LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w04 12/15 pp. 3-4
  • Twelid li Għandna Niftakruh

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Twelid li Għandna Niftakruh
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​Milied Spanjol
  • “L-​Isbaħ Żmien tas-​Sena u l-​Iktar Wieħed Mimli”
  • Veru li lil Ġesù Żaruh Tliet Slaten f’Betlehem?
    Stenbaħ!—1999
  • Id-Drawwiet tal-Milied—Huma Kristjani?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Kif Għandna Niftakruh lil Ġesù Kristu?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Il-Milied—Huwa Verament Kristjan?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
w04 12/15 pp. 3-4

Twelid li Għandna Niftakruh

‘Illum, twildilkom Salvatur, li hu l-​Messija, il-​Mulej.’—Luqa 2:11, “Għaqda Biblika Maltija.”

XI ELFEJN sena ilu, waħda mara fil-​belt taʼ Betlehem wildet tifel. Ftit min-​nies tal-​post intebħu kemm kien importanti dak it-​twelid. Imma xi rgħajja, li kienu qed iqattgħu l-​lejl mal-​merħliet tagħhom fl-​għalqa, raw kotra t’anġli u semgħuhom ikantaw: “Glorja lil Alla fl-​ogħla postijiet tas-​smewwiet, u paċi fuq l-​art fost il-​bnedmin taʼ rieda tajba.”—Luqa 2:8-14.

Ir-rgħajja mbagħad sabu lil Marija u lil żewġha, Ġużeppi, fi stalla, bħalma l-​anġli kienu qalulhom li se jagħmlu. Marija, li semmiet lit-​tifel Ġesù, kienet medditu f’maxtura fl-​istalla. (Luqa 1:31; 2:12) Issa, elfejn sena wara, madwar terz mill-​bnedmin kollha jgħidu li jsegwu lil Ġesù Kristu. U l-​affarijiet li seħħew qabel u wara t-​twelid tiegħu jifformaw il-​bażi taʼ ġrajja li x’aktarx ġiet rakkontata ħafna iktar minn kull ġrajja oħra fl-​istorja tal-​bniedem.

Spanja, pajjiż bi tradizzjoni Kattolika b’saħħitha u famuż għall-​festi tradizzjonali, żviluppat ħafna modi kif tfakkar din il-​lejla unika f’Betlehem.

Il-​Milied Spanjol

Ix-​xena tat-​twelid ilha waħda mill-​iktar aspetti familjari taċ-​ċelebrazzjonijiet Spanjoli mis-​seklu 13. Ħafna familji jagħmlu xbieha żgħira taʼ Ġesù bambin mimdud fil-​maxtura. Jagħmlu wkoll figurini tat-​tafal li jirrappreżentaw lir-​rgħajja u l-​Maġi (jew “it-​tliet slaten”), kif ukoll lil Ġużeppi, lil Marija, u lil Ġesù. Hemm ukoll presepji akbar b’figurini li jkun fihom kważi daqs nies taʼ veru u li spiss jarmawhom ħdejn il-​kunsilli lokali matul il-​perijodu tal-​Milied. Franġisk t’Assisi milli jidher beda din id-​drawwa fl-​Italja biex idawwar l-​attenzjoni tan-​nies lejn ir-​rakkont taʼ l-​Evanġelju dwar it-​twelid taʼ Ġesù. Iktar tard, il-​patrijiet Franġiskani daħħlu din id-​drawwa fi Spanja u f’ħafna pajjiżi oħra.

Il-​Maġi għandhom sehem importanti fiċ-​ċelebrazzjonijiet Spanjoli tal-​Milied, bħalma għandu Santa Klaws f’pajjiżi oħrajn. Jintqal li l-​Maġi jagħtu r-​rigali lit-​tfal Spanjoli fis-​6 taʼ Jannar, Día de Reyes (Jum it-​Tre Re), bħalma l-​Maġi, skond twemmin popolari, ħadu r-​rigali lil Ġesù li kien għadu jitwieled. Madankollu, ftit nies jafu li r-​rakkont taʼ l-​Evanġelju ma jsemmix kemm kienu l-​Maġi li marru jaraw lil Ġesù. Huma ma kinux slaten imma huma identifikati b’mod iktar preċiż bħala astroloġi.a Iżjed minn hekk, wara ż-​żjara tal-​Maġi, Erodi qatel lit-​tfal subien kollha f’Betlehem “minn sentejn ’l isfel” biex jipprova joqtol lil Ġesù. Dan jagħtina x’nifhmu li ż-​żjara tagħhom seħħet ftit żmien mhux ħażin wara t-​twelid taʼ Ġesù.—Mattew 2:11, 16.

Xi bliet Spanjoli ilhom sa mis-​seklu 12 itellgħu reċti teatrali tat-​twelid taʼ Ġesù, inkluż meta r-​rgħajja u iktar tard il-​Maġi marru jżuru Betlehem. Illum il-​ġurnata, fil-​biċċa l-​kbira mill-​bliet Spanjoli ssir cabalgata, jew parata, kull 5 taʼ Jannar, li matulha “t-​tliet slaten” joqogħdu jduru fuq karrijiet elaborati fiċ-​ċentru tal-​belt, u jqassmu l-​ħelu lil min ikun qed jarahom. It-​tiżjin tradizzjonali tal-​Milied u l-​villancicos (l-għanjiet) iservu biex ikomplu jferrħu l-​okkażjoni festiva.

Il-biċċa l-​kbira mill-​familji Spanjoli jħobbu jagħmlu ikla speċjali Lejlet il-​Milied (l-24 taʼ Diċembru). L-​ikel tradizzjonali jinkludi affarijiet bħal turrón (ħelu magħmul mil-​lewż u l-​għasel), marżipan, frott niexef, ħaruf mixwi, u ikel tal-​baħar. Il-​membri tal-​familja, anki dawk li jgħixu ’l bogħod, għandhom mnejn jagħmlu sforz speċjali biex dakinhar ikunu flimkien. Waqt ikla tradizzjonali oħra, fis-​6 taʼ Jannar, il-​familja tiekol roscón de reyes, kejk “tas-​Slaten” forma taʼ ċirku li jkollu moħbi fih sorpresa (figurin żgħir). Fi żmien ir-​Rumani kien hemm drawwa simili li fiha l-​ilsir li kien ikollu l-​oġġett moħbi fil-​porzjon tiegħu setaʼ jkun “sultan” għal ġurnata.

“L-​Isbaħ Żmien tas-​Sena u l-​Iktar Wieħed Mimli”

Kienu x’kienu l-​użanzi lokali li żviluppaw, il-​Milied issa sar il-​festa ewlenija tad-​dinja. The World Book Encyclopedia tiddeskrivi l-​Milied bħala “l-​isbaħ żmien tas-​sena u l-​iktar wieħed mimli għal miljuni taʼ Kristjani u għal xi wħud mhux Kristjani madwar id-​dinja.” Hija din ħaġa tajba?

Jidher ċar li t-​twelid taʼ Kristu kien ġrajja storika. Il-​fatt li l-​anġli ħabbru t-​twelid bħala sinjal taʼ “paċi fuq l-​art fost il-​bnedmin taʼ rieda tajba” juri ċar kemm kien importanti.

Minkejja dan, “fil-​bidunett tal-​Kristjanità, it-​twelid taʼ Ġesù ma kienx jiġi ċelebrat bħala festa,” jgħid il-​ġurnalist Spanjol Juan Arias. Jekk dan huwa minnu, allura minfejn ġejja ċ-​ċelebrazzjoni tal-​Milied? Kif l-​aħjar li niftakruhom it-​twelid u l-​ħajja taʼ Ġesù? Fl-​artiklu li jmiss, se ssib it-​tweġibiet għal dawn il-​mistoqsijiet.

[Nota taʼ taħt]

a La Sagrada Escritura—Texto y comentario por profesores de la Compañía de Jesús (L-Iskrittura Mqaddsa—Versi u Kummentarju mill-​Professuri tal-​Kumpanija taʼ Ġesù) tispjega li “fost il-​Persjani, il-​Medi, u l-​Kaldin, il-​Maġi kienu jifformaw klassi taʼ qassisin li kienet tinkuraġġixxi l-​okkult, l-​astroloġija, u l-​mediċina.” Madankollu, sal-​Medju Evu, il-​grupp taʼ Maġi li marru jaraw liċ-​ċkejken Ġesù ntgħamlu qaddisin u ngħataw l-​ismijiet Melkjor, Gaspar, u Baltasar. Il-​fdalijiet tagħhom jingħad li jinsabu fil-​katidral taʼ Cologne, il-​Ġermanja.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja