LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g00 9/8 p. 32
  • Għajnuna biex Jieqfu mid-Delinkwenza

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għajnuna biex Jieqfu mid-Delinkwenza
  • Stenbaħ!—2000
  • Materjal Simili
  • X’Futur Hemm għall-Bliet?
    Stenbaħ!—2001
  • Il-Vandaliżmu Jistaʼ Jiġi Eliminat
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Għala Tant Nies Jgħixu fil-Biżaʼ?
    Stenbaħ!—2005
  • Għala Jużaw il-Vjolenza
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2000
g00 9/8 p. 32

Għajnuna biex Jieqfu mid-​Delinkwenza

MINN KORRISPONDENT TAʼ STENBAĦ! FI FRANZA

MINN ġrajjiet li seħħew dan l-​aħħar, deher ċar il-​ksur allarmanti tal-​liġi u l-​bonordni f’ħafna bliet Franċiżi, neqsin minn kundizzjonijiet aċċettabbli t’għajxien. Skond ir-​rivista Franċiża L’Express, “il-​vjolenza fil-​bliet tistaʼ tgħid li żdiedet ħames darbiet iktar f’sitt snin.” Iktar minn hekk, l-​għadd taʼ tfal taħt l-​età involuti f’atti kriminali vjolenti żdied b’mod drammatiku.

Minbarra li jinvolvu ruħhom f’atti vandali, traffikar taʼ drogi, ħtif, ħruq taʼ propjetà u serq, id-​delinkwenti qegħdin jaħbtu direttament għal rappreżentanti taʼ l-​Istat. Fost in-​nies li qegħdin jiġu attakkati bl-​aħrax regolarment hemm il-​pulizija, il-​pompiera, u l-​ħaddiema tat-​trasport pubbliku.

X’inhi r-​raġuni għal din il-​vjolenza kollha? Żewġ soċjologi jispjegaw li meta tqis il-​fatt li l-​familja m’għadhiex magħquda bħalma kienet qabel, din id-​delinkwenza hija rvell kontra dak kollu li l-​awtoritajiet jirrappreżentaw. Huma jgħidu wkoll li ż-​żgħażagħ iħossuhom abbandunati mill-​awtoritajiet u li m’għandhom l-​ebda tama għal futur bi skop.

Ix-Xhieda taʼ Jehovah jippridkaw regolarment il-​messaġġ taʼ tama li fiha l-​Bibbja, fi nħawi fejn id-​delinkwenza hija komuni ħafna. Fi programm li kien hemm dan l-​aħħar fuq it-​televixin Franċiż, wieħed ġurnalist osserva li x-​Xhieda taʼ Jehovah jgħaddu kemm-il darba mill-​inħawi taʼ mal-​belt u l-​postijiet fil-​qrib li huma neqsin minn kundizzjonijiet aċċettabbli t’għajxien. Hu qal li dawn ikunu postijiet fejn is-​servizzi soċjali, il-​pulizija, u l-​gvern Franċiż ikunu donnhom qatgħu qalbhom minnhom. Mill-​banda l-​oħra, huma u jduru f’dawn id-​djar u toroq, ix-​Xhieda jitkellmu u jagħtu widen. Ix-​xogħol tagħhom iħalli effett pożittiv, bħalma turi l-​ittra li ġejja, mibgħuta minn wieħed żagħżugħ li jħobb jaqra Stenbaħ!

“Nixtieq nirringrazzjakom b’qalbi kollha tal-​pubblikazzjonijiet tagħkom. Intom mhux talli għentuni personalment, imma talli r-​relazzjoni mal-​ġenituri tiegħi marret għall-​aħjar. Jien għad għandi 16-il sena u ġejt imrobbi bħala Musulman.

“Li nixtieq ngħid huwa li intom irnexxielkom twaqqfuni mid-​delinkwenza. Bħala riżultat, jien qed nimxi mar-​reliġjon tiegħi iktar, imma qed naqra l-​Bibbja wkoll. Bis-​saħħa tagħkom, qed inkompli wkoll l-​iskola. Iktar minn hekk, intom għentu lil ħafna nies fejn noqgħod jien biex jieqfu mid-​delinkwenza. Dan għamiltuh bir-​rivisti tagħkom, għax jien insellifhomlhom kull xahar. Jien inħossni grat ħafna u obbligat lejkom.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja