.

[Sors taʼ l-​Istampa f’paġna 3]

Mill-​ktieb Beacon Lights of History, Vol. XIII

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja