LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w14 11/1 pp. 8-9
  • Is-Saltna t’Alla—X’se tfisser għalik?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Is-Saltna t’Alla—X’se tfisser għalik?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Materjal Simili
  • Is-Saltna t’Alla—Xi tfisser għal Ġesù
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Agħżel li Tappoġġja s-Saltna t’Alla Issa!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2020
  • Dak li Ġesù Għallem Dwar is-Saltna t’Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
w14 11/1 pp. 8-9
Koppja miżżewġa titgħallem dwar is-Saltna t’Alla permezz taʼ Studju tal-Bibbja

SUĠĠETT PRINĊIPALI | IS-​SALTNA T’ALLA—X’TISTAʼ TFISSER GĦALIK?

Is-​Saltna t’Alla X’se tfisser għalik?

Aktarx fhimt mill-​artikli taʼ qabel dan li s-​Saltna t’Alla tfisser ħafna għax-​Xhieda taʼ Ġeħova. U forsi ġietek il-​kurżità dwar uħud mill-​barkiet futuri tas-​Saltna t’Alla li ġew diskussi. Fl-​istess ħin għandek mnejn taħseb jekk wegħdi bħal dawn jistgħux verament iseħħu.

Tagħmel sew toqgħod b’sebaʼ għajnejn minflok ma temmen kulma tismaʼ. (Proverbji 14:15) B’xi modi, l-​għaqal tiegħek jistaʼ jitqabbel maʼ dak tal-​Bereani tal-​qedem.a Meta għall-​ewwel intqalilhom dwar l-​aħbar tajba tas-​Saltna, il-​Bereani aċċettaw dak li semgħu, però mhux sempliċement għax xtaqu li jkun veru. Pjuttost, eżaminaw l-​Iskrittura bir-​reqqa “biex jaraw jekk dak li semgħu kienx minnu.” (Atti 17:11) Fi kliem ieħor, il-​Bereani qabblu l-​aħbar tajba li semgħu maʼ dak li tgħid l-​Iskrittura. Maż-​żmien, saru konvinti li l-​aħbar tajba kienet fil-​fatt ibbażata fis-​sod fuq il-​Kelma t’Alla.

Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova minn qalbhom jistidnuk tagħmel l-​istess. Permezz tal-​programm tagħna taʼ studju tal-​Bibbja b’xejn, noffrulek l-​opportunità li tqabbel dak li jemmnu x-​Xhieda taʼ Ġeħova dwar is-​Saltna t’Alla maʼ dak li tgħallem il-​Bibbja.

Barra milli titgħallem dwar is-​Saltna t’Alla, l-​istudju tiegħek tal-​Bibbja jistaʼ jgħinek issib it-​tweġibiet għall-​mistoqsijiet importanti tal-​ħajja.

  • Minn fejn ġejna?

  • X’inhu l-​iskop tal-​ħajja?

  • Alla għala jippermetti l-​ħażen?

  • X’jiġrilna meta mmutu?

  • L-​art se tinqered?

  • X’inhu s-​sigriet għall-​hena fil-​familja?

Fuq kollox, li tistudja l-​Bibbja se jgħinek ‘tersaq qrib lejn Alla.’ (Ġakbu 4:8) Imbagħad, iktar ma tersaq qrib lejn Alla, iktar se tara kif is-​Saltna t’Alla tistaʼ tfisser affarijiet tajbin għalik—mhux biss issa imma għal dejjem. Ġesù stess qal f’talba lil Missieru: “Il-​ħajja taʼ dejjem tfisser dan: li jieħdu għarfien dwarek, l-​uniku Alla veru, u dwar Ġesù Kristu li int bgħatt.”—Ġwanni 17:3.

Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jistgħu jużaw din il-​pubblikazzjoni biex jistudjaw il-​Bibbja miegħek.

Biex titlob studju tal-​Bibbja personali b’xejn, staqsi lil wieħed mix-​Xhieda taʼ Ġeħova jew imla l-​formola f’www.jw.org/mt. (Ara ITLOB STUDJU TAL-​BIBBJA fil-​paġna tad-​dħul)

a Berea kienet belt fil-​Maċedonja tal-​qedem.

Xi tfisser għaliha s-​Saltna t’Alla

Folake

Reċentement, tifla t’10 snin jisimha Folake kellha tikteb komponiment għall-​iskola fuq is-​suġġett “Dak li nħobb l-​iktar f’din id-​dinja.” Folake għażlet li tikteb dwar għala tħobb tgħid lil oħrajn dwar is-​Saltna t’Alla.

“Is-​Saltna t’Alla hi gvern veru,” spjegat Folake. “Imma hi inviżibbli allura ma tistax taraha—anki jekk tilbes nuċċali!”

Folake kompliet tikteb dwar il-​barkiet tas-​Saltna li hi speċjalment tħares ’il quddiem għalihom. Meta semmiet uħud mill-​problemi li s-​Saltna se ssolvi, kitbet, “Jaqbduni d-​dwejjaq meta nara nies mingħajr dar jgħixu fit-​toroq” kif ukoll “tfal imutu bil-​ġuħ f’postijiet differenti fid-​dinja kollha.” Hi żiedet, “Nerġaʼ nkun ferħana meta naqra Isaija 65:21.” Dwar bnedmin li se jgħixu taħt it-​tmexxija tas-​Saltna t’Alla, dak il-​vers iwiegħed: “Se jibnu djar u jgħammru fihom; u jħawlu għelieqi bid-​dwieli u jieklu frotthom.”

Folake qalet li tħares ’il quddiem ukoll għaż-​żmien meta permezz tas-​Saltna tiegħu, Alla se jneħħi l-​mard kollu. Fil-​komponiment tagħha kkwotat Rivelazzjoni 21:4, li jgħid li Alla se “jixxottalhom kull demgħa minn għajnejhom, u ma jkunx hemm iżjed mewt, u la niket u la għajat u lanqas uġigħ.” Ikkonkludiet billi reġgħet semmiet li dak li tħobb l-​iktar f’din id-​dinja hu li titkellem dwar Ġeħova u s-​Saltna tiegħu. Jidher ċar li s-​Saltna t’Alla għandha post speċjali f’qalb din it-​tifla!

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja