LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w13 3/1 p. 3
  • Min Kien Mosè?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Min Kien Mosè?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Materjal Simili
  • Tgħallem it-Triqat taʼ Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Is-siġra tal-għollieq taqbad
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Għala Mosè Ħarab
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • L-Għollieqa Taqbad
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
w13 3/1 p. 3

SUĠĠETT PRINĊIPALI: DAK LI NITGĦALLMU MINN MOSÈ

Min Kien Mosè?

X’jiġik f’moħħok meta tismaʼ l-​isem Mosè?

  • It-​tarbija li ommu ħbietu f’qoffa fix-​Xmara Nil.

  • It-​tifel li trabba fil-​lussu fl-​Eġittu minn bint il-​Fargħun—imma li qatt ma nesa li kien Iżraeli.

  • Ir-​raġel li għex bħala ragħaj f’Midjan għal 40 sena.

  • Ir-​raġel li tkellem maʼ Ġeħovaa quddiem għollieqa taqbad bin-​nar.

  • Ir-​raġel li bil-​qlubija talab lis-​sultan tal-​Eġittu biex jeħles lill-​Iżraelin mill-​jasar.

  • Ir-​raġel li, bid-​direzzjoni t’Alla, ħabbar l-​Għaxar Kastigi fuq l-​Eġittu meta s-​sultan t’hemmhekk sfida lill-​Alla l-​veru.

  • Ir-​raġel li mexxa lill-​Iżraelin f’eżodu kbir mill-​Eġittu.

  • Ir-​raġel li ntuża biex jofroq il-​Baħar l-​Aħmar.

  • Ir-​raġel li ta lill-​Iżraelin l-​Għaxar Kmandamenti mingħand Alla.

MOSÈ għadda minn dawn l-​esperjenzi kollha u oħrajn. Mhux taʼ b’xejn li dan ir-​raġel leali hu rispettat ferm mill-​Kristjani, mil-​Lhud, u mill-​Musulmani!

Mingħajr dubju taʼ xejn, Mosè kien profeta li wettaq ‘għemejjel kbar li jqanqlu l-​biżaʼ.’ (Dewteronomju 34:10-​12) Hu ħalla lil Alla jużah b’mod tal-​għaġeb. Però, Mosè kien bniedem komuni. Bħall-​profeta Elija, li deher maġenb Mosè f’viżjoni matul il-​ministeru taʼ Ġesù fuq l-​art, Mosè kien raġel “b’sentimenti bħal tagħna.” (Ġakbu 5:17; Mattew 17:1-​9) Mosè ħabbat wiċċu maʼ ħafna mill-​istess problemi li niffaċċjaw aħna, u għelibhom b’suċċess.

Tixtieq tkun taf kif għamel dan? Ikkunsidra tlieta mill-​kwalitajiet tajbin li wera Mosè u x’nistgħu nitgħallmu mill-​eżempju tiegħu.

a eħova hu l-​isem t’Alla kif turina l-​Bibbja.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja