LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w01 6/15 pp. 3-4
  • Flusek jew Ħajtek?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Flusek jew Ħajtek?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Kilba Kbira għall-​Flus
  • Il-​Flus u l-​Hena
  • Il-​Poter u n-​Nuqqas taʼ Poter tal-​Flus
  • Il-flus
    Stenbaħ!—2014
  • Huma l-Flus l-Għerq taʼ Kull Ħażen?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Kif tqassmu l-flus
    Il-familja tiegħek tista’ tkun ferħana
  • Kif Tistaʼ Żżomm Ħarsa Bilanċjata Lejn il-Flus?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
w01 6/15 pp. 3-4

Flusek jew Ħajtek?

Forsi ġieli smajt b’xi ħallelin li filwaqt li jagħmlu l-​arma tan-​nar maʼ ras il-​vittma tagħhom jheddu: “Flusek jew ħajtek!” Illum, din ir-​rikjesta magħrufa sew hija riflessa f’dilemma diffiċli li lkoll kemm aħna niffaċċjaw—speċjalment dawk li jgħixu f’pajjiżi sinjuri. Madankollu, din id-​darba m’huwiex xi ħalliel li qed jinforza r-​rikjesta tiegħu. Minflok, hija l-​enfasi kbira li s-​soċjetà qegħda dejjem tagħmel fuq il-​flus u s-​suċċess materjali.

DIN l-​enfasi qajmet serje ġdida taʼ kwistjonijiet u tħassib. Safejn għandna naslu biex niksbu l-​flus u l-​affarijiet materjali? Nistgħu nkunu kuntenti b’inqas affarijiet materjali? Veru li n-​nies qed jissagrifikaw “il-​ħajja vera” minħabba l-​materjaliżmu? Huma l-​flus il-​mezz għal ħajja ferħana?

Kilba Kbira għall-​Flus

Fost ix-​xewqat u l-​emozzjonijiet qawwija tal-​bniedem, kemm jekk huma raġunevoli u kemm jekk m’humiex, ir-​regħba għall-​flus qegħda fuq quddiemnett. Kuntrarju għax-​xewqa għas-​sess u l-​ikel, il-​kilba kbira għall-​flus tistaʼ tkun kostanti u ma tispiċċa qatt. Mid-​dehra lanqas bl-​età avanzata ma tispiċċa. F’ħafna każi, l-​età avanzata tistaʼ fil-​fatt iżżid l-​interess jew it-​tħassib tal-​persuna għall-​flus u għal dak li tistaʼ tixtri bihom.

Donnu li r-​regħba għall-​flus qed tiżdied. Attur prinċipali taʼ film popolari qal: “Bir-​regħba tieħu li trid. Ir-​regħba hija taʼ benefiċċju.” Għalkemm ħafna rreferew għas-​snin 80 tas-​seklu 20 bħala l-​Era tar-​Regħba, dak li ġara qabel u wara din l-​era juri li l-​ħarsa tal-​bniedem lejn il-​flus ftit li xejn inbidlet matul is-​snin.

Dak li forsi huwa ġdid hu li ħafna nies ifittxu opportunitajiet biex jissodisfaw mill-​ewwel ix-​xewqa li jkollhom iktar ġid materjali. Milli jidher, ħafna min-​nies iqattgħu l-​biċċa l-​kbira mill-​ħin u l-​enerġija tagħhom jipproduċu u jiksbu iktar u iktar affarijiet. Forsi taqbel li fil-​ħajja moderna taʼ llum, li wieħed ikollu l-​ġid materjali u jonfoq il-​flus saret attività mimlija entużjażmu—u taʼ spiss mill-​iktar kreattiva.

Imma fl-​aħħar mill-​aħħar huma iktar ferħanin in-​nies? Biex iwieġeb din il-​mistoqsija, is-​Sultan Salamun, li kien għaref u għani ħafna, kiteb hekk 3,000 sena ilu: “Min iħobb il-​flus ma jixbax bil-​flus, u min iħobb l-​għana ma jixbax bil-​qligħ. Dan ukoll hu frugħa.” (Koħèlet 5:9 [5:​10, NW]) L-​istudji soċjali taʼ dan iż-​żmien jipprovdu konklużjonijiet interessanti simili.

Il-​Flus u l-​Hena

Waħda mill-​iktar sejbiet taʼ l-​għaġeb rigward l-​imġiba tal-​bniedem hi li anki jekk wieħed iġemmaʼ l-​flus u l-​affarijiet materjali, dan mhux bilfors se jġiblu iktar sodisfazzjon u hena. Dak li ħafna riċerkaturi rrealizzaw hu li hekk kif wieħed jilħaq ċertu livell t’għana materjali, dan ma jibqax jiddependi iktar minn kemm ikollu ġid materjali biex ikun kuntent u ferħan.

B’hekk, il-​ġiri bla kontroll wara l-​affarijiet materjali u l-​flus iġiegħel lil ħafna nies jistaqsu, ‘Aħna nieħdu pjaċir b’kull ħaġa ġdida li nixtru; allura, għala meta nqisu dan kollu, dawn il-​pjaċiri ma jagħtuniex iktar sens taʼ sodisfazzjon?’

Fil-ktieb tiegħu Happy People (Nies Ferħanin), l-​awtur Jonathan Freedman jinnota: “Ladarba jinkiseb dħul minimu taʼ flus, l-​ammont taʼ flus li jkollok ftit li xejn ikollu sinifikat meta tqabblu maʼ l-​hena li wieħed jistaʼ jikseb. Dment li ma tkunx fqir, ftit li xejn hemm relazzjoni bejn il-​flus u l-​hena.” Ħafna rrealizzaw li dak li tassew jagħmel individwu hieni huwa l-​fatt li jkollu ġid spiritwali, xogħol sinifikanti fil-​ħajja, u valuri morali. Huwa importanti wkoll li jkollna relazzjoni tajba m’oħrajn u li nkunu meħlusin mill-​konflitti jew mir-​restrizzjonijiet li jistgħu ma jħalluniex ingawdu dak li għandna.

Ħafna nies jaraw li l-​biċċa l-​kbira mid-​diffikultajiet soċjali tal-​preżent ġejjin mit-​tendenza li jipprovaw jużaw il-​prosperità materjali biex isolvu dak li fil-​fatt ikun inkwiet ġewwieni. Xi kummentaturi soċjali jitkellmu dwar burdata ġenerali taʼ pessimiżmu u dwejjaq. Huma jinnotaw ukoll li f’soċjetajiet għonja żdiedet it-​tendenza li n-​nies jikkonsultaw it-​terapisti, jew inkella jfittxu s-​sinifikat tal-​ħajja u l-​paċi tal-​moħħ billi jmorru għand il-​mexxejja spiritwali Ħindi, kulti, u gruppi li jgħidu li jipprovdu t-​terapija. Dan juri biċ-​ċar li l-​ġid materjali mhux veru li jagħmel il-​ħajja iktar sinifikanti.

Il-​Poter u n-​Nuqqas taʼ Poter tal-​Flus

M’għandniex xi ngħidu, il-​flus għandhom il-​poter. Bihom tistaʼ tixtri djar mill-​aqwa, ħwejjeġ eleganti, u għamara mill-​isbaħ. Bihom tistaʼ tixtri wkoll l-​ammirazzjoni, il-​pjaċiri, jew iż-​żegħil, u saħansitra tagħmel ħbieb temporanji li jkunu lesti jagħtuk dak li tixtieq. Imma s’hemmhekk jasal il-​poter tal-​flus. Dak li l-​iktar neħtieġu ma nistgħux nixtruh bil-​flus—l-​imħabba taʼ ħabib veru, il-​paċi tal-​moħħ, daqsxejn faraġ mill-​qalb meta tkun qed toqrob il-​mewt. U għal dawk li jgħożżu r-​relazzjoni tagħhom mal-​Ħallieq, bil-​flus ma jistgħux jixtru l-​approvazzjoni t’Alla.

Is-Sultan Salamun, li kellu l-​affarijiet pjaċevoli kollha li setaʼ jixtri bil-​flus dak iż-​żmien, irrikonoxxa li jekk wieħed jafda fil-​ġid materjali dan ma jwasslux għall-​hena dejjiemi. (Koħèlet 5:​11-14 [5:​12-15, NW]) Il-​flus tistaʼ titlifhom jekk il-​bank ifalli jew minħabba xi inflazzjoni. Il-​propjetà immobbli tistaʼ tinqered minn tempesti qawwijin. Il-​poloz taʼ l-​assigurazzjoni, għalkemm jipprovdulek dak li tkun tlift materjalment, ma jpattux għat-​telf emozzjonali. It-​titoli fil-​Borża jistgħu ma jibqgħu jiswew xejn mil-​lejl għan-​nhar jekk dawn jaqgħu f’daqqa waħda. Iżjed minn hekk, illum jistaʼ jkollok xogħol b’paga tajba u għada le.

Mela, kif jistaʼ jkollna ħarsa bilanċjata lejn il-​flus? Liema rwol għandu jkollhom il-​flus jew il-​ġid f’ħajjitna? Jekk jogħġbok kompli eżamina l-​kwistjoni biex tara kif tistaʼ tippossiedi xi ħaġa li tassew għandha valur—“il-​ħajja vera.”

[Stampi f’paġna 4]

Il-​ġid materjali ma jġibx l-​hena dejjiemi

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja