LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w14 7/1 p. 3
  • Miżgħudin bil-ħażen!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Miżgħudin bil-ħażen!
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Materjal Simili
  • Affarijiet ħżiena jiġru lil nies tajbin—Għala?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Alla Għala Jippermetti l-Ħażen?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Alla Għala Jħallina Nbatu?
    Stenbaħ!—2004
  • Huwa Alla li Jaħti għat-Tbatija Tagħna?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
w14 7/1 p. 3

SUĠĠETT PRINĊIPALI | GĦALA JIĠRU AFFARIJIET ĦŻIENA LIL NIES TAJBIN?

Miżgħudin bil-ħażen!

Membri tal-​familja mnikktin u qalbhom sewda

Smita,a mara taʼ 35 sena f’Dhaka, il-​Bangladexx, kellha r-​reputazzjoni li kienet mara li turi l-​imħabba u li jimpurtaha minn ħaddieħor. In-​nies kienu jafuha bħala mara żagħżugħa miżżewġa bieżla u ferħana li riedet tgħin lil ħaddieħor isir jaf dak li kienet tgħallmet dwar Alla. Kemm kienu xxokkjati tal-​familja u ħbiebha meta ħabta u sabta Smita qabditha marda li ħaditilha ħajjitha f’inqas minn ġimgħa!

James u martu, koppja żagħżugħa li għandhom fuq it-​30 sena, kellhom reputazzjoni simili għal dik taʼ Smita. Darba fir-​rebbiegħa, marru jżuru lil ħbiebhom fil-​Kosta tal-​Punent tal-​Istati Uniti. Qatt ma reġgħu lura darhom fi New York. Meta kienu hemm, kienu involuti f’inċident fatali tat-​traffiku, u ħallew vojt kbir fil-​ħajja taʼ familthom u sħabhom tax-​xogħol.

M’hemmx għalfejn tfittex wisq biex tara li aħna miżgħudin bil-​ħażen u bit-​tbatija. Il-​gwerer joqtlu nies pajżana kif ukoll suldati. Nies innoċenti huma vittmi tal-​kriminalità u l-​vjolenza. Il-​mard qerried u l-​inċidenti fatali jiġru lil kulħadd, għandu kemm għandu żmien u hi x’inhi l-​qagħda tiegħu fil-​ħajja. Id-​diżastri naturali jikinsu komunitajiet sħaħ bla distinzjoni. Il-​preġudizzju u l-​inġustizzja ssibhom kullimkien. Forsi int stess kont vittma xi darba.

Hu naturali li tistaqsi mistoqsijiet bħal dawn:

  • Affarijiet ħżiena għala jiġru lil nies tajbin?

  • Hu t-​tort t’Alla li jiġru dawn l-​affarijiet?

  • Id-​diżastri jseħħu bl-​addoċċ jew huma tort tal-​bnedmin?

  • Tistaʼ tkun il-​Karma, jiġifieri, ir-​riżultat tal-​azzjonijiet taʼ xi ħadd f’ħajja oħra fil-​passat, il-​kaġun tat-​tbatija personali?

  • Jekk hemm Alla li jistaʼ kollox, għala ma jipproteġix nies tajbin mill-​ħażen?

  • Il-​ħajja qatt se tkun ħielsa mill-​ħażen u t-​tbatija?

Biex inwieġbu dawn il-​mistoqsijiet, irridu nifhmu t-​tweġiba għal dawn iż-​żewġ mistoqsijiet bażiċi: Wara kollox, affarijiet ħżiena għalfejn jiġru, u Alla x’se jagħmel?

a L-​ismijiet ġew mibdulin.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja