LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w06 11/1 p. 3
  • Tistaʼ Tafda l-Pariri taʼ l-“Esperti”?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tistaʼ Tafda l-Pariri taʼ l-“Esperti”?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Pariri fil-​Kotba għall-​Ġenituri
  • Pariri li Tistaʼ Tafdahom dwar it-Trobbija tat-Tfal
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Ġenituri Taħt Pressjoni
    Stenbaħ!—1997
  • L-Irwol taʼ l-Omm Tiġrija bl-Ostakli
    Stenbaħ!—2002
  • Ħarreġ lit-Tfal Tiegħek mill-Infanzja
    Is-Sigriet taʼ l-Hena fil-Familja
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
w06 11/1 p. 3

Tistaʼ Tafda l-​Pariri taʼ l-​“Esperti”?

FID-​DINJA taʼ llum, in-​nies jistgħu jużaw il-​kompjuter biex ifittxu pariri għall-​ġenituri fuq l-​Internet u malajr isibu iktar minn 26 miljun referenza dwar dan is-​suġġett. Jekk tieħu biss minuta biex tfittex u taqra kull parir, it-​tfal tiegħek jilħqu jikbru u jitilqu mid-​dar qabel ma tispiċċa taqrahom kollha.

Qabel ma kien hawn it-​tobba, il-​psikoloġi tat-​tfal, u l-​Internet, il-​ġenituri fejn kienu jsibu l-​pariri? Ġeneralment huma kienu jmorru għand xi ħadd mill-​qraba tagħhom. L-​ommijiet, il-​missirijiet, u z-​zijiet kienu lesti u kapaċi joffru gwida, għajnuna finanzjarja, u jieħdu ħsieb it-​tfal meta jkun hemm bżonn. Minħabba li għadd kbir taʼ nies ma baqgħux jgħixu fl-​irħula u marru jgħixu fil-​bliet, dawn ir-​rabtiet familjari mill-​qrib kważi ntemmu għalkollox. Illum, l-​ommijiet u l-​missirijiet spiss ikollhom jiffaċċjaw waħedhom l-​isfidi tat-​trobbija tat-​tfal.

Din żgur li hija raġuni waħda għala l-​industrija tas-​servizzi biex jieħdu ħsieb it-​tfal illum qed tikber malajr. Raġuni oħra hi t-​twemmin mifrux fix-​xjenza. Lejn l-​aħħar tas-​seklu 19, il-​pubbliku Amerikan kien diġà qed isir konvint li x-​xjenza tistaʼ ttejjeb kull aspett tal-​ħajja tal-​bniedem. Għala m’għandhiex din ittejjeb ukoll it-​trobbija tat-​tfal? Għalhekk, meta fl-​1899 il-​Kungress Nazzjonali Amerikan taʼ l-​Ommijiet ilmenta fil-​pubbliku minħabba “n-​nuqqas taʼ kapaċità tal-​ġenituri,” ħafna “esperti tax-​xjenza” malajr bdew joffru l-​għajnuna. Huma taw kelmithom li jgħinu lill-​ġenituri fl-​isfida tagħhom biex irabbu lit-​tfal.

Pariri fil-​Kotba għall-​Ġenituri

Imma x’wettqu dawn l-​esperti? Huma l-​ġenituri taʼ llum inqas ansjużi u mħejjijin aħjar biex irabbu lil uliedhom iktar minn dawk li ġew qabilhom? Mhux skond stħarriġ reċenti li sar fil-​Britannja. Dan kixef li xi 35 fil-​mija mill-​ġenituri bit-​tfal żgħar għadhom qed ifittxu pariri li jistgħu jafdawhom. Oħrajn iħossu li m’għandhomx għażla oħra ħlief li jimxu skond dak li jaħsbu huma.

Ann Hulbert, fil-​ktieb tagħha Raising America: Experts, Parents, and a Century of Advice About Children, tistudja r-​rekord stabbilit tal-​letteratura professjonali għat-​trobbija tat-​tfal. Hulbert, li hi stess hija omm taʼ żewġt itfal, tgħid li ftit minn dak li sabu l-​esperti kien ibbażat fuq xjenza stabbilita fis-​sod. Minflok, jidher li l-​pariri tagħhom ġew influwenzati mill-​esperjenza tagħhom stess iktar milli minn informazzjoni bil-​provi. Meta nħarsu lejn il-​passat, donnu jidher li ħafna minn dak li kitbu kien ibbażat fuq attitudni tal-​mument, kontradittorju, u kultant tassew stramb.

Allura f’liema sitwazzjoni jinsabu l-​ġenituri taʼ llum? Sinċerament, ħafna huma konfużi, hekk kif jinsabu ffaċċjati iktar minn qatt qabel b’pariri, opinjonijiet, u kontroversji. Madankollu, mhux il-​ġenituri kollha jħossu li m’għandhomx gwida. Xi ġenituri madwar id-​dinja kollha qed jibbenefikaw minn sors antik t’għarfien li għadu juri li hu sors taʼ pariri li tistaʼ tafdahom, bħalma se juri l-​artiklu li jmiss.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja