LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w03 7/1 p. 3
  • L-Imħabba Hija Essenzjali

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Imħabba Hija Essenzjali
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Materjal Simili
  • Ħobb lill-Alla li Jħobbok
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Xi Jfisser li Nħobbu lill-Proxxmu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Issaħħaħ Permezz taʼ l-Imħabba
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Kemm Hija Kbira u Mifruxa Mħabbtek?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
w03 7/1 p. 3

L-​Imħabba Hija Essenzjali

MINKEJJA l-​età, il-​kultura, il-​lingwa, jew ir-​razza tagħhom, il-​bnedmin kollha jixxennqu għall-​imħabba. Jekk din ix-​xenqa ma tiġix sodisfata, ma jkunux ferħanin. Riċerkatur mediku kiteb: “L-​imħabba u l-​intimità huma s-​sors taʼ dak li jmarradna u dak li jfejjaqna, dak li jikkaġuna n-​niket u dak li jġib il-​ferħ, dak li jġagħalna nbatu u dak li jwassal għal fejqan. Kieku xi mediċina ġdida kellha l-​istess effett, kważi kull tabib fil-​pajjiż jirrikkmandaha lill-​pazjenti tiegħu. Ma jkunx qed jagħmel xogħlu sew jekk ma jagħtix dan il-​parir.”

Madankollu, is-​soċjetà moderna, speċjalment il-​mezzi tax-​xandir tagħha u n-​nies li tħobb timita, spiss tpoġġi iktar enfasi fuq l-​għana, il-​poter, il-​fama, u s-​sess milli fuq il-​bżonn tal-​bnedmin għal relazzjonijiet kollhom affezzjoni u mħabba. Ħafna għalliema jagħtu importanza kbira lill-​miri sekulari u l-​karrieri billi jkejlu s-​suċċess taʼ l-​individwu primarjament skond dawn l-​affarijiet. Veru, huwa importanti li wieħed ikollu l-​edukazzjoni u jikkultiva t-​talenti tiegħu, imma għandu dak li jkun jagħtihom tant importanza li ma jkollux ħin għall-​familja u l-​ħbieb? Kittieb tal-​qedem, li kellu edukazzjoni tajba u li kien kapaċi josserva tajjeb in-​natura umana, qabbel individwu kapaċi imma nieqes mill-​imħabba maʼ “strument tar-​ram iżarżar jew platti jċekċku.” (1 Korintin 13:1) Nies bħal dawn jistgħu jsiru għonja, saħansitra famużi, imma qatt ma jkunu verament ferħanin.

Ġesù Kristu, li kellu fehma profonda u kien jgħożż lill-​bnedmin b’mod speċjali, poġġa l-​imħabba għal Alla u għall-​ġirien fil-​qalba tat-​tagħlim tiegħu. Hu qal: “Ħobb lill-​Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, u b’moħħok kollu. . . . Ħobb lil għajrek bħalek innifsek.” (Mattew 22:​37-39) Dawk biss li mxew skond dan il-​kliem setgħu verament ikunu segwaċi taʼ Ġesù. B’hekk, hu qal: “Minn dan jagħraf kulħadd li intom dixxipli tiegħi, jiġifieri, jekk ikollkom l-​imħabba bejnietkom.”—Ġwanni 13:35.

Però, kif jistaʼ individwu jikkultiva l-​imħabba fid-​dinja taʼ llum? U l-​ġenituri kif jistgħu jgħallmu l-​imħabba lil uliedhom? L-​artiklu li jmiss se jwieġeb dawn il-​mistoqsijiet.

[Stampi f’paġna 3]

Hija taʼ sfida li tikkultiva l-​imħabba f’dinja maħkuma mir-​regħba

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja