LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w13 9/15 pp. 3-6
  • Ħalli l-Kuntrasti Jgħinuk

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħalli l-Kuntrasti Jgħinuk
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • IBBENEFIKA MILL-​KUNTRASTI
  • Żviluppa l-Abbiltà Bħala Għalliem
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • “Ibqgħu Imxu Bħala Tfal tad-Dawl”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Ġeħova Jiġbor lill-Familja Tiegħu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • “Aqdi Sewwa l-Ministeru Tiegħek”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
w13 9/15 pp. 3-6

Ħalli l-​Kuntrasti Jgħinuk

Ma taqbilx li Ġesù kien l-​aqwa Għalliem li qatt għex fuq l-​art? Forsi ġieli pprovajt timita xi modi taʼ kif għallem, bħall-​użu taʼ mistoqsijiet u tixbihat. Imma qatt ikkunsidrajt li fit-​tagħlim tiegħu hu spiss uża kuntrasti?

Ħafna nies jużaw il-​kuntrasti waqt li jitkellmu. Forsi int ukoll tagħmel dan, spiss mingħajr lanqas biss taħsibha. Forsi tgħid xi ħaġa hekk, “Qalu li l-​frott kollu kien misjur; però dan għadu iebes.” Jew, “Xi darba kienet tifla mistħija, imma issa dħulija ħafna.”

F’każijiet bħal dawn, l-​ewwel tesprimi fatt jew idea; imbagħad tgħid kuntrast billi tuża espressjonijiet bħal imma, però, anzi, jew mill-​banda l-​oħra. Tistaʼ wkoll tagħmel il-​kuntrast billi żżid l-​informazzjoni jew billi ssaħħaħ l-​idea. Meta titkellem b’dan il-​mod, tinstemaʼ naturali u tistaʼ tgħin lil oħrajn jifhmu l-​punt tiegħek.

Anki jekk il-​kuntrasti ma jintużawx ħafna f’xi lingwi jew kulturi, nagħmlu tajjeb li nirrikonoxxu l-​valur tagħhom. Għala? Għax insibu ħafna minnhom fil-​Kelma ispirata t’Alla. Ġesù spiss uża l-​kuntrasti. Ara tiftakarx f’dawn: “In-​nies ma jixegħlux musbieħ biex iqegħduh taħt xi qoffa, imma fuq il-​gandlier.” “Ma ġejtx biex neqred [il-​Liġi] imma biex inwettaq.” “Smajtu li ntqal, ‘Tagħmilx adulterju.’ Imma jien ngħidilkom li kulmin jibqaʼ jħares lejn mara . . . ” “Intqal, ‘Għajn b’għajn u sinna b’sinna.’ Madankollu, jien ngħidilkom: Tirreżistux lil min hu mill-​agħar; imma kulmin jagħtik daqqa taʼ ħarta fuq ħaddek tal-​lemin, dawwarlu l-​ieħor ukoll.”—Mt. 5:15, 17, 27, 28, 38, 39.

Hemm kuntrasti simili f’kotba Bibliċi oħrajn. Jistgħu jgħinuk tifhem punt jew tenfasizza mod aħjar taʼ kif tagħmel xi ħaġa. Jekk int ġenitur, irrifletti fuq dan il-​kuntrast: “Intom, missirijiet, iddejqux lil uliedkom, imma ibqgħu rabbuhom fid-​dixxiplina u l-​gwida mentali taʼ Ġeħova.” (Efes. 6:4) Kien ikun għaqli u veru kieku l-​appostlu Pawlu sempliċement kiteb li missier (jew omm) għandu jrabbi lit-​tfal fid-​dixxiplina t’Alla. Iżda l-​idea tinftiehem b’mod ċar bil-​kuntrast ‘iddejquhomx imma rabbuhom fil-​gwida mentali taʼ Ġeħova.’

Iktar ’il quddiem f’dan il-​kapitlu, Pawlu kiteb: “Aħna ma nissarawx kontra d-​demm u l-​laħam, imma kontra . . . l-​forzi taʼ l-​ispirti mill-​agħar fil-​postijiet tas-​sema.” (Efes. 6:12) Aktarx li dan il-​kuntrast jgħinek tifhem li għandek ġlieda serja ħafna. Mhix waħda kontra sempliċi bnedmin; imma kontra l-​forzi tal-​ispirti mill-​agħar.

IBBENEFIKA MILL-​KUNTRASTI

F’dan l-​istess ktieb Bibliku tal-​Efesin, se ssib ħafna siltiet oħra fejn Pawlu għamel użu minn kuntrasti. Il-​fatt li naħsbu dwarhom jistaʼ jgħinna nifhmu l-​punt taʼ Pawlu u aktarx nifhmu aħjar x’għandna nagħmlu.

Għandu mnejn tieħu pjaċir u ssibha t’għajnuna li tikkunsidra ċ-​ċart f’paġni 4 u 5. Din fiha ftit kuntrasti li hemm f’kapitli 4 u 5 taʼ Efesin. Hekk kif tikkunsidra kull kuntrast, aħseb dwar il-​ħajja tiegħek stess. Saqsi lilek innifsek: ‘Bl-​onestà kollha, x’inhi l-​attitudni tiegħi? Kif nirreaġixxi f’sitwazzjoni bħal din jew f’waħda simili? Ħaddieħor maʼ liema naħa tal-​kuntrast iqabbilni?’ Jekk kuntrast jgħinek tirrealizza li hemm xi ħaġa fuqiex taħdem, ipprova applika dak li tgħallimt. Ħalli lil dan il-​kuntrast jgħinek.

Jew tistaʼ tuża ċ-​ċart bħala parti mill-​qima tal-​familja tiegħek. L-​ewwel, il-​membri kollha tal-​familja tiegħek jistgħu jaqraw il-​kuntrasti. Imbagħad xi ħadd minnkom jistaʼ jsemmi l-​ewwel parti taʼ kuntrast, u jħalli lil xi ħadd ieħor fil-​familja jipprova jiftakar il-​punt importanti tat-​tieni parti. Dan jistaʼ jwassal għal diskussjoni pjaċevoli fil-​familja dwar kif tkun tistaʼ tapplika t-​tieni parti iktar aħjar. Iva, meta jiġu eżaminati l-​kuntrasti b’dan il-​mod, dan jistaʼ jgħin liż-​żgħar u l-​kbar jistinkaw biex juru kwalitajiet Kristjani fil-​familja u f’postijiet oħrajn.

Tistaʼ tiftakar it-​tieni parti tal-​kuntrast?

Hekk kif issir iktar konxju tal-​valur tal-​kuntrasti, għandu mnejn issir aħjar f’li tagħrafhom fil-​Bibbja, u tistaʼ ssib li huma t’għajnuna ħafna għall-​ministeru Kristjan tiegħek. Pereżempju, lil inkwilin tistaʼ tgħidlu: “Ħafna nies jgħidu li kull persuna għandha ruħ immortali, imma nnota x’tgħid il-​Kelma t’Alla hawn.” Jew waqt studju tal-​Bibbja tistaʼ tistaqsi: “Il-​maġġorparti tan-​nies f’din l-​akkwata jemmnu li Alla u Ġesù huma persuna waħda; iżda, x’sibna li tgħid il-​Bibbja? U int x’temmen?”

Iva, l-​Iskrittura tagħtina ħafna kuntrasti li jgħallmuna u jgħinuna nimxu fit-​triq t’Alla. U nistgħu nużaw il-​kuntrasti biex ngħinu lil oħrajn isiru jafu l-​verità tal-​Bibbja.

Xi Kuntrasti fil-​Kapitli 4 u 5 taʼ Efesin

Ipprova uża din iċ-​ċart waqt il-​qima tal-​familja!

“Ma nibqgħux iktar . . . imtajrin . . . bl-​ingann tan-​nies li bil-​makakkerija jinsġu l-​qerq.”—4:14.

“Imma billi ngħidu l-​verità, ħa nikbru bl-​imħabba f’kollox fi Kristu, li hu l-​kap.”—4:15.

“[Il-​ġnus] qegħdin fi dlam mentali, . . . minħabba l-​ebusija taʼ qlubhom.” —4:18, 19.

“Imma intom mhux hekk tgħallimtu li hu l-​Kristu, jekk tassew smajtuh u ġejtu mgħallmin minnu.”—4:20, 21.

“Min kien jisraq ħa ma jisraqx iktar.”—4:28.

“Imma minflok ħa jaħdem iebes u jagħmel b’idejh xogħol tajjeb.”—4:28.

“Ħa ma toħroġ minn fommkom ebda kelma mħassra.”—4:29.

“Imma għidu dak li hu tajjeb biex jibni.”—4:29.

“Ħa jitwarrab minnkom kull imrar malizzjuż u rabja u korla u twerżiq u tgħajjir flimkien maʼ kull ħażen.”—4:31.

“Imma kunu qalbkom tajba maʼ xulxin, agħdru b’tenerezza, u aħfru lil xulxin mill-​qalb.”—4:32.

“Lanqas biss għandhom jissemmew fostkom iż-​żína u n-​nuqqas taʼ ndafa taʼ kull xorta jew ir-​regħba.”—5:3.

“Imma minflok roddu ħajr.”—5:4.

“Darba kontu dlam.”—5:8.

“Imma issa sirtu dawl għax intom tal-​Mulej.”—5:8.

“Tibqgħux tieħdu sehem magħhom fl-​għemejjel bla frott li huma tad-​dlam.”—5:11.

“Imma, minflok, esprimu d-​diżapprovazzjoni tagħkom.”—5:11.

“Għalhekk, oqogħdu attenti bis-​sħiħ li ma timxux bħal nies bla għaqal.”—5:15.

“Imma bħal nies għorrief, u użaw il-​ħin bl-​aħjar mod.”—5:15, 16.

“Minħabba dan tibqgħux tkunu bla raġuni.”—5:17.

“Imma ibqgħu ifhmu x’inhi r-​rieda taʼ Ġeħova.”—5:17.

“Tiskrux bl-​inbid, li fih hemm il-​ħajja bla rażan.”—5:18.

“Imma ibqgħu mtlew bl-​ispirtu.”—5:18.

“Sabiex il-​kongregazzjoni [il-​Kristu] jagħmilha tidher quddiemu fil-​ġmiel kollu tagħha, bla ebda tebgħa jew tikmix jew ħaġa oħra bħal dawn.” —5:27.

“Imma sabiex tkun qaddisa u bla difett.”—5:27.

“Ebda bniedem qatt ma bagħad lil ġismu stess.”—5:29.

“Imma jitimgħu u jgħożżu, bħalma l-​Kristu jagħmel ukoll lill-​kongregazzjoni.”—5:29.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja