LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w99 6/15 pp. 8-9
  • Imħabba Lejn “Qrabatna fil-Fidi”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Imħabba Lejn “Qrabatna fil-Fidi”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
w99 6/15 pp. 8-9

Imħabba Lejn “Qrabatna fil-​Fidi”

IL-​KRISTJANI ġenwini huma magħqudin bejniethom qishom familja waħda. Tabilħaqq, ilhom mill-​ewwel seklu E.K. ’l hawn isejħu lil xulxin “ħija” u “oħti.” (Mark 3:31-35; Filemon 1, 2) Dawn m’humiex sempliċement kelmiet; dawn jagħtu stampa taʼ kif l-​adoraturi t’Alla jħossuhom lejn xulxin. (Qabbel l-1 Ġwann 4:7, 8.) Ġesù qal: “Minn dan jagħraf kulħadd li intom dixxipli tiegħi, jiġifieri, jekk ikollkom l-​imħabba bejnietkom.”—Ġwann 13:35.

Imħabba bħal din kienet evidenti f’Lulju taʼ l-​1997 meta xita qawwija u għargħar laqtu liċ-​Ċili wara nixfa twila. F’daqqa waħda, ħafna nies ġew bżonn l-​ikel, l-​ilbies, u affarijiet oħra. Meta jseħħ xi diżastru, ix-​Xhieda taʼ Jehovah jistinkaw biex isegwu l-​parir li Pawlu ta lill-​Galatin: “Mela, dment li għandna ż-​żmien ħa nagħmlu l-​ġid maʼ kulħadd, l-​iktar maʼ qrabatna fil-​fidi.”—Galatin 6:10.

Għaldaqstant, ix-​Xhieda taʼ Jehovah malajr organizzaw lilhom infushom biex jagħtu sehemhom. Inġabru provvisti taʼ ikel, ilbies, u affarijiet bħal dawn, li ġew magħżula, ippakkjati, u mbagħad mibgħuta fil-​post tad-​diżastru. Xi tfal saħansitra bagħtu l-​ġugarelli! Waħda oħt baqgħet iċċassata meta rat is-​Sala tas-​Saltna mimlija bil-​provvisti li ntbagħtu. “Bqajt miblugħa, u ġejt fid-​dubju jekk nidħaqx jew nibkix,” tgħid hi. “Kien proprju dak li kellna bżonn.”

Imbagħad, bħal sajjetta fil-​bnazzi, seħħ terremot li laqat parti mill-​istess inħawi milquta bl-​għargħar. Ħafna djar saru ħerba. Sabiex tingħata l-​għajnuna, ġew formati iktar kumitati għall-​għajnuna. Il-​Kumitati tal-​Bini Reġjonali, li normalment jieħdu ħsieb il-​bini tal-​faċilitajiet fejn jiltaqgħu ix-​Xhieda taʼ Jehovah, daħlu biex jgħinu u taw l-​appoġġ tagħhom. X’kien ir-​riżultat? Lil dawk li kienu tilfu djarhom ngħatawlhom djar sempliċi, iddisinjati u mibnija mill-​aħwa. Filwaqt li dawn id-​djar ma kinux elaborati, kienu jispikkaw ħdejn dawk li ngħataw b’self lin-​nies minn sorsi sekulari u li kienu ġebel u saqaf.

Xi aħwa vvjaġġaw distanzi twal biex jagħtu l-​għajnuna. Iċ-​ċermen taʼ wieħed mill-​Kumitati tal-​Bini Reġjonali għamel spezzjoni estensiva taʼ jumejn​—minkejja li kien jinsab f’siġġu tar-​roti. Wieħed ħu agħma ħadem kemm felaħ, iġorr it-​travi s’għand il-​mastrudaxxa sabiex dan jaqtagħhom għad-​daqs li kellu bżonn. Wieħed ħu trux għabba t-​travi u ħadhom fuq il-​post fejn kellhom bżonnhom.

Ħafna osservaturi baqgħu impressjonati bl-​għajnuna provduta mill-​aħwa. F’raħal minnhom kien hemm karozza tal-​pulizija pparkjata maġenb id-​dar taʼ waħda oħt, liema dar kienu qed isirulha xi tiswijiet. Il-​pulizija ġiethom il-​kurżità. Wieħed minnhom staqsa lil xi ħadd mill-​aħwa: “Min huma dawn il-​ħaddiema li jidhru tant ferħanin, u kemm qed jitħallsu?” Il-​ħu spjegalu li dawn kienu kollha volontiera. Wieħed mill-​uffiċjali spjega li hu kien iħallas somma flus kull xahar lill-​knisja tiegħu, u madankollu l-​kappillan lanqas biss kien żaru minn mindu seħħ it-​terremot! L-​għada l-​oħt irċiviet telefonata mingħand uffiċjal tal-​pulizija. Hu wkoll kien osserva l-​ħaddiema. Qalilha li tant baqaʼ impressjonat bl-​ispirtu entużjastiku tal-​ħaddiema li kważi tħajjar jagħti daqqa t’id!

Verament, l-​għajnuna provduta fiċ-​Ċili kienet esperjenza mill-​isbaħ għall-​volontiera u xiehda mill-​aqwa għall-​osservaturi.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja