LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w13 3/15 p. 18
  • Tfarraġ u Farraġ lil Oħrajn

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tfarraġ u Farraġ lil Oħrajn
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • URI INTERESS KBIR F’DAWK LI JBATU
  • ‘Farraġ lill-Imnikktin Kollha’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Afda f’Ġeħova, “l-Alla taʼ Kull Faraġ”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Żammew Kelmithom!
    Stenbaħ!—1999
  • “L-Alla taʼ Kull Faraġ”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
w13 3/15 p. 18

Tfarraġ u Farraġ lil Oħrajn

Peress li aħna bnedmin imperfetti, ilkoll esperjenzajna l-​mard, xi wħud saħansitra mard serju. Meta niffaċċjaw diffikultajiet bħal dawn, kif inkampaw?

Għajnuna taʼ valur biex inkampaw hi l-​faraġ li ningħataw mill-​familja, il-​ħbieb, u l-​imseħbin fit-​twemmin.

Il-​kliem sabiħ u kollu mħabba taʼ ħabib jistaʼ jkun bħal balzmu li jfejjaqna u jserraħna. (Prov. 16:24; 18:24; 25:11) Imma l-​Kristjani veri mhumiex biss interessati f’li jingħataw faraġ. Huma jieħdu l-​inizjattiva biex ‘ifarrġu lil dawk li jkunu f’kull xorta taʼ tribulazzjoni bil-​faraġ li huma stess qed jiġu mfarrġin bih minn Alla.’ (2 Kor. 1:4; Lq. 6:31) Antonio, indokratur tad-​distrett fil-​Messiku, esperjenza dan hu stess.

Meta sar jaf li għandu l-​limfoma, tip taʼ kanċer tad-​demm, Antonio ħassu mnikket għall-​aħħar. Xorta waħda, hu stinka biex jikkontrolla l-​emozzjonijiet negattivi tiegħu. Kif? Kien jipprova jiftakar l-​għanjiet tas-​Saltna u jkantahom biex jismaʼ u jimmedita fuq il-​kliem. Kien taʼ faraġ kbir ukoll li jitlob u jaqra l-​Bibbja b’leħen għoli.

Madankollu, issa Antonio jirrikonoxxi li waħda mill-​akbar għajnuniet ġiet mingħand sħabu fit-​twemmin. Hu jgħid: “Meta jien u marti konna mtaqqlin bl-​ansjetà, konna nitolbu lil qarib li hu anzjan fil-​kongregazzjoni biex jiġi u jitlob magħna. Dan farraġna u kkalmana.” Hu jżid jgħid: “Infatti, grazzi għall-​appoġġ tal-​familja tagħna u ħutna spiritwali, irnexxielna negħlbu l-​emozzjonijiet negattivi f’ħin qasir mhux ħażin.” Kemm kien grat li kellu ħbieb li tant iħobbuh u jimpurtahom minnu!

Għajnuna oħra għal matul żminijiet taʼ niket hi l-​ispirtu qaddis imwiegħed. L-​appostlu Pietru qal li l-​ispirtu qaddis t’Alla hu “għotja b’xejn.” (Atti 2:38) Dan ċertament wera li kien minnu meta ħafna wħud ġew midlukin f’Pentekoste tas-​sena 33 E.K. Għalkemm Pietru kien qed jirreferi għall-​midlukin, l-​ispirtu qaddis hu disponibbli għalina lkoll. M’hemmx limitu għal din l-​għotja, allura għax ma titlobx biex ikollok din l-​għotja bl-​abbundanza?—Is. 40:28-​31.

URI INTERESS KBIR F’DAWK LI JBATU

L-​appostlu Pawlu ssaporta ħafna tbatija, kultant saħansitra ffaċċja l-​mewt. (2 Kor. 1:8-​10) Però, Pawlu ma kienx ansjuż iżżejjed dwar li jmut. Hu ħassu mfarraġ għax kien jaf li kellu l-​appoġġ t’Alla. Hu kiteb: “Ikun imbierek Alla u Missier il-​Mulej tagħna Ġesù Kristu, il-​Missier taʼ kull ħniena tenera u l-​Alla taʼ kull faraġ, li jfarraġna fit-​tribulazzjoni kollha tagħna.” (2 Kor. 1:3, 4) Pawlu ma qagħadx jitħassar lilu nnifsu. Minflok, il-​provi li ssaporta għenuh jikkultiva l-​empatija, u b’hekk kien armat aħjar biex ifarraġ lil oħrajn meta huma kienu fil-​bżonn.

Wara li rkupra mill-​marda tiegħu, Antonio setaʼ jmur lura fix-​xogħol tal-​ivvjaġġar. Hu kien juri interess fi sħabu fit-​twemmin regolarment, imma mbagħad hu u martu għamlu sforz speċjali biex iżuru u jinkuraġġixxu lil dawk morda. Pereżempju, wara li żar lil ħu Kristjan li kien qed jissielet maʼ marda serja, Antonio sar jaf li dan il-​ħu ma riedx imur il-​laqgħat. “Mhux għax ma kienx iħobb lil Ġeħova jew lill-​aħwa,” jispjega Antonio, “imma għax il-​marda tant kienet effettwat l-​emozzjonijiet tiegħu li ma ħassu kapaċi għal xejn.”

Ħaġa li għamel Antonio biex jinkuraġġixxi lil dan il-​ħu marid kienet li staqsieh biex jgħid it-​talba f’laqgħa soċjali. Għalkemm il-​ħu ma ħassux kapaċi, hu aċċetta li jgħidha. Antonio jirrakkonta: “Qal talba mill-​isbaħ, u wara, kien qisu bniedem differenti. Reġaʼ ħassu utli.”

Iva, xi ftit jew wisq, ilkoll għaddejna minn xi tip taʼ tbatija. Imma bħalma qal Pawlu, din tistaʼ tarmana biex infarrġu lil oħrajn meta huma jkunu fil-​bżonn. Għalhekk, ejja nkunu sensittivi għat-​tbatija taʼ sħabna l-​Kristjani u nimitaw lill-​Alla tagħna, Ġeħova, billi nkunu sors taʼ faraġ għal oħrajn.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja