LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w14 8/1 p. 3
  • Jagħti kasek Alla?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Jagħti kasek Alla?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Materjal Simili
  • “Farrġu l-​Poplu Tiegħi”
    Il-Profezija taʼ Isaija—Dawl għall-Bnedmin Kollha I
  • ‘Agħti Ħafna Aktar Kas taʼ Dak li Smajt’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Kif Tistaʼ Ssir Ħabib t’Alla?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu . . . Tweġibiet Prattiċi għall-Mistoqsijiet Tagħhom, It-2 Volum
  • Issibha Diffiċli li Tħobb lil Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
w14 8/1 p. 3

SUĠĠETT PRINĊIPALI | ALLA INTERESSAT FIK?

Jagħti kasek Alla?

“Jien qed insofri u fqir. Ġeħova jagħti kasi.”a—DAVID TAʼ IŻRAEL, IS-​SEKLU 11 QK

Qatra ilma taqaʼ minn barmil

“Il-ġnus huma bħal qatra minn barmil.”—ISAIJA 40:15

Kien raġunevoli li David jistenna li Alla jagħti kasu? Alla jagħti kas tiegħek? Ħafna nies isibuha diffiċli jemmnu li Alla li jistaʼ kollox hu interessat fihom. Għala?

Raġuni waħda hi li Alla hu esseri ħafna ogħla minn sempliċi bnedmin b’mod li ma tistax timmaġinah. Mill-​pożizzjoni għolja li għandu, ġnus sħaħ “huma bħal qatra minn barmil; u tqiesu bħal kisja taʼ trab f’miżien.” (Isaija 40:15) Kittieb xettiku taʼ żmienna sa kkonkluda li tkun “l-​ogħla kburija li temmen li hemm esseri divin li jieħu interess persunali u fil-​pront f’dak li tkun qed tagħmel.”

Mill-​banda l-​oħra, minħabba l-​kondotta tagħhom, xi nies iħossu li ma jistħoqqilhomx l-​attenzjoni t’Alla. Pereżempju, raġel li għandu mal-​45 sena jismu Jim jgħid: “Kont il-​ħin kollu nitlob għall-​paċi u l-​kontroll fuqi nnifsi, imma kultant ir-​rabja kienet terġaʼ tfiġġ. Fl-​aħħar, wasalt għall-​konklużjoni li kont mill-​agħar minn rasi sa saqajja u li Alla ma setax jgħinni.”

Hu Alla tant ’il bogħod minna l-​bnedmin li ma jinnotaniex? Kif iħossu verament dwar il-​ħlejjaq imperfetti tiegħu? Jekk Alla ma jagħtix informazzjoni dwaru nnifsu, l-​ebda bniedem ma jistaʼ bi dritt jitkellem għal Alla u jwieġeb dawn il-​mistoqsijiet. Madankollu, il-​messaġġ ispirat t’Alla lill-​bnedmin—il-​Bibbja—jaċċertana li mhuwiex xi Alla mbiegħed li ma jinteressahx f’individwi. “Fil-​fatt,” tgħid il-​Bibbja, “m’huwiex ’il bogħod minn kull wieħed minna.” (Atti 17:27) Fl-​erba’ artikli li ġejjin, se nikkunsidraw dak li jgħidilna Alla dwar l-​interess tiegħu f’individwi u kif wera interess bħal dan f’nies bħalek.

a Salm 40:17; Ġeħova hu l-​isem t’Alla kif rivelat fil-​Bibbja.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja