LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w03 10/1 p. 8
  • “Kemm Hu taʼ l-Għaġeb!”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Kemm Hu taʼ l-Għaġeb!”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Materjal Simili
  • Ġenituri—Għinu lit-Tfal Tagħkom Iħobbu lil Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • Ġenituri, Ipproteġu l-Wirt Prezzjuż Tagħkom
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Ibni Familja Soda Spiritwalment
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
w03 10/1 p. 8

Proklamaturi tas-​Saltna Jirrapportaw

“Kemm Hu taʼ l-​Għaġeb!”

DOROTA, ministru full-time tax-​Xhieda taʼ Jehovah fil-​Polonja, marret maʼ binha taʼ 14-il sena għal vista regulari fil-​klinika taʼ l-​iskola. Waqt li kienet qed teżaminah, it-​tabiba, Janina,a staqsiet lil Dorota dwar x’jagħmel it-​tifel biex jgħin fid-​dar.

“Meta ma nkunx nistaʼ nsajjar, it-​tifel jipprepara l-​ikel għas-​sitt membri tal-​familja tagħna,” wieġbet Dorota. “Hu jnaddaf u jgħin fit-​tiswijiet li jkun hemm bżonn isiru fid-​dar. Iħobb jaqra. Hu student diliġenti.”

“Dan huwa verament inkredibbli,” qalet Janina. “Ilni naħdem hawn għal 12-il sena, u għadni qatt ma smajt xi ħaġa bħal din.”

Billi indunat li din kienet opportunità biex tingħata xiehda, Dorota spjegat: “Ħafna ġenituri llum jonqsu milli jagħtu lil uliedhom it-​taħriġ neċessarju, u għalhekk it-​tfal ikollhom nuqqas taʼ rispett lejhom infushom.”

“Dan kollu kif tafu?” staqsiet Janina. “Ħafna ġenituri m’għandhom l-​ebda ħjiel dwar dawn l-​affarijiet.”

“Il-​Bibbja hija sors prezzjuż taʼ informazzjoni bħal din,” wieġbet Dorota. “Per eżempju, skond Dewteronomju 6:​6-9, l-​ewwel irridu nitgħallmu aħna qabel ma ngħallmu lit-​tfal. M’għandniex l-​ewwel inaqqxu f’qalbna u moħħna l-​valuri li rridu nnaqqxu fit-​tfal tagħna?”

“Dan huwa verament inkredibbli,” qalet Janina. “Dan huwa verament inkredibbli!” Imbagħad staqsiet lil Dorota kif il-​Bibbja għenitha trabbi u tgħallem lil uliedha.

“Aħna nistudjaw il-​Bibbja mat-​tfal tagħna kull ġimgħa,” spjegat Dorota. “Nużaw ktieb li jismu Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu—Tweġibiet Prattiċi għall-​Mistoqsijiet Tagħhom.”b Imbagħad kompliet billi tatha deskrizzjoni tal-​ktieb u semmiet xi wħud mis-​suġġetti li jkopri.

“Kemm hu taʼ l-​għaġeb!” esklamat Janina. “Nistaʼ narah dan il-​ktieb?”

Siegħa wara, Dorota rritornat bil-​ktieb.

“X’reliġjon għandek?” staqsiet Janina, hekk kif bdiet teżamina l-​ktieb.

“Jien waħda mix-​Xhieda taʼ Jehovah.”

“Ix-​Xhieda taʼ Jehovah kif jittrattaw lil dawk li għandhom reliġjon differenti minn tagħhom?”

“Eżatt kif qed nittratta lilek—b’rispett,” wieġbet Dorota, u kompliet: “M’għandniex xi ngħidu, aħna nixtiequ li huma jsiru jafu l-​verità tal-​Bibbja.”

“Diġà nħossni aħjar,” stqarret Janina.

Fi tmiem iż-​żjara tagħha, Dorota ħeġġet lil Janina biex taqra l-​Bibbja. “Se tagħti sinifikat lil ħajtek u se tgħinek f’xogħlok.”

“Verament inkuraġġejtni biex nagħmel hekk,” ammettiet Janina.

B’tattika u determinazzjoni, Dorota ħadet opportunità minn vista regulari għand it-​tabiba biex tagħti xiehda mill-​aqwa.—1 Pietru 3:16 (3:15, NW).

[Noti taʼ taħt]

a Isimha ġie mibdul.

b Pubblikat mix-​Xhieda taʼ Jehovah.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja