LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w05 4/15 pp. 3-4
  • Għandna Wisq dwar Xiex Nitgħallmu?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għandna Wisq dwar Xiex Nitgħallmu?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Materjal Simili
  • Nieħdu l-Għarfien Issa u Għal Dejjem
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • L-Umanità Teħtieġ l-Għarfien Dwar Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • Għala Ninħtieġu Għarfien Eżatt
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Ibqaʼ Ikber fil-Għarfien
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
w05 4/15 pp. 3-4

Għandna Wisq dwar Xiex Nitgħallmu?

Koppja miżżewġa li jaqdu bħala missjunarji fl-​Afrika tal-​Punent kienu bil-​qiegħda ħdejn il-​baħar iħarsu lejn il-​qamar lewn il-​fidda. Ir-​raġel qal: “Kemm jaf il-​bniedem dwar il-​qamar u kemm għad baqagħlu x’jitgħallem?”

Martu qalet: “Immaġina kieku nistgħu nosservaw id-​dinja għaddejja minn quddiemna bħalma nistgħu nosservaw il-​qamar. Tgħid kemm għarfien diġà għandhom il-​bnedmin u kemm għad hemm dwar xiex jistgħu jitgħallmu? U aħseb ftit! Mhux biss id-​dinja qed iddur max-​xemx imma s-​sistema solari tagħna kollha qed tiċċaqlaq. Dan ifisser li x’aktarx qatt iżjed ma se nerġgħu nkunu f’din l-​istess parti taʼ l-​univers. Fil-​fatt, aħna nafu fejn ninsabu fl-​ispazju fil-​preżent biss f’relazzjoni max-​xemx u l-​kwiekeb familjari l-​oħra. Għandna ħafna għarfien rigward ċerti affarijiet, iżda sa ċertu punt lanqas biss nafu fejn ninsabu!”

DAWN il-​ħsibijiet jolqtu xi veritajiet fundamentali. Donnu li hemm wisq dwar xiex nitgħallmu. M’għandniex xi ngħidu, ilkoll kemm aħna nitgħallmu affarijiet ġodda kuljum. Iżda, minkejja kemm nitgħallmu, donnu li m’aħniex kapaċi nitgħallmu dak kollu li nixtiequ nkunu nafu.

Irridu nammettu li minbarra l-​abbiltà li nieħdu informazzjoni ġdida, żdiedet ħafna l-​kapaċità li naħżnu l-​għarfien. Il-​ħażna t’għarfien li għandu l-​bniedem kibret immensament permezz tat-​teknoloġija. Il-​hard disks tal-​kompjuters tant għandhom fejn jaħżnu informazzjoni li kellhom jiġu vvintati termini matematiċi ġodda biex jiddeskrivuhom. CD-ROM sempliċi jistaʼ jerfaʼ ammont enormi taʼ informazzjoni; l-​ammont hu deskritt bħala 680 megabytes jew iktar. DVD normali jistaʼ jesaʼ kważi sebaʼ darbiet iżjed minn hekk, u qed joħorġu oħrajn li kapaċi jesgħu saħansitra iktar.

Il-mezzi moderni biex il-​bniedem jikkomunika l-​informazzjoni huma kważi bla tarf. Magni taʼ l-​istampar iduru b’veloċità li ma titwemminx u jipproduċu gazzetti, rivisti, u kotba bl-​addoċċ. Għal min juża l-​Internet, ammonti bla tarf taʼ informazzjoni huma disponibbli b’għafsa fuq il-​mouse tal-​kompjuter. B’dan u b’modi oħrajn, it-​tixrid taʼ l-​informazzjoni qed jiżdied b’veloċità li wieħed ma jlaħħaqx magħha. Din il-​kwantità taʼ informazzjoni xi drabi ġiet imxebbha maʼ baħar li tant hu kbir li rridu nitgħallmu ngħumu fih, imma ma nipprovawx nixorbuh kollu. Il-​kwantità enormi taʼ informazzjoni li teżisti ġġagħalna nkunu selettivi.

Raġuni oħra għala għandna nkunu selettivi hi għax ħafna mill-​informazzjoni li nistgħu nsibu m’hijiex partikolarment bżonnjuża. Tabilħaqq, xi ftit minnha saħansitra m’hijiex mixtieqa, m’għandniex għalfejn inkunu nafuha. Ftakar li l-​għarfien jirreferi għall-​informazzjoni​—kemm jekk din tkun tajba jew ħażina, pożittiva jew negattiva. Is-​sitwazzjoni ssir iktar taʼ taħbil il-​moħħ meta tqis li xi affarijiet li ħafna jqisuhom bħala fatti, fir-​realtà ma jkunux eżatti. Kemm-il darba jiġri li xi stqarrijiet magħmulin anki minn uħud li jkunu stmati bħala awtorità fuq xi suġġett partikulari, iktar tard jinstabu li huma żbaljati jew foloz! Per eżempju, aħseb ftit dwar ir-​reġistratur tal-​belt taʼ Efesu tal-​qedem li żgur kien meqjus bħala uffiċjal intelliġenti min-​nies tal-​post. Hu qal: “Min hemm fost il-​bnedmin li ma jafx li l-​belt taʼ l-​Efesin hi l-​gwardjana tat-​tempju tal-​kbira Artemi u tax-​xbieha tagħha li waqgħet mis-​sema?” (Atti 19:​35, 36) Għalkemm din kienet xi ħaġa li donnu kulħadd kien jafha, u għal ħafna nies kienet verità assoluta, xorta waħda ma kienx minnu li x-​xbieha kienet waqgħet mis-​sema. Bir-​raġun, l-​Iskrittura Mqaddsa twissi lill-​Kristjani biex joqogħdu għassa minn “dak li b’mod falz jissejjaħ ‘għarfien.’”​—1 Timotju 6:20.

Il-fatt li l-​ħajja preżenti tagħna tant hi qasira hu raġuni soda għala għandna nagħżlu liema tip t’għarfien nieħdu. Minkejja l-​età li għandek, bla dubju hemm ħafna oqsma taʼ tagħlim li tixtieq tinvestiga iżda int tirrealizza li m’għandikx biżżejjed żmien biex tkun tistaʼ tagħmel dan.

Qatt se tinbidel din il-​problema bażika? Jistaʼ jkun li jeżisti xi tip t’għarfien li jistaʼ jtawwal il-​ħajja b’mod sinifikanti, saħansitra għal dejjem? Jistaʼ jkun li dan l-​għarfien diġà jeżisti? Jekk jeżisti, se jkun jistaʼ jinkiseb minn kulħadd? Qatt se jasal il-​jum meta l-​għarfien kollu jkun il-​verità? Il-​koppja miżżewġa li ssemmew qabel sabu tweġibiet sodisfaċenti għal dawn il-​mistoqsijiet, u int ukoll tistaʼ tagħmel dan. Jekk jogħġbok aqra l-​artiklu li jmiss u li joffrilek il-​prospett li tibqaʼ tieħu l-​għarfien għal dejjem.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja