LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w04 2/15 p. 31
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Materjal Simili
  • Siġra taż-Żebbuġ li Tħaddar fid-Dar t’Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Id-Dilluvju l-Kbir
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Punti Prinċipali mill-Ktieb tal-Ġenesi
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Siġra li ġiet maqtugħa tistaʼ terġaʼ tikber?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
w04 2/15 p. 31

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

Wara d-​Dilluvju, Noè bagħat ħamiema mill-​arka u ġiet lura ‘b’werqa taż-​żebbuġ.’ Il-​ħamiema minfejn sabitha din il-​werqa?

Il-​Bibbja tgħidilna li “tqawwew bis-​sħiħ lilmijiet fuq l-​art, u għattew il-​muntanji għoljin kollha taħt is-​sema.” (Ġenesi 7:19) Hekk kif battew l-​ilmijiet tad-​Dilluvju, Noè bagħat ħamiema ’l barra mill-​arka għal tliet darbiet—b’ġimgħa bejn darba u oħra. It-​tieni darba, il-​ħamiema ġiet lura “b’werqa friska taż-​żebbuġ f’munqarha. U Noè ntebaħ li l-​ilmijiet kienu naqsu minn fuq wiċċ l-​art.”—Ġenesi 8:8-11.

M’għandniex xi ngħidu, illum m’hemm lebda mod eżatt biex inkunu nafu kemm damet mgħarrqa xi parti partikulari mill-​art, ladarba l-​mod kif kien wiċċ l-​art żgur li nbidel bid-​Dilluvju. Minkejja dan, x’aktarx li l-​ilma dam jgħatti ħafna mill-​art biżżejjed biex ħafna siġar mietu. Madankollu, xi wħud irnexxielhom isalvaw, u dan ħalliehom inibbtu friegħi ġodda wara li batta l-​ilma.

Dwar is-​siġra taż-​żebbuġ, The New Bible Dictionary jgħid li jekk din is-​siġra tinqataʼ, mill-​għeruq joħorġu friegħi ġodda, u b’hekk jistgħu jikbru sa ħames zkuk ġodda. Siġar taż-​żebbuġ li jkunu waslu biex imutu ġeneralment jinbtu b’dan il-​mod ukoll. The New Schaff-Herzog Encyclopedia of Religious Knowledge jgħid li huwa bħallikieku ħajjitha hija indistruttibbli. L-​ebda bniedem illum ma jistaʼ jkun jaf id-​dettalji, bħal per eżempju l-​livell tal-​melħ u t-​temperatura, taʼ l-​ilmijiet tad-​Dilluvju. Għalhekk, ma nistgħux inkunu ċerti dwar l-​effett li l-​ilmijiet setaʼ kellhom fuq is-​siġar taż-​żebbuġ u l-​ħxejjex l-​oħra.

Madankollu, is-​siġra taż-​żebbuġ salvaġġa ma tistax tgħix f’temperaturi kesħin, bħalma nsibu fuq il-​muntanji għoljin. Ġeneralment din tikber f’postijiet li huma għoljin inqas minn 1,000 metru, fejn it-​temperatura medja hi taʼ iktar minn 10 gradi Celsius. Għalhekk, il-​ktieb The Flood Reconsidered jgħid li mill-​werqa friska tas-​siġra Noè setaʼ jissopponi li l-​widien li kienu iktar fil-​baxx bdew ibattu mill-​ilma. Meta Noè tajjar il-​ħamiema madwar ġimgħa wara, din ma reġgħetx lura, u dan indika li kien hemm iktar ħxejjex u postijiet fejn il-​ħamiema setgħet tistrieħ.—Ġenesi 8:12.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja