LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w01 10/15 pp. 2-4
  • Tistaʼ Tagħmel Din id-Dinja Post Aħjar?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tistaʼ Tagħmel Din id-Dinja Post Aħjar?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Sforzi Reliġjużi biex Itejbu d-​Dinja
  • Ir-Reliġjon Għandha Tindaħal fil-Politika?
    Iktar Suġġetti
  • Il-bżonn tal-valuri morali
    Stenbaħ!—2019
  • Għandu l-Kleru Jippriedka l-Politika?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Mitluqin mal-Kurrent f’Baħar taʼ Valuri li Dejjem Jinbidlu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
w01 10/15 pp. 2-4

Tistaʼ Tagħmel Din id-​Dinja Post Aħjar?

“Il-​politika m’hijiex kapaċi tistabbilixxi mill-​ġdid l-​istruttura bażika tas-​soċjetà. M’hijiex imħejjija biżżejjed biex treġġaʼ l-​valuri morali tradizzjonali għal li kienu qabel. L-​aqwa proċeduri ma jistgħux iġibu lura l-​valuri marbutin man-​namur jew iż-​żwieġ, iġagħlu l-​missirijiet iħossuhom responsabbli għal uliedhom, iġagħlu lin-​nies jerġgħu jħossu dik iċ-​ċerta rabja u mistħija bħal fl-​imgħoddi . . . Il-​liġi ma tistax teħlisna għalkollox mill-​biċċa l-​kbira tal-​problemi morali li jifilġuna.”

DAN il-​kliem qalu wieħed li kien jaqdi bħala uffiċjal tal-​gvern taʼ l-​Istati Uniti. Taqbel miegħu int? Jekk iva, x’inhi s-​soluzzjoni għal ħafna mill-​problemi taʼ llum li ġejjin mir-​regħba, min-​nuqqas taʼ mħabba fil-​familji, mill-​morali laxki, mill-​injoranza, u minn fatturi taʼ ħsara oħrajn li qed jgħawru l-​qafas tas-​soċjetà? Xi nies iħossu li m’hemm ebda soluzzjoni, u għalhekk ikomplu għaddejjin bl-​aħjar mod li jistgħu b’ħajjithom. Oħrajn jittamaw li xi darba jitfaċċa mexxej brillanti, forsi saħansitra xi mexxej reliġjuż, li b’kariżma jmexxihom fit-​triq it-​tajba.

Fil-​fatt, elfejn sena ilu, in-​nies riedu jagħmlu lil Ġesù Kristu s-​sultan tagħhom għaliex għarfu li hu kien intbagħat minn Alla u setaʼ jkun l-​iktar mexxej kapaċi. Madankollu, meta Ġesù fehem x’kienu l-​intenzjonijiet tagħhom, hu telaq minn dak il-​post malajr malajr. (Ġwann 6:14, 15) “Is-​saltna tiegħi m’hijiex taʼ din id-​dinja,” hu spjega iktar tard lil ċertu gvernatur Ruman. (Ġwann 18:36) Madankollu, illum il-​ġurnata ftit huma dawk li jieħdu l-​waqfa li ħa Ġesù—anki fost il-​mexxejja reliġjużi li jistqarru li huma s-​segwaċi tiegħu. Xi ftit minn dawn ipprovaw jagħmlu din id-​dinja post aħjar, jew billi jinfluwenzaw lill-​mexxejja sekulari jew billi jokkupaw kariga politika huma stess. Dan nistgħu narawh billi nagħtu daqqa t’għajn lejn dak li ġara fis-​snin 60 u 70 tas-​seklu li għadda.

Sforzi Reliġjużi biex Itejbu d-​Dinja

Lejn l-​aħħar tas-​snin sittin, ċerti teoloġi f’pajjiżi taʼ l-​Amerika Latina bdew il-​ġlieda tagħhom favur l-​imgħakksin u l-​fqar. Għal dan l-​għan, huma żviluppaw it-​teoloġija tal-​liberazzjoni, li fiha Kristu ma baqax meqjus biss bħala s-​salvatur f’sens Bibliku, iżda wkoll fl-​aspett politiku u ekonomiku. Fl-​Istati Uniti, numru taʼ mexxejja tal-​knisja, li kienu mħassbin sew dwar il-​mod kif il-​valuri morali kienu sfaw fix-​xejn, ifformaw organizzazzjoni msejħa l-​Maġġuranza Morali. L-​għan tagħha kien li ttellaʼ fil-​kariga politika nies li jagħmlu liġijiet biex idaħħlu valuri li jsaħħu lill-​familja. Bl-​istess mod, f’ħafna pajjiżi Musulmani, xi gruppi pprovaw irażżnu l-​korruzzjoni u l-​eċċessi billi ħeġġew lin-​nies jgħixu iktar fi qbil mal-​Koran.

Temmen int li d-​dinja saret post aħjar minħabba sforzi bħal dawn? Minkejja kollox, il-​fatti juru li l-​valuri morali jkomplu sejrin għan-​niżla u d-​differenza bejn il-​fqir u s-​sinjur qed tkompli tikber, inkluż f’dawk il-​pajjiżi fejn kienet tispikka t-​teoloġija tal-​liberazzjoni.

Minħabba li l-​Maġġuranza Morali fl-​Istati Uniti ma laħqitx l-​objettivi fundamentali tagħha, il-​fundatur tagħha, Jerry Falwell, xolja l-​organizzazzjoni fl-​1989. Organizzazzjonijiet oħrajn ħadulha postha. Minkejja dan, Paul Weyrich, l-​ewwel wieħed li uża t-​terminu “maġġuranza morali,” kiteb fir-​rivista Christianity Today: “Anki meta nirbħu fil-​politika, ir-​rebħiet tagħna jonqsu li jirriżultaw fit-​tip taʼ politika li nemmnu li hu importanti.” Hu kiteb ukoll li l-​kultura nieżla dejjem iżjed fil-​ħama, u li aħna nqbadna f’sitwazzjoni meta l-​kultura ġarrbet kollass taʼ proporzjonijiet impressjonanti, kollass li hu kbir wisq biex il-​politika tkun tiflaħ għalih.

Il-ġurnalist u kittieb Cal Thomas kixef dak li fl-​opinjoni tiegħu hu nuqqas fundamentali fl-​isforz politiku biex is-​soċjetà tqum fuq saqajha: “Il-​vera bidla tiġi b’individwu wara l-​ieħor, mhux b’elezzjoni wara l-​oħra, għaliex il-​problemi ewlenin tagħna m’humiex ekonomiċi u politiċi imma morali u spiritwali.”

Imma kif tistaʼ ssolvi l-​problemi morali u spiritwali f’dinja fejn ma jeżistu l-​ebda regoli, fejn in-​nies jiddeċiedu huma stess x’inhu tajjeb u x’inhu ħażin għalihom? Jekk nies influwenti u b’intenzjonijiet tajbin—sew jekk reliġjużi u sew jekk le—m’humiex kapaċi jagħmlu din id-​dinja verament post aħjar, min jistaʼ? Bħalma se naraw fl-​artiklu li jmiss, hemm tweġiba. Fil-​fatt, din it-​tweġiba hija r-​raġuni ewlenija għala Ġesù qal li s-​Saltna tiegħu ma kinitx taʼ din id-​dinja.

[Sors tal-​Istampas on page 2]

QOXRA: Dirty water: WHO/UNICEF photo; globe: Mountain High Maps® Copyright © 1997 Digital Wisdom, Inc.

[Sors tal-​Istampa f’paġna 3]

Tfal: UN photo; globu: Mountain High Maps® Copyright © 1997 Digital Wisdom, Inc.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja