LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w05 4/1 p. 29
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Materjal Simili
  • X’Tiftakar?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Kif tasal biex tagħti l-aqwa rigal?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
  • Nikkumbattu l-Korruzzjoni bix-Xabla taʼ l-Ispirtu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • “Kien l-aqwa rigal li qatt qlajt”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
w05 4/1 p. 29

Mistoqsijiet mill-​Qarrejja

Għandu Kristjan jagħti tipps lil impjegat tal-​gvern jew rigal għas-​servizzi tiegħu, jew jistaʼ dan jitqies bħala tixħim?

Jgħixu fejn jgħixu, il-​Kristjani jipprovaw ikunu għaqlin u prattiċi meta jiffaċċjaw sitwazzjonijiet lokali, billi jiftakru li dak li huwa aċċettat u legali f’pajjiż wieħed, jistaʼ ma jkunx aċċettabbli u jmur kontra l-​liġi f’pajjiż ieħor. (Proverbji 2:​6-9) Ovvjament, Kristjan għandu dejjem iżomm f’moħħu li kulmin jixtieq “jgħammar fid-​dar” taʼ Ġeħova għandu jevita t-​tixħim.​—Salm 15:​1, 5; Proverbji 17:23.

X’inhu t-​tixħim? Skond The World Book Encyclopedia, it-​tixħim ifisser li tagħti jew toffri xi ħaġa taʼ valur lil xi uffiċjal pubbliku magħruf, li għall-​benefiċċju taʼ min ikun ħallsu jikser il-​liġi u ma jaqdix dmiru sew. Għalhekk, tgħix fejn tgħix, il-​fatt li tagħti l-​flus jew rigal lil xi mħallef jew uffiċjal tal-​pulizija biex jikser il-​liġi jew lil spettur biex jagħlaq għajnejh għal nuqqas jew għal ksur tar-​regolamenti hu kunsidrat bħala tixħim. Huwa tixħim ukoll li tuża rigal biex tingħata preferenza, bħal li ismek jitpoġġa fuq quddiem fuq xi lista jew biex taqbeż lil ħaddieħor fil-​kju. Imġiba bħal din turi nuqqas taʼ mħabba.​—Mattew 7:​12; 22:39.

Imma huwa tixħim meta tagħti rigal jew tipps, nagħmlu mod, lil uffiċjal pubbliku sabiex takkwista servizz legali jew biex tevita li tiġi trattat inġustament? Per eżempju, f’ċerti pajjiżi l-​uffiċjali jistgħu ma jkunux iridu jirreġistraw lit-​tfal fl-​iskejjel, idaħħlu persuna fi sptar, jew joħorġu dokumenti taʼ l-​immigrazzjoni jekk ma jaqilgħux tipps. Jew jistgħu joqogħdu jitnikkru biex imexxu l-​applikazzjonijiet għat-​tiġdid tal-​liċenzji u l-​permessi.

Minn pajjiż għall-​ieħor, id-​drawwa tat-​tipps u l-​ħarsa ġenerali lejha jvarjaw. F’pajjiżi fejn dawn il-​pagamenti jkunu drawwa jew xi ħaġa mitluba mill-​individwu, xi Kristjani jistgħu jħossu li dment li m’humiex jiksru l-​liġi ma jkunux qed jiksru l-​prinċipji tal-​Bibbja meta jagħtu tipps lil xi uffiċjal ħalli jwettaq dmiru. F’xi pajjiżi, in-​nies jistgħu saħansitra jqisu dawn il-​pagamenti bħala rigal biex iżidu mal-​paga baxxa li jkollu impjegat tal-​gvern. Żomm f’moħħok li hemm differenza bejn li tagħti rigal għal servizz legali u li tagħmel tixħim għal xi pjaċir li jmur kontra l-​liġi.

Mill-banda l-​oħra, meta xi wħud mix-​Xhieda taʼ Ġeħova jitolbu xi ħaġa legali, huma jirrifjutaw li jagħtu tipps lil spetturi, lil uffiċjali tad-​dwana, jew lil oħrajn anki fejn għoti bħal dan huwa drawwa. Minħabba li x-​Xhieda huma magħrufin lokalment kemm għall-​attenzjoni tagħhom biex jimxu sew u kemm għall-​onestà tagħhom, xi drabi huma jiġu trattati b’tali mod li ħafna nies ikollhom iħallsu biex jiġu trattati bħalhom.​—Proverbji 10:9; Mattew 5:​16.

Fil-qosor, kull qaddej taʼ Ġeħova għandu jiddeċiedi għalih innifsu jekk għandux jagħti tipps biex jieħu servizz legali jew biex jevita li jiġi trattat inġustament. Fuq kollox, għandu jaġixxi b’tali mod li jżomm il-​kuxjenza nadifa, li ma jġib ebda tmaqdir fuq l-​isem taʼ Ġeħova, u li ma jfixkilx lil oħrajn.​—Mattew 6:9; 1 Korintin 10:​31-​33; 2 Korintin 6:3; 1 Timotju 1:5.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja