LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w10 10/1 pp. 16-17
  • Kif Insibu l-Hena

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Insibu l-Hena
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Materjal Simili
  • Ferħ Veru f’li Naqdu lil Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Kif Issib il-Ferħ Veru
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Int Jistaʼ Jkollok Ferħ Veru
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • X’Inhu Meħtieġ Tassew biex Tkun Hieni
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
w10 10/1 pp. 16-17

Dak li Nitgħallmu Minn Ġesù

Kif Insibu l-​Hena

X’inhu s-​sigriet għall-​hena?

▪ Ġesù semma l-​hena fl-​ewwel kliem tal-​iktar prietka famuża tiegħu. Hu qal: “Henjin dawk li huma konxji tal-​bżonn spiritwali tagħhom.” (Mattew 5:3) X’ried ifisser? X’inhu l-​bżonn spiritwali tagħna?

Sabiex nibqgħu ħajjin għandna bżonn nieħdu n-​nifs, nixorbu, u nieklu, l-​istess bħalma jagħmlu l-​annimali. Imma biex inkunu henjin, għandna bżonn xi ħaġa li l-​annimali ma jeħtiġux—li nifhmu l-​iskop tal-​ħajja. Hu biss il-​Ħallieq tal-​ħajja li jistaʼ jissodisfa dan il-​bżonn. Għalhekk, Ġesù qal: “Il-​bniedem mhux bil-​ħobż biss jgħix, imma wkoll b’kull kelma li toħroġ minn fomm Ġeħova.” (Mattew 4:4) Dawk konxji tal-​bżonn spiritwali tagħhom huma henjin għax jersqu qrib lejn Ġeħova, “l-​Alla l-​hieni,” u hu jagħtihom xi ħaġa vitali għall-​hena—it-​tama.—1 Timotju 1:11.

Ġesù kif ta tama?

▪ Ġesù qal: “Henjin il-​ġwejdin, għax għad jirtu l-​art.” (Mattew 5:5) Ġesù ta tama lill-​bnedmin billi fejjaq lill-​morda u reġaʼ qajjem lill-​mejtin għall-​ħajja fuq l-​art. Ukoll, hu ġie b’messaġġ taʼ tama. Hu spjega: “Alla tant ħabb lid-​dinja li ta l-​Iben uniġenitu tiegħu, biex kulmin jeżerċita l-​fidi fih ma jinqeridx imma jkollu l-​ħajja taʼ dejjem.” (Ġwanni 3:16) In-​nies li jobdu lil Alla se jgawdu ħajja taʼ dejjem fuq l-​art. Tistaʼ timmaġinak tgħix fost nies ġwejdin u qatt ma tixjieħ? Mhux taʼ b’xejn li l-​Kelma t’Alla tgħid: “Thennew bit-​tama.” (Rumani 12:12) Ġesù tkellem ukoll dwar kif issib l-​hena issa.

Liema mod taʼ ħajja hieni għallem Ġesù?

▪ Ġesù ta pariri prattiċi fuq affarijiet bħar-​relazzjonijiet persunali, iż-​żwieġ, l-​umiltà, u l-​ħarsa xierqa lejn l-​affarijiet materjali. (Mattew 5:21-​32; 6:1-​5, 19-​34) Jekk issegwi l-​pariri taʼ Ġesù se tiġi megħjun issib l-​hena.

Il-​ġenerożità ġġib magħha l-​hena. (Atti 20:35) Pereżempju, Ġesù qal: “Meta tagħmel festa, stieden lill-​foqra, lill-​magħtubin, liz-​zopop, lill-​għomja; u tkun hieni, għax dawn m’għandhomx biex ipattulek.” (Luqa 14:13, 14) L-​hena jiġi milli ngħinu lil oħrajn ikunu henjin u mhux milli naħsbu l-​iktar fuq l-​hena persunali tagħna stess.

X’inhu l-​akbar sors tal-​hena?

▪ Li tagħmel affarijiet għal oħrajn jagħmlek hieni, imma li tagħmel affarijiet għal Alla jagħmlek jerġaʼ iktar hieni. Dan l-​hena hu saħansitra akbar mill-​hena tal-​ġenituri kburin li jħobbu ’l uliedhom. Dan jidher ċar minn dak li seħħ darba minnhom waqt li Ġesù kien qed jgħallem fil-​pubbliku. “Waħda mara minn ġol-​folla għolliet leħinha u qaltlu: ‘Hieni l-​ġuf li ġarrek u s-​sider li rdajt!’ Imma hu qal: ‘Le, pjuttost, Henjin dawk li jisimgħu l-​kelma t’Alla u jħarsuha!’”—Luqa 11:27, 28.

Ġesù nnifsu kiseb is-​sodisfazzjon u l-​hena milli jagħmel ir-​rieda taʼ Missieru tas-​sema. Ir-​rieda t’Alla hi li n-​nies jisimgħu dwar it-​tama taʼ ħajja taʼ dejjem. Darba, wara li spjega din it-​tama lil individwu interessat, Ġesù qal: “L-​ikel tiegħi hu li nagħmel ir-​rieda taʼ dak li bagħatni.” (Ġwanni 4:13, 14, 34) Int ukoll tistaʼ tesperjenza l-​hena li jiġi milli tagħmel xi ħaġa li togħġob lil Alla billi taqsam il-​verità tal-​Bibbja m’oħrajn.

Għal iktar informazzjoni, ara kapitlu 1 taʼ dan il-​ktieb, pubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova.

[Stampa f’paġna 16]

L-​hena veru jinkiseb milli nissodisfaw il-​bżonn tagħna biex nifhmu l-​iskop tal-​ħajja

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja