LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w99 6/1 pp. 3-4
  • Iż-Żmien u l-Eternità—X’Nafu Tassew Dwarhom?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Iż-Żmien u l-Eternità—X’Nafu Tassew Dwarhom?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​Ħarsa tal-​Bibbja dwar iż-​Żmien
  • Il-​Ħajja taʼ Dejjem—Hija Din Loġika?
  • Nistgħu Ngħixu għal Dejjem
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • Għala Daqshekk Ftit Żmien?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Faħħru lis-Sultan taʼ L-Eternità!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • Hija l-Ħajja taʼ Dejjem Tabilħaqq Possibbli?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
w99 6/1 pp. 3-4

Iż-​Żmien u l-​Eternità—X’Nafu Tassew Dwarhom?

“IŻ-​ŻMIEN jidher li hu waħda mill-​iktar forom misterjużi taʼ esperjenza umana,” tistqarr enċiklopedija. Iva, huwa tistaʼ tgħid impossibbli li wieħed jiddefinixxi ż-​żmien fi kliem sempliċi. Nistgħu ngħidu li ż-​żmien “jaħrab,” “jgħaddi,” “itir,” u anki li aħna nfusna ninsabu mexjin ’il quddiem fil-​“medda taż-​żmien.” Imma fir-​realtà lanqas biss nafu fuqiex qegħdin nitkellmu.

Iż-żmien ġie ddefinit bħala “d-​distanza bejn żewġ ġrajjiet.” Madankollu, l-​esperjenza tagħna donnha tgħidilna li ż-​żmien huwa indipendenti mill-​ġrajjiet; donnu jibqaʼ għaddej sew jekk xi ħaġa tiġri u sew jekk le. Wieħed filosfu jsostni li ż-​żmien fil-​fatt ma jeżistix imma huwa sempliċement xi ħaġa immaġinata. Jistaʼ jkun li dak li hija mibnija fuqu ħafna mill-​esperjenza tagħna huwa sempliċement frott taʼ l-​immaġinazzjoni tagħna?

Il-​Ħarsa tal-​Bibbja dwar iż-​Żmien

Il-​Bibbja ma tagħti ebda definizzjoni taż-​żmien, u b’hekk tissuġġerixxi li huwa forsi xi ħaġa li l-​bniedem m’huwiex kapaċi jifhimha għalkollox. Huwa bħall-​firxa bla tarf taʼ l-​ispazju, xi ħaġa li wkoll insibuha diffiċli biex nifhmuha. Jidher li ż-​żmien huwa waħda minn dawk l-​affarijiet li Alla biss jistaʼ jifhimhom għalkollox, għax hu biss hu “minn dejjem taʼ dejjem.”—Salm 90:2.

Għalkemm il-​Bibbja ma tagħtix definizzjoni taż-​żmien, din, iżda, titkellem dwar iż-​żmien bħala realtà. L-​ewwelnett, il-​Bibbja tgħidilna li Alla ħalaq l-​“imnariet”​—ix-​xemx, il-​qamar, u l-​kwiekeb—​bħala affarijiet li jimmarkaw iż-​żmien, biex “[i]kunu sinjali għat-​tqassim taż-​żminijiet, tal-​jiem u tas-​snin.” Ħafna ġrajjiet iddokumentati fil-​Bibbja huma stabbiliti sewwa fil-​medda taż-​żmien. (Ġenesi 1:14; 5:3-32; 7:11, 12; 11:10-32; Eżodu 12:40, 41) Il-​Bibbja titkellem ukoll dwar iż-​żmien bħala xi ħaġa li għandna nużawha b’mod għaqli sabiex ikun jistħoqqilna nirċievu l-​barka t’Alla taʼ li jkollna eternità taʼ żmien​—il-​prospett taʼ li ngħixu għal dejjem.—Efesin 5:15, 16.

Il-​Ħajja taʼ Dejjem—Hija Din Loġika?

Filwaqt li jħossuhom frustrati meta jipprovaw jifhmu x’inhu tassew iż-​żmien, ħafna nies tħawwadhom l-​idea taʼ ħajja taʼ dejjem, jew li jibqgħu jgħixu għal dejjem. Raġuni waħda għal dan tistaʼ tkun li l-​esperjenza li għandna taż-​żmien kienet dejjem konnessa maċ-​ċiklu taʼ li wieħed jitwieled, jikber, jixjieħ, u jmut. B’hekk, sirna nidentifikaw il-​mogħdija taż-​żmien mal-​proċess innifsu tax-​xjuħija. Għal ħafna, li jaħsbuha mod ieħor huwa bħallikieku qegħdin jiksru l-​istess konċett taż-​żmien. ‘Il-​bnedmin għala għandhom ikunu eċċezzjoni għal dak li milli jidher huma suġġetti għalih il-​ħlejjaq ħajjin l-​oħra kollha?’ huma għandhom mnejn jistaqsu.

Dak li taʼ spiss jiġi injorat f’dan il-​mod taʼ raġunar huwa l-​fatt li l-​bnedmin diġà huma eċċezzjoni għall-​bqija tal-​ħolqien f’ħafna aspetti. Per eżempju, l-​annimali m’għandhomx il-​kapaċitajiet intellettwali li għandhom il-​bnedmin. Minkejja li ħafna jsostnu mod ieħor, dawn ma jsirux iktar kreattivi minn dak li l-​istint jippermettilhom li jkunu. Huma la għandhom doni artistiċi u lanqas il-​kapaċità li juru mħabba u apprezzament, bħalma għandhom il-​bnedmin. Jekk il-​bnedmin ngħataw bil-​wisq iktar fejn għandhom x’jaqsmu dawn il-​kwalitajiet u l-​kapaċitajiet li jagħmlu l-​ħajja waħda taʼ skop, għala m’huwiex possibbli li huma ngħataw iktar anki fejn għandha x’taqsam il-​ħajja nfisha?

Mill-banda l-​oħra, m’hijiex xi ħaġa stramba li s-​siġar, li ma jistgħux jaħsbu, f’xi każi jgħixu għal eluf taʼ snin, mentri bnedmin intelliġenti jistgħu jgħixu biss madwar 70 jew 80 sena? M’huwiex paradoss li l-​fkieren, li m’għandhom ebda kapaċitajiet kreattivi jew artistiċi, jistgħu jgħixu għal iktar minn 200 sena, waqt li l-​bnedmin, li huma mogħnijin b’dawn il-​kapaċitajiet, jgħixu ħafna inqas minn nofs dan iż-​żmien?

Għalkemm il-​bniedem ma jistax jifhimhom għalkollox iż-​żmien u l-​eternità, il-​wegħda taʼ ħajja taʼ dejjem xorta għadha tama msejsa fis-​sod fil-​Bibbja. F’dan il-​ktieb, it-​terminu “ħajja taʼ dejjem” jidher kważi 40 darba. Imma jekk l-​iskop t’Alla hu li l-​bnedmin jgħixu għal dejjem, għala għadu ma ġiex irrealizzat? Din il-​mistoqsija se tiġi kkunsidrata fl-​artiklu li jmiss.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja