LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w04 1/1 p. 28-p. 30
  • Punti Prinċipali mill-Ktieb tal-Ġenesi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Punti Prinċipali mill-Ktieb tal-Ġenesi
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • ID-​DINJA QABEL ID-​DILLUVJU
  • (Ġenesi 1:1–7:24)
  • IL-​BNIEDEM JIDĦOL F’ERA ĠDIDA
  • (Ġenesi 8:1–11:9)
  • Il-​Kelma t’Alla Tistaʼ Teżerċita l-​Qawwa
  • Il-Fidi taʼ Noè Tikkundanna lid-Dinja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Id-Djarju taʼ Noè—Għandu Xi Tifsira Għalina?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Il-Bnedmin Isalvaw mid-Dilluvju
    Il-Bibbja—X’Inhu l-Messaġġ Tagħha?
  • Tikber l-Urġenza biex Noqogħdu Għassa
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
w04 1/1 p. 28-p. 30

Il-​Kelma taʼ Jehovah Hi Ħajja

Punti Prinċipali mill-​Ktieb tal-​Ġenesi

“ĠENESI” jfisser “oriġini,” jew “twelid.” Dan hu isem xieraq għal ktieb li jirrakkonta kif l-​univers beda jeżisti u kif l-​art tħejjiet sabiex tistaʼ tiġi abitata mill-​bnedmin, u kif il-​bniedem beda jgħix fuqha. Mosè kiteb dan il-​ktieb fid-​deżert tas-​Sinaj u x’aktarx lestieh fis-​sena 1513 Q.E.K.

Il-ktieb tal-​Ġenesi jgħidilna dwar id-​dinja qabel id-​Dilluvju, x’ġara hekk kif bdiet l-​era taʼ wara d-​Dilluvju, u kif Alla Jehovah mexa m’Abraham, Iżakk, Ġakobb, u Ġużeppi. Dan l-​artiklu se jikkunsidra l-​punti prinċipali minn Ġenesi 1:1–11:9, bażikament saż-​żmien meta Jehovah beda jittratta mal-​patrijarka Abraham.

ID-​DINJA QABEL ID-​DILLUVJU

(Ġenesi 1:1–7:24)

L-​ewwel kelmiet tal-​Ġenesi, “fil-​bidu,” jirreferu għal biljuni taʼ snin ilu. Il-​ġrajjiet tas-​sitt ‘ijiem,’ jew perijodi taʼ żmien li fihom saru għemejjel speċjali taʼ ħolqien, huma deskritti bil-​mod kif kieku kien jarahom osservatur uman kieku kien preżenti fuq l-​art dakinhar. Sa tmiem is-​sitt jum, Alla ħalaq lill-​bniedem. Għalkemm il-​Ġenna malajr intilfet minħabba d-​diżubbidjenza tal-​bniedem, Jehovah jagħti tama. L-​ewwel profezija stess tal-​Bibbja titkellem dwar ‘nisel’ li kien se jneħħi l-​effetti tad-​dnub u jisħaq ras Satana.

Matul is-​16-il seklu li ġew wara, Satana rnexxielu jdawwar ’il bogħod minn Alla lill-​bnedmin kollha ħlief għal ftit uħud leali, bħal Abel, Ħenok, u Noè. Per eżempju, Kajjin qatel lil ħuh Abel, li kien bniedem ġust. “Mbagħad bdew isejjħu isem il-​Mulej,” mid-​dehra b’mod profan. L-​ispirtu vjolenti taʼ dak iż-​żmien jintwera mill-​poeżija li kiteb Lamek dwar kif hu kien qatel żagħżugħ, li skond ma sostna hu, dan għamlu biex jiddefendi ruħu. Il-​kundizzjonijiet komplew sejrin għall-​agħar hekk kif xi wlied anġeliċi t’Alla li kienu diżubbidjenti żżewġu nisa u pproduċew ġganti vjolenti msejħin in-​Nefilim. Iżda, Noè, taʼ bniedem leali li kien beda jibni l-​arka, u bil-​kuraġġ kollu wissa lill-​oħrajn dwar id-​Dilluvju li kien ġej, u nħeles mill-​qerda mal-​familja tiegħu.

Mistoqsijiet Skritturali Mweġbin:

1:16​—Alla kif setaʼ pproduċa d-​dawl fl-​ewwel jum jekk l-​imnariet ma kinux saru qabel ir-​rabaʼ jum? Il-​kelma Ebrajka li fil-​vers 16 tingħata bħala “għamel” m’hijiex l-​istess bħall-​kelma li tingħata għal “ħalaq” fil-​Ġenesi kapitlu 1 versi 1, 21, u 27. Is-​smewwiet, jew “is-​sema,” li kienu jinkludu l-​imnariet kienu ġew maħluqin ferm qabel ma beda “l-​ewwel jum.” Imma d-​dawl tagħhom ma wasalx sa wiċċ l-​art. Fl-​ewwel jum, “id-​dawl sar” għaliex id-​dawl li kien qed jinfirex ippenetra mis-​saffi tas-​sħab u beda jidher minn fuq l-​art. Id-​dinja li kienet qed iddur b’hekk beda jkollha daqqa nhar u daqqa lejl. (Ġenesi 1:1-3, 5) Is-​sors li minnu kien ġej dak id-​dawl baqaʼ ma jidhirx mill-​art. Madankollu, matul ir-​rabaʼ perijodu tal-​ħolqien saret bidla notevoli. Ix-​xemx, il-​qamar, u l-​kwiekeb issa bdew “jiddu fuq l-​art.” (Ġenesi 1:17) ‘Alla għamilhom’ fis-​sens li issa setgħu jidhru mill-​art.

3:8​—Tkellem Alla Jehovah direttament maʼ Adam? Il-​Bibbja tirrivela li meta Alla kellem lill-​bnedmin, spiss hu kellimhom permezz t’anġlu. (Ġenesi 16:7-11; 18:1-3, 22-26; 19:1; Mħallfin 2:1-4; 6:11-16, 22; 13: 15-22) Il-​kelliemi ewlieni t’Alla kien l-​Iben uniġenitu tiegħu, imsejjaħ “il-​Verb.” (Ġwanni 1:1) Wisq probabbli, Alla kellem lil Adam u lil Eva permezz tal-​“Verb.”—Ġenesi 1:6-28; 2:16; 3:8-13.

3:17​—Lart b’liema mod kienet misħuta, u għal kemm żmien? Is-​saħta li tħabbret għall-​art kienet tfisser li kienet se ssir ferm iktar diffiċli biex tinħadem. L-​effetti taʼ l-​art misħuta, bix-​xewk u l-​għollieq tagħha, tant kellhom jeffettwaw lid-​dixxendenti taʼ Adam li Lamek, missier Noè, tkellem dwar ix-​“xogħol iebes taʼ jdejna minħabba l-​art misħuta mill-​Mulej.” (Ġenesi 5:29) Wara d-​Dilluvju, Jehovah bierek lil Noè u lil uliedu, billi stqarr l-​iskop Tiegħu li kellhom jimlew l-​art. (Ġenesi 9:1) Is-​saħta t’Alla fuq l-​art dehret li kienet tneħħiet.—Ġenesi 13:10.

4:15​—Jehovah kif “għamel sinjal fuq Kajjin”? Il-​Bibbja ma tgħidx li b’xi mod tpoġġa xi sinjal jew marka fuq ġisem Kajjin. Is-​sinjal x’aktarx li kien jikkonsisti minn digriet solenni li kien magħruf u osservat minn oħrajn u li kien intenzjonat li ma jħallihx jinqatel minħabba l-​vendetta.

4:17​—Kajjin minfejn ġabha lil martu? Adam “wiled subjien u bniet.” (Ġenesi 5:4) Għalhekk, Kajjin ħa b’martu lil waħda minn ħutu l-​bniet jew forsi waħda min-​neputijiet tiegħu. Iktar tard, il-​Liġi li Alla ta lill-​Iżraelin ma kinitx tippermetti ż-​żwieġ bejn l-​aħwa tad-​demm.—Levitiku 18:9.

5:24—Alla b’liema mod ‘ħadu lil Ħenok’? Mid-​dehra Ħenok kien fil-​periklu tal-​mewt, imma Alla ma ħalliehx isofri taħt idejn l-​għedewwa tiegħu. ‘Ħenok ittieħed hekk li hu l-​mewt ma rahiex,’ kiteb l-​appostlu Pawlu. (Lhud 11:5) Dan ma jfissirx li Alla ħadu fis-​sema u ħallieh jgħix hemmhekk. Ġesù kien l-​ewwel wieħed li telaʼ s-​sema. (Ġwanni 3:13; Lhud 6:19, 20) Il-​fatt li Ħenok ‘ittieħed u l-​mewt ma rahiex’ jistaʼ jfisser li Alla tefgħu f’estasi fejn ra dehra profetika u mbagħad waqt li kien f’dak l-​istat temmlu ħajtu. F’dawn iċ-​ċirkustanzi, Ħenok ma batiex, jew ma ‘rax il-​mewt,’ taħt idejn l-​għedewwa tiegħu.

6:6—F’liema sens jistaʼ jingħad li Jehovah “sogħob bih” li kien għamel il-​bniedem? Hawnhekk, il-​kelma Ebrajka tradotta “sogħob bih” għandha x’taqsam maʼ bidla fl-​attitudni jew fl-​intenzjoni. Jehovah hu perfett, u għalhekk m’għamel ebda żball għax ħalaq il-​bniedem. Madankollu, hu fil-​fatt biddel l-​attitudni mentali rigward il-​ġenerazzjoni mill-​agħar taʼ qabel id-​Dilluvju. Alla biddel l-​attitudni minn dik taʼ Ħallieq tal-​bnedmin għal dik taʼ wieħed li jeqridhom minħabba s-​sogħba tiegħu għall-​ħażen tagħhom. Il-​fatt li ħalla lil xi bnedmin ħajjin juri kemm is-​sogħba tiegħu kienet minħabba dawk li kienu saru ħżiena.—2 Pietru 2:5, 9.

7:2—X’kien użat bħala bażi biex issir distinzjoni bejn annimali safjin u dawk m’humiex safjin? Il-​bażi tad-​distinzjoni milli jidher kienet tirreferi għall-​fatt jekk l-​annimali setgħux jintużaw għas-​sagrifiċċji fil-​qima u mhux jekk setgħux jittieklu jew le. Il-​laħam taʼ l-​annimali ma kienx parti mid-​dieta tal-​bniedem qabel id-​Dilluvju. Il-​kliem “safjin” u “m’humiex safjin” f’konnessjoni maʼ l-​ikel beda jeżisti biss fil-​Liġi Mosajka, u ntemm meta din spiċċat. (Atti 10:9-16; Efesin 2:15) Mid-​dehra, Noè kien jaf x’kien xieraq għas-​sagrifiċċju fil-​qima taʼ Jehovah. Malli ħareġ mill-​arka, hu “bena artal lill-​Mulej, u ħa minn kull annimal safi u mit-​tajr safi, u offra sagrifiċċju tal-​ħruq fuq l-​artal.”—Ġenesi 8:20.

7:11—Minfejn ġie l-​ilma li kkaġuna d-​Dilluvju globali? Matul it-​tieni perijodu tal-​ħolqien, jew “jum,” meta l-​“medda” taʼ l-​atmosfera taʼ l-​art ġiet ifformata, kien hemm ilmijiet “taħt il-​medda” u ilmijiet “fuq il-​medda.” (Ġenesi 1:6, 7) L-​ilmijiet “taʼ taħt” kienu dawk li diġà kienu fuq l-​art. L-​ilmijiet “taʼ fuq” kienu kwantitajiet enormi t’umdità sospiża fl-​għoli ’l fuq mill-​art, li jifformaw l-​“għejun tal-​qiegħ il-​kbir.” Dawn l-​għejun taʼ ilmijiet niżlu fuq l-​art fi żmien Noè.

Lezzjonijiet Għalina:

1:26.Peress li ġew maħluqin fix-​xbieha t’Alla, il-​bnedmin għandhom il-​kapaċità li jimitaw il-​kwalitajiet tiegħu. Żgur li għandna nipprovaw nikkultivaw kwalitajiet bħalma huma l-​imħabba, il-​ħniena, il-​qalb tajba, it-​tjubija, u l-​paċenzja, biex nixbhu lil Dak li ħalaqna.

2:22-24 Iż-​żwieġ hu arranġament t’Alla. Ir-​rabta taż-​żwieġ hija dejjiema u sagra, u r-​raġel irid jaqdi bħala l-​kap tal-​familja.

3:1-5, 16-23. Jistaʼ jkollna l-​hena biss jekk nirrikonoxxu s-​sovranità taʼ Jehovah fil-​ħajja persunali tagħna.

3:18, 19; 5:5; 6:7; 7:23. Il-​kelma taʼ Jehovah dejjem titwettaq.

4:3-7. Jehovah għoġbitu l-​offerta t’Abel għaliex Abel kien bniedem ġust u taʼ fidi. (Lhud 11:4) Mill-​banda l-​oħra, bħalma wrew l-​għemejjel tiegħu, Kajjin ma kellux fidi. Lgħemejjel tiegħu kienu mill-​agħar, u l-​għira, il-​mibegħda, u l-​qtil taw prova taʼ dan. (1 Ġwanni 3:12) Iktar minn hekk, wisq probabbli hu ftit li xejn ħabbel rasu dwar l-​offerta tiegħu u sempliċement kien joffriha għax hekk kien imdorri jagħmel. M’għandhomx is-​sagrifiċċji taʼ tifħir li aħna noffru lil Jehovah ikunu magħmulin b’qalbna kollha kif ukoll b’attitudni u kondotta xierqa?

6:22. Għalkemm Noè dam ħafna snin jibni l-​arka, hu għamel dak kollu li kien ikkmandah Alla. Kien għalhekk li Noè u l-​familja tiegħu ġew salvati mid-​Dilluvju. Jehovah ikellimna permezz tal-​Kelma miktuba tiegħu u jagħtina direzzjoni permezz taʼ l-​organizzazzjoni tiegħu. Se jiswielna taʼ ġid jekk nisimgħu u nobdu.

7:21-24. Jehovah ma jeqridx lit-​tajbin flimkien mal-​ħżiena.

IL-​BNIEDEM JIDĦOL F’ERA ĠDIDA

(Ġenesi 8:1–11:9)

Meta d-​dinja taʼ qabel id-​Dilluvju spiċċat, il-​bniedem daħal f’era ġdida. Il-​bnedmin ngħataw il-​permess biex jieklu l-​laħam imma ngħataw ukoll il-​kmand biex ma jiklux id-​demm. Jehovah awtorizza l-​piena tal-​mewt għal min joqtol lil xi ħadd u stabbilixxa l-​patt tal-​qawsalla, billi wiegħed li qatt ma jerġaʼ jġib Dilluvju ieħor. It-​tliet ulied subien taʼ Noè saru l-​antenati li minnhom tnisslet ir-​razza umana kollha, imma Nimrod, li Noè kien jiġi bużnannuh, sar “kaċċatur setgħan f’oppożizzjoni lejn Jehovah” (NW). Minflok ma xterrdu biex jimlew l-​art, in-​nies iddeċidew li jibnu belt imsemmija Babel kif ukoll torri biex jagħmlu isem magħruf għalihom infushom. Lintenzjonijiet tagħhom sfaw fix-​xejn meta Jehovah ħawdilhom il-​lingwa tagħhom u xerridhom maʼ l-​art kollha.

Mistoqsijiet Skritturali Mweġbin:

8:11—Jekk is-​siġar sfaw meqruda mid-​Dilluvju, il-​ħamiema minfejn ġabitha l-​werqa taż-​żebbuġ? Hemm żewġ possibbiltajiet. Ladarba s-​siġra taż-​żebbuġ hija siġra b’saħħitha ħafna, din forsi baqgħet ħajja taħt l-​ilma għal xi xhur matul id-​Dilluvju. Meta l-​ilmijiet tad-​Dilluvju battew, is-​siġar taż-​żebbuġ li kienu taħt l-​ilma setgħu jerġgħu jkunu fuq art niexfa u setgħu jerġgħu joħorġu l-​weraq. Il-​werqa taż-​żebbuġ li l-​ħamiema ħadet lil Noè setgħet ukoll ittieħdet minn xi rimja ġdida li ħarġet wara li l-​ilmijiet tad-​Dilluvju kienu battew.

9:20-25—Noè għala seħet lil Kangħan? Wisq probabbli li Kangħan kien ħati taʼ xi abbuż jew perverżjoni kontra nannuh Noè. Għalkemm Ħam, missier Kangħan, ra dan kollu, hu ma ħax passi imma milli jidher qagħad ixandar dak li kien ġara. Madankollu, iż-​żewġ ulied l-​oħra taʼ Noè, Sem u Ġafet, għattew lil missierhom. Huma ġew imberkin minħabba dan, imma Kangħan ġie misħut, u Ħam bata minħabba l-​mistħija li nġabet fuq nislu.

10:25​—L-​art kif “tqassmet” fi żmien Peleg? Peleg għex mis-​sena 2269 sas-​sena 2030 Q.E.K. Kien “fi żmienu” li Jehovah ġiegħel li jkun hemm firda kbira billi ħawwad il-​lingwa tal-​bennejja taʼ Babel u xerridhom għal fuq wiċċ l-​art kollha. (Ġenesi 11:9) B’hekk, ‘l-​art [jew il-​popolazzjoni taʼ l-​art] tqassmet’ fi żmien Peleg.

Lezzjonijiet Għalina:

9:1; 11:9. L-​ebda konfoffa jew sforz ma jistaʼ jħarbat l-​iskop taʼ Jehovah.

10:1-32. Iż-​żewġ rakkonti dokumentati dwar il-​ġenealoġija taʼ qabel u wara r-​rakkont tad-​Dilluvju—kapitlu 5 u 10—juru l-​konnessjoni li r-​razza umana kollha kemm hi kellha maʼ l-​ewwel bniedem, Adam, permezz tat-​tliet subien taʼ Noè. L-​Assiri, il-​Kaldin, l-​Ebrej, is-​Sirjani, u xi tribujiet Għarab, huma d-​dixxendenti taʼ Sem. L-​Etjopjani, l-​Eġizzjani, il-​Kangħanin, u xi tribujiet Afrikani u Għarab huma d-​dixxendenti taʼ Ħam. L-​Indo-Ewropej huma dixxendenti taʼ Ġafet. Il-​bnedmin kollha jiġu minn xulxin, u lkoll jitwieldu ndaqs quddiem Alla. (Atti 17:26) Din il-​verità għandha teffettwa kif aħna nqisu lil oħrajn u kif nittrattawhom.

Il-​Kelma t’Alla Tistaʼ Teżerċita l-​Qawwa

L-​ewwel parti mill-​ktieb tal-​Ġenesi fiha l-​uniku rakkont eżatt taʼ l-​istorja bikrija tal-​bniedem. Permezz taʼ dawn il-​paġni, aħna niksbu dehen dwar l-​iskop għala Alla poġġa lill-​bniedem fuq l-​art. Kemm hu inkuraġġanti li tara li ebda ħaġa li jistaʼ jagħmel il-​bniedem, bħalma għamel Nimrod, ma tistaʼ tfixkel it-​twettiq taʼ dan l-​iskop!

Hekk kif tagħmel il-​qari tal-​Bibbja taʼ kull ġimgħa fil-​preparazzjoni tiegħek għall-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku, meta tikkunsidra dak li hemm miktub taħt is-​sezzjoni “Mistoqsijiet Skritturali Mweġbin” tkun tistaʼ tifhem xi ftit mis-​siltiet Skritturali li jkunu diffiċli. Il-​kummenti taħt “Lezzjonijiet Għalina” se juruk kif tistaʼ tibbenefika mill-​qari tal-​Bibbja għal dik il-​ġimgħa. Meta jkun addattat, dawn se jipprovdu wkoll il-​bażi għall-​parti tal-​bżonnijiet lokali fil-​Laqgħa tas-​Servizz. Il-​Kelma taʼ Jehovah hija tabilħaqq ħajja u tistaʼ teżerċita qawwa f’ħajjitna.—Lhud 4:12.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja