LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w01 12/1 p. 8
  • “Int Ċempilt Numru Ħażin”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Int Ċempilt Numru Ħażin”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Materjal Simili
  • Ġeħova Jippremja lil Dawk li Jmorru Lura f’Pajjiżhom
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
w01 12/1 p. 8

Proklamaturi tas-​Saltna Jirrapportaw

“Int Ċempilt Numru Ħażin”

F’JOHANNESBURG, l-​Afrika t’Isfel, Leslie u Caroline kienu qegħdin jagħtu xiehda bit-​telefon darba kull wieħed lil nies li jgħixu f’raħal tal-​pensjonanti, li kien meħtieġ permess speċjali biex tidħol fih. Ftit sabu nies id-​dar u ftit li xejn kien hemm min wera interess fil-​messaġġ Kristjan tagħhom, u għalhekk Caroline ħassitha inkuraġġita meta wieġbet mara.

“Mrs. B—?” staqsiet Caroline.

“Le,” wieġeb leħen dħuli, “Jien Mrs. G—. Int ċempilt numru ħażin.”

X’ħin innotat kemm kienet tinstemaʼ mintagħna, Caroline qalet: “Xorta waħda, ħalli nispjegalek x’ridt ngħid lil Mrs. B—.” Hi mbagħad issoktat titkellem dwar il-​barkiet tas-​Saltna t’Alla li ġejja. Wara li kienu saru xi arranġamenti biex tiħdilha l-​browxer Alla X’Jirrikjedi Minna?, Mrs. G— staqsiet: “Stenna ftit, int x’reliġjon għandek?”

“Aħna Xhieda taʼ Jehovah,” wieġbet Caroline.

“Le, le, mhux dik ir-​reliġjon! Ma naħsibx li rrid narak.”

“Imma Mrs. G—,” ħeġġitha Caroline, “f’dawn l-​aħħar 20 minuta, qsamt miegħek l-​iktar tama meraviljuża li teżisti u indikajtlek mill-​Bibbja dak li s-​Saltna t’Alla se tagħmel dalwaqt għall-​bnedmin. Int ħadt pjaċir ħafna tismaʼ dawn l-​affarijiet. Ħassejtek saħansitra mqanqla, u ridt titgħallem iktar. X’taf tassew int dwar ix-​Xhieda taʼ Jehovah? Kieku kont marida, kont tmur għand xi mekkanik? Għax ma tħallix lili ngħidlek x’jemmnu x-​Xhieda taʼ Jehovah?”

Wara ftit taʼ skiet ġiet ir-​risposta: “Naħseb għandek raġun. Aħjar tiġi. Imma ħa ngħidlek, qatt u qatt ma se tikkonvertini!”

“Mrs. G—, jien qatt ma nistaʼ nikkonvertik lanqas kieku rrid,” wiġbitha Caroline. “Jehovah biss jistaʼ jagħmlu dan.”

Iż-żjara biex tiħdilha l-​browxer irnexxiet, u Mrs. G— (Betty) aċċettat li ssirilha żjara oħra. Meta Caroline reġgħet marret taraha, Betty qaltilha li kienet tkellmet man-​nisa, li kienu jpoġġu bil-​qiegħda magħha madwar il-​mejda taʼ l-​ikel, dwar id-​diskussjonijiet tagħha max-​Xhieda taʼ Jehovah. “Kif jistaʼ jkun?” staqsewha huma, waqt li rrassenjaw ruħhom. “Dawk in-​nies lanqas biss jemmnu b’Ġesù!”

Caroline minnufih fakkret lil Betty dwar punt prinċipali mill-​aħħar diskussjoni li kellhom dwar is-​Saltna t’Alla.

“Min se jkun is-​Sultan?” staqsiet Caroline.

“Ħeqq, Ġesù,” wieġbet Betty.

“Eżatt,” qalet Caroline. Hi mbagħad issoktat tispjega li x-​Xhieda taʼ Jehovah jemmnu li Ġesù hu l-​Iben t’Alla, imma m’huwiex ugwali m’Alla bħala parti minn xi Trinità.—Mark 13:32; Luqa 22:42; Ġwann 14:28.

Wara ftit żjajjar oħra, saret ħaġa ovvja li għalkemm kellha spirtu pożittiv u ferrieħi, Betty kienet batuta fiżikament. Fil-​fatt, kellha kanċer u kienet qed tibżaʼ li tmut. “Nixtieq li dawn l-​affarijiet smajthom snin ilu u li kelli l-​fidi tiegħek,” stqarret hi. Caroline farrġitha billi wrietha skritturi li jiddeskrivu l-​mewt bħala raqda profonda li minnha wieħed jistaʼ jqum fl-​irxoxt. (Ġwann 11:​11, 25) Dan kien ifisser ħafna għal Betty, li issa qed tibbenefika minn studju regulari tal-​Bibbja. Saħħitha biss, li dejjem sejra għall-​agħar, żammitha milli tattendi l-​laqgħat fis-​Sala tas-​Saltna.

Tosserva Caroline: “Huwa ovvju għalija li huma l-​anġli li qed jidderieġu dan ix-​xogħol. Għand Betty ċempilt bi żball, u biex tkompli tgħaxxaqha, għandha 89 sena!”—Apokalissi 14:6.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja