LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w01 8/15 p. 8
  • Rebħa fil-Qorti Federali u Kostituzzjonali

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Rebħa fil-Qorti Federali u Kostituzzjonali
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Sottitli
  • Deċiżjoni Unanima Favur ix-​Xhieda taʼ Jehovah
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
w01 8/15 p. 8

Rebħa fil-​Qorti Federali u Kostituzzjonali

IX-​XHIEDA TAʼ JEHOVAH fil-​Ġermanja kisbu rebħa sinifikanti ferm fil-​Qorti Federali u Kostituzzjonali taʼ Karlsruhe. Dan kien pass ieħor importanti biex jiġu rikonoxxuti bħala korporazzjoni skond il-​liġi pubblika, il-​liġi li tirregola r-​relazzjonijiet bejn iċ-​ċittadini u l-​Istat.

Ix-Xhieda taʼ Jehovah ilhom ’il fuq minn 100 sena jippridkaw fil-​Ġermanja. Huma rnexxielhom jibqgħu jeżistu minkejja l-​persekuzzjoni ħarxa li sofrew taħt żewġ dittatorjati tas-​seklu 20—is-​Soċjalisti Nazzjonali u l-​Komunisti. Sa mill-​1990, ix-​Xhieda bdew jaħdmu biex jiġu rikonoxxuti legalment bħala korporazzjoni skond il-​liġi pubblika. Wara żewġ sentenzi tal-​qorti favur u oħra revokata, ix-​Xhieda appellaw quddiem il-​Qorti Federali u Kostituzzjonali, li fid-​19 taʼ Diċembru, 2000, qatgħet is-​sentenza.

Deċiżjoni Unanima Favur ix-​Xhieda taʼ Jehovah

Is-​sebaʼ mħallfin tal-​qorti ddeċidew kollha favur ix-​Xhieda. L-​imħallfin annullaw id-​deċiżjoni li kienet ħadet il-​Qorti Federali u Amministrattiva fl-​1997 u ordnaw lil dik il-​qorti biex terġaʼ tikkunsidra l-​applikazzjoni tax-​Xhieda.

Il-Qorti Federali u Kostituzzjonali użat din l-​okkażjoni biex tikkummenta dwar ir-​relazzjoni fundamentali taʼ bejn l-​Istat u l-​gruppi reliġjużi. Bażikament, l-​istatus taʼ reliġjon “m’huwiex determinat mit-​twemmin tagħha, imma mill-​imġiba tagħha.”

Il-qorti osservat ukoll li meta x-​Xhieda jipprattikaw “in-​newtralità Kristjana,” huma ma jkunux qed “jattakkaw il-​prinċipju tad-​demokrazija” u ma jkunux qegħdin “jixtiequ li jbiddlu d-​demokrazija b’xi forma oħra taʼ tmexxija.” Għaldaqstant, in-​nuqqas taʼ parteċipazzjoni fl-​elezzjonijiet politiċi m’għandux jitqies bħala evidenza kontra x-​Xhieda fit-​talba tagħhom għal rikonoxximent legali.—Ġwann 18:36; Rumani 13:1.

Iktar minn hekk, il-​qorti nnotat li xi drabi individwu—sew jekk dan ikun Xhud jew inkella membru taʼ xi reliġjon oħra—jistaʼ jsib ruħu f’sitwazzjoni fejn dak li jkun qed jesiġi l-​Istat ikun f’konflitt mal-​ħtiġijiet tar-​reliġjon tiegħu. Jekk l-​individwu jagħżel li jimxi skond il-​kuxjenza tiegħu billi “jobdi dak li jemmen iktar mil-​liġi,” l-​Istat jistaʼ jħares lejn dan l-​att bħala li hu ġustifikat u fil-​limiti tal-​libertà reliġjuża.—Atti 5:29.

Is-sentenza tal-​qorti dehret fil-​paġni ewlenin tal-​gazzetti. Bilkemm kien hemm gazzetta fil-​Ġermanja li ma rrapportatx dwar dan il-​każ. L-​istazzjonijiet il-​kbar tat-​televixin u tar-​radju kollha xandru rapporti u intervisti. L-​isem taʼ Jehovah qatt ma ngħata daqstant pubbliċità fil-​Ġermanja.

[Sors tal-​istampa f’paġna 8]

AP Photo/Daniel Maurer

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja