Isaija
40 L-Alla tagħkom jgħid, “Inkuraġġixxu, inkuraġġixxu lill-poplu tiegħi.
2 Kellmu lil Ġerusalemm biex tilħqulha qalbha,
U għidulha li x-xogħol taʼ bilfors tagħha tlesta,
Li hi pattiet għall-ħtija tagħha.
Hi rċiviet il-kastig kollu għad-dnubiet tagħha mingħand Ġeħova.”
3 Instemaʼ leħen fid-deżert:
“Ippreparaw it-triq taʼ Ġeħova!
Agħmlu triq prinċipali għall-Alla tagħna li tgħaddi mid-deżert.
4 Ħa jimtela kull wied,
U jitbaxxew kull muntanja u għolja.
L-art imħarbta għandha tiġi nvellata,
U l-art mimlija ġebel illixxata.
6 Ismaʼ! Xi ħadd qed jgħid: “Għajjat!”
U ieħor staqsa: “X’se ngħajjat?”
“In-nies kollha huma bħal ħaxix.
L-imħabba u l-lealtà* tagħhom huma bħall-fjuri tal-għelieqi.
In-nies żgur li huma bħal ħaxix.
9 Itlaʼ fuq muntanja għolja,
Mara li qed iġġib aħbar tajba għal Sijon.
Għolli leħnek sew,
Mara li qed iġġib aħbar tajba għal Ġerusalemm.
Għolli leħnek. Tibżax.
Għid lill-bliet taʼ Ġuda: “Hawn hu l-Alla tagħkom.”
10 Ġeħova s-Sid taʼ Kollox* se jiġi u juri s-saħħa tiegħu.
Hu se jmexxi bil-qawwa t’idu.
Il-premju li se jagħti qiegħed għandu,
U l-paga li se jagħti qiegħda quddiemu.
11 Hu se jieħu ħsieb* il-merħla tiegħu bħal ragħaj,
Jiġbor il-ħrief b’idu,
U jġorrhom viċin qalbu.*
Hu jmexxi bi ħlewwa lil dawk li jitimgħu lill-frieħ tagħhom.
Min jistaʼ jiġbor it-trab tal-art kollha f’kejla,*
Jew jiżen il-muntanji u l-għoljiet f’miżien?
14 Mingħand min ħa parir biex ikun jistaʼ jifhem,
Jew min għallmu jagħmel dak li hu ġust,
Jew tah l-għarfien,
Jew urieh kif għandu jifhem verament?
15 Il-popli huma bħal qatra f’barmil,
U jitqiesu bħal kisja trab f’miżien.
Hu jgħolli l-gżejjer bħal trab fin.
16 Lanqas is-siġar tal-Libanu mhuma biżżejjed biex iżommu n-nar tal-artal jaqbad,
U l-annimali slavaġ tiegħu mhumiex biżżejjed għall-offerta tal-ħruq.
17 Il-popli kollha huma bħal xi ħaġa li ma teżistix quddiemu,
Hu jqishom li mhuma xejn, li mhumiex vera.
18 Maʼ min tistgħu tqabbluh lil Alla?
Maʼ xiex tistgħu xxebbhuh?
20 Raġel jagħżel siġra li ma titmermirx
Biex jagħmel idolu.
Hu jfittex ħaddiem tas-sengħa
Biex jipprepara statwa skolpita li ma tinqelibx.
21 Ma tafux?
Ma smajtux?
Ma qalulkomx mill-bidu dwar dan?
Ma fhimtux l-evidenza li ilha hemm minn meta tqiegħdu l-pedamenti tal-art?
Hu qed iġebbed is-sema bħal drapp fin,
U jifrixha bħal tinda li toqgħod fiha.
23 Hu jġib fix-xejn l-awtorità tal-uffiċjali taʼ pożizzjoni għolja,
U jagħmel lill-imħallfin* tal-art ma jiswew għal xejn.
24 Huma bħal pjanti li għadhom kemm ġew imħawlin,
Bħal żerriegħa li għadha kemm ġiet miżrugħa,
U z-zokk tagħhom bilkemm jilħaq jagħmel l-għeruq,
Li ma jonfoħx ir-riħ fuqhom, inixxifhom, u jtajjarhom bħat-tiben.
25 Il-Qaddis jgħid: “Min hu daqsi biex tqabbluh miegħi?
26 Ħarsu lejn is-sema.
Min ħalaqhom l-istilel kollha?
Il-Wieħed li joħroġhom bħal armata u li jgħoddhom waħda waħda;
Hu jgħajtilhom kollha b’isimhom.
Peress li għandu ammont kbir t’enerġija* u saħħa tal-għaġeb,
Kollha qegħdin posthom.
27 Ġakobb, Iżrael, għala tgħid,
‘Ħajti hi moħbija minn Ġeħova,
Alla jinjora l-inġustizzji li għaddej minnhom’?
28 Ma tafx? Ma smajtx?
Ġeħova, il-Ħallieq taʼ kulma hawn fuq l-art, hu Alla għal dejjem.
Hu qatt ma jegħja jew ikun bla saħħa.
Ħadd ma jistaʼ jifhem l-għerf tiegħu.*
29 Hu jagħti s-saħħa lil min hu għajjien
U qawwa kbira lil min m’għandux saħħa.
30 It-tfal se jegħjew u jkunu bla saħħa,
U l-ġuvintur se jitfixklu u jaqgħu,
31 Imma dawk li jittamaw f’Ġeħova se jerġaʼ jkollhom is-saħħa.
Huma se jogħlew bil-ġwienaħ bħall-ajkli.
Se jiġru u ma jkunux bla saħħa;
Jimxu u ma jegħjewx.”