LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w99 6/15 pp. 4-7
  • Il-Vandaliżmu Jistaʼ Jiġi Eliminat

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Vandaliżmu Jistaʼ Jiġi Eliminat
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Xi Għeruq Iktar Fondi tal-​Vandaliżmu
  • Gwida Siewja għaż-​Żgħażagħ
  • Xi Ħaġa Aħjar mill-​Protesti
  • Dinja Ġdida Ħielsa mill-​Vandaliżmu Hija Possibbli
  • Il-Vandaliżmu—Għala?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Il-Mibegħda Qiegħda Kullimkien
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2022
  • Għajnuna biex Jieqfu mid-Delinkwenza
    Stenbaħ!—2000
  • Ara d-differenza fin-nies
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
w99 6/15 pp. 4-7

Il-​Vandaliżmu Jistaʼ Jiġi Eliminat

“IL-​VANDALIŻMU fost iż-​żgħażagħ minn dejjem kien meqjus bħala espressjoni taʼ nuqqas taʼ rispett u ostilità lejn l-​adulti u l-​livelli tagħhom,” jispjegaw il-​kittieba Jane Norman u Myron W. Harris. Filwaqt li ħafna żgħażagħ jemmnu li xejn ma jistaʼ jsir biex ibiddel is-​sitwazzjoni, “wieħed minn kull tlieta jħoss li l-​vandaliżmu fost iż-​żgħażagħ jistaʼ jiġi kontrollat li kieku l-​ġenituri jagħtu iktar kas taʼ wliedhom, u li kieku ż-​żgħażagħ ma jkunux daqshekk imdejqin għax ma jsibux x’jagħmlu,” irrapportaw l-​awturi. Għalkemm huwa minnu li l-​vandaliżmu jitnaqqas jekk iż-​żgħażagħ kellhom jinżammu medhijin u jirċievu kontroll aħjar mill-​ġenituri, ikun dan biżżejjed biex il-​problema tiġi attakkata mill-​għeruq?

Meta jkunu waħedhom, ħafna żgħażagħ ma tantx jaqilgħu inkwiet, iżda meta jkunu fi grupp jew tnejn tnejn, għandhom mnejn jipprovaw jattiraw l-​attenzjoni, billi jagħmlu affarijiet tal-​boloh u xejn sbieħ. Hekk ġralu Nelson, għax meta kien isib ruħu taħt l-​influwenza tad-​drogi jew l-​alkoħol taʼ spiss kien jesprimi r-​rabja u n-​nuqqas taʼ kuntentizza tiegħu billi jiżvoga fil-​vandaliżmu. José, imqanqal mill-​priedki fil-​Knisja Kattolika favur tqassim aħjar tar-​rabaʼ u d-​drittijiet tal-​ħaddiema, ħass li kellu jieħu sehem fi strajkijiet u vandaliżmu organizzat bħala mezz taʼ protesta. Madankollu, kemm Nelson u kemm José sabu xi ħaġa aħjar mir-​rewwixti jew mill-​vandaliżmu.

Xi Għeruq Iktar Fondi tal-​Vandaliżmu

Ejja neżaminaw iktar mill-​qrib għala xi żgħażagħ jinvolvu ruħhom fil-​vandaliżmu. Ħafna adolexxenti jħossuhom imħawdin u “jiddeskrivu d-​dinja bħala post taʼ taħwid u ġenn, mimli b’nies imġienen.” Minkejja dan, u kuntrarju għal dak li jaħsbu xi wħud, rapport minnhom qal: “Iż-​żgħażagħ jinkwetaw x’direzzjoni se tieħu ħajjithom. Jimpurtahom ħafna iktar milli jaħsbu l-​kbar.” Jaf jew ma jafx, żagħżugħ involut fil-​vandaliżmu jistaʼ b’dan il-​mod ikun qed jesprimi l-​frustrazzjonijiet ġewwinija, il-​problemi li ma jistax isib tarfhom, jew il-​bżonnijiet li ma ġewx sodisfati. Skond l-​istħarriġ imsemmi fil-​bidu, “l-​ebda wieħed minn dawk li ħadu sehem f’dan l-​istħarriġ ma ddefenda jew iġġustifika l-​vandaliżmu, saħansitra lanqas dawk li kienu ħadu sehem fih.”

Wieħed żagħżugħ għandu mnejn rari jismaʼ kelma t’apprezzament jew taʼ inkuraġġiment. Peress li l-​edukazzjoni qegħda ssir iktar importanti u iktar impjiegi jeħtieġu livell għoli t’għarfien speċjalizzat jew abbiltà teknika, iż-​żagħżugħ jew żagħżugħa jistgħu jħossuhom intimidati. Iktar minn hekk, il-​ġenituri, l-​għalliema, jew il-​ħbieb għandhom mnejn jikkritikaw u jippretendu żżejjed, billi jitfgħu l-​enfasi fuq x’kapaċi jikseb iż-​żagħżugħ u mhux fuq x’inhu tassew bħala persuna. Ħafna jirribellaw jew iduru għall-​vandaliżmu sempliċement għax iħossuhom diżappuntati bihom infushom. Ma jitnaqqasx ħafna dan l-​inkwiet li kieku l-​ġenituri juru l-​imħabba u l-​attenzjoni?

Forsi int innotajt li, filwaqt li ċerti awtoritajiet donnhom qatgħu qalbhom jipprovaw jikkontrollaw it-​tħażżiż fuq il-​ħitan u tipi oħra taʼ delinkwenza, il-​biċċa l-​kbira taċ-​ċittadini mħassba xorta għadhom jippretendu li l-​għalliema u l-​ħaddiema taʼ l-​iskejjel jikkontrollaw il-​vandaliżmu. Rigward l-​inforzar tal-​liġi, The World Book Encyclopedia tgħid: “Il-​vandaliżmu tħallas għalih bil-​multi jew bil-​ħabs. Xi gvernijiet lokali għandhom liġijiet li jżommu lill-​ġenituri responsabbli tal-​vandaliżmu li jikkommettu t-​tfal tagħhom. Imma ħafna mill-​atti taʼ vandaliżmu ma jsir xejn dwarhom. L-​inforzar tal-​liġi huwa diffiċli f’każijiet bħal dawn, u l-​ispiża tal-​biċċa l-​kbira tal-​ħsarat individwali li jsiru ma tkunx kbira biżżejjed li jagħmilha vallapena li tittieħed azzjoni legali.” Rapport minnhom wera li 3 fil-​mija biss taʼ dawk li jikkommettu l-​offiżi spiċċaw biex inqabdu.

Int x’aktarx li taqbel li d-​direzzjoni adegwata tal-​ġenituri tistaʼ tkun l-​aħjar mod kif nissaraw mal-​kawżi oriġinali tad-​delinkwenza. Imma meta l-​ħajja tal-​familja tiddeterjora, il-​komunitajiet isofru. Il-​professoressa Ana Luisa Vieira de Mattos, taʼ l-​Università taʼ São Paulo, fil-​Brażil, tinnota li xi wħud mir-​raġunijiet għala jinħolqu l-​problemi fost iż-​żgħażagħ huma “superviżjoni mill-​inqas min-​naħa tal-​ġenituri, nuqqas taʼ regoli, nuqqas taʼ komunikazzjoni, negliġenza, indifferenza jew apatija.”

M’hemmx dubju li fi żmienna rajna t-​twettiq tal-​kliem taʼ Ġesù: “Joktor il-​ħażen, u għalhekk l-​imħabba tibred f’ħafna.” (Mattew 24:12) U min jistaʼ jiċħad li qed jitwettaq il-​kliem imniżżel fit-​2 Timotju 3:1-4? L-​appostlu Pawlu kiteb: “Dan għandek tkun taf: li l-​aħħar tad-​dinja jkun żmien iebes. Il-​bnedmin jingħataw għall-​imħabba tagħhom infushom u tal-​flus; faħħarin, suppervi, dgħajja, ma jisimgħux mill-​ġenituri; bla gratitudni, bla tjieba; bla qalb, bla ħniena, lablaba, bla rażan; kiefra, bla mħabba għat-​tajjeb; tradituri, bla ħsieb, minfuħa bihom infushom; iħobbu aktar il-​pjaċir milli ’l Alla.” Il-​fatt huwa illi sempliċement li tgħix fost nies b’karatteristiċi bħal dawn jikkontribwixxi għad-​delinkwenza. Iżda m’hemmx għalfejn naqtgħu jiesna. Il-​komunitajiet in ġenerali naqsu li jeliminaw il-​vandaliżmu, imma nistgħu nsibu nies li rnexxielhom ibiddlu l-​istil taʼ ħajjithom, u m’għadhomx maledukati jew bla kont. Fil-​każ tagħhom, il-​vandaliżmu twaqqaf.

Gwida Siewja għaż-​Żgħażagħ

X’kien li għen lil vandali u nies oħra jbiddlu l-​personalità tagħhom? Għalkemm xi edukaturi u ġenituri jarawha xi ħaġa li ma titwemminx, il-​Bibbja tipprovdi gwida eċċellenti u aġġornata. Billi mxew fuqha, dawk li qabel kienu vandali ġew motivati biex jobdu l-​liġi speċifika t’Alla: “La tmurx mal-​kotra biex tagħmel id-​deni.” (Eżodu 23:2) Ħafna nies inġibdu lejn il-​verità tal-​Kelma t’Alla rigward twemmin u duttrini li qabel qatt ma kienu jistgħu jifhmuhom, u marru tajjeb b’dak li tgħallmu. Ikkunsidra l-​esperjenza taʼ José, żagħżugħ minn São Paulo. Hu trabba jemmen fl-​użu tax-​xbihat fil-​qima. Meta sar jaf li Alla għandu isem, Jehovah, u li Hu ma japprovax il-​qima tax-​xbihat, José għamel bidliet sabiex jagħmel dak li hu tajjeb f’għajnejn Alla.—Eżodu 20:4, 5; Salm 83:19 [Salm 83:18, New World Translation]; 1 Ġwann 5:21; Apokalissi 4:11.

Nelson, minflok ma jgħaddi minn esperjenza kerha għal oħra fil-​klikek vjolenti u fl-​istrajkijiet, sab tama vera għall-​futur, u dan ġablu serħan enormi. Hu jgħid: “Minflok ma jien miċħud mill-​familja tiegħi minħabba l-​kumpanija ħażina u minħabba l-​vizzju tad-​drogi, issa ninsab l-​iktar wieħed rispettat fid-​dar. Missieri taʼ spiss jitlobni nagħti xi parir lil ħuti l-​kbar. Minn mindu bdejt nistudja l-​Bibbja max-​Xhieda taʼ Jehovah, sibt il-​ferħ għax issa għandi skop fil-​ħajja.” U għal żagħżugħ li jgħix fil-​belt bħal Marco​—imdorri jgħix f’ambjent vjolenti—​tassew qawwielu qalbu li jsir jaf li s-​Saltna t’Alla se ġġib l-​art ġenna.—Apokalissi 21:3, 4.

Ikkunsidra wkoll il-​każ taʼ wieħed li qabel kien membru taʼ klikka, ġelliedi li jaqlaʼ għagħa sħiħa fit-​toroq, u vandalu. Billi kien orfni bi trobbija tassew tal-​biki, Valter baqaʼ impressjonat bil-​fatt li, f’nofs sistema korrotta u mill-​agħar, Alla għandu poplu. Dawn jistinkaw bis-​sinċerità li japplikaw f’ħajjithom il-​prinċipji Bibliċi, billi juru mogħdrija, konsiderazzjoni, u qalb tajba. Valter jispjega: “Eżatt kif wiegħed Ġesù, jien issa għandi familja kbira, ‘aħwa rġiel u nisa u ommijiet u missirijiet.’ Rigward il-​futur, inħares ’il quddiem għal meta n-​nies se jgħixu fil-​kuntentizza u l-​unità taħt il-​gvern taʼ tjieba t’Alla.”—Mark 10:29, 30; Salm 37:10, 11, 29.

Xi Ħaġa Aħjar mill-​Protesti

Minbarra li juru konsiderazzjoni u mħabba lejn il-​proxxmu tagħhom, dawn l-​uħud li qabel kienu vandali tgħallmu ‘jobogħdu l-​ħażen.’ (Salm 97:10; Mattew 7:12) Xi ngħidu dwarek? Anki jekk int sempliċement wieħed li ssofri mill-​effetti tal-​vandaliżmu sfrenat, studju tal-​Kelma t’Alla se jurik tassew kemm Jehovah hu Missier tas-​sema li jħobb u li jixtieq jieħu ħsiebek. (1 Pietru 5:6, 7) Alla jistaʼ jgħinek tikber spiritwalment, minkejja dgħjufijiet persunali jew faqar. Din biss hija diġà esperjenza meraviljuża!

Jehovah u Ibnu, Ġesù Kristu, verament jixtiequ li kull tip taʼ nies ikollhom l-​opportunità li jitgħallmu l-​verità tal-​Bibbja. Il-​Kelma t’Alla kapaċi tagħmel iktar milli tgħin lill-​individwi ma jibqgħux iktar vandali issa. Tistaʼ timmotivahom biex jagħmlu iktar progress f’li japplikaw il-​prinċipji divini. Bħala riżultat, dawn isiru membri taʼ fratellanza internazzjonali magħrufa għall-​indafa u l-​manjieri mill-​aħjar, il-​kongregazzjoni dinjija tax-​Xhieda taʼ Jehovah. Fi qbil maʼ Efesin 4:24, dawn il-​Kristjani sinċieri ‘libsu l-​bniedem il-​ġdid, maħluq skond Alla, fil-​ġustizzja u l-​qdusija tassew.’ Dalwaqt id-​dinja se tkun mimlija b’nies bħal dawn għax huma se jkunu l-​uniċi wħud li se jibqgħu ħajjin u jgħixu għal dejjem.—Qabbel Luqa 23:43, NW.

Dinja Ġdida Ħielsa mill-​Vandaliżmu Hija Possibbli

Temmen int li l-​vandaliżmu jistaʼ tassew jinqalaʼ mill-​għeruq? Jekk iva, kif se sseħħ bidla importanti bħal din? Is-​Saltna t’Alla dalwaqt se telimina din is-​sistema mill-​agħar. Dawk li jgħixu fuq l-​art se jinżammu responsabbli għal kull ksur maħsub tal-​liġijiet twajbin t’Alla. (Qabbel Isaija 24:5, 6.) Filwaqt li “l-​midinbin flimkien jinqerdu,” dawk li jħobbu t-​tjieba se jinħelsu. “Is-​salvazzjoni tal-​ġusti mill-​Mulej; hu l-​kenn tagħhom fi żmien l-​għawġ. Il-​Mulej jgħinhom u jeħlishom mill-​ħżiena, isalvahom għax fih jistkennu.”—Salm 37:38-40.

Tabilħaqq, l-​għeruq tal-​vandaliżmu se jiġu eliminati għalkollox. U l-​istess se jiġrilhom il-​kriminalità, l-​oppressjoni, is-​sofferenza, u l-​ħażen kollu li hawn. Minflok, il-​paċi, it-​tjieba vera, il-​kwiet, u s-​sigurtà se jikkaratterizzaw il-​ħajja fid-​dinja l-​ġdida. Isaija 32:18 jiddeskrivi dak li se jseħħ f’sens letterali: “U l-​poplu tiegħi f’post tas-​sliem, jgħammar bla biżaʼ, mistrieħ fil-​kwiet.” Iva, ġenna taʼ l-​art globali u mill-​isbaħ se tkun mimlija b’nies li juru l-​imħabba u l-​konsiderazzjoni lejn oħrajn.

Flimkien maʼ miljuni taʼ nies oħra, uħud li qabel kienu vandali diġà qed igawdu relazzjoni intima m’Alla Jehovah. M’għadhomx jieħdu sehem iktar f’atti taʼ vandaliżmu. Se tħalli int ukoll il-​Kelma t’Alla tiggwidak lejn il-​ħajja fid-​dinja l-​ġdida tiegħu? Għala ma timitax lis-​salmista tal-​qedem li ddokumenta d-​dikjarazzjoni taʼ Jehovah: “Ngħallmek u nurik it-​triq li għandek tieħu; nwissik, u nżomm għajnejja fuqek.”—Salm 32:8.

[Stampa f’paġna 7]

L-​attenzjoni u l-​imħabba tal-​ġenituri jipproteġu liż-​żgħażagħ

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja