LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w15 1/1 pp. 12-13
  • “Id-dehen ta’ bniedem itaffilu r-rabja tiegħu”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Id-dehen ta’ bniedem itaffilu r-rabja tiegħu”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • GĦANDEK TIRRABJA?
  • KIF ID-​DEHEN ITAFFI R-​RABJA
  • Il-Bibbja x’tgħid dwar ir-rabja?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Abigajl u David
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Aġixxiet b’Għaqal
    Imita l-Fidi Tagħhom
  • Tħallix il-Korla Tfixklek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
w15 1/1 pp. 12-13
Omm u binha jargumentaw

“Id-dehen taʼ bniedem itaffilu r-rabja tiegħu”

Kowċ tal-​baskitbol fi skola sekondarja jitkeċċa għax ma jikkontrollax ir-​rabja tiegħu.

Tifel jarma jwerżaq u jgħajjat għax m’għaddietx tiegħu.

Omm u binha jargumentaw minħabba t-​taqlib fil-​kamra tiegħu.

ILKOLL kemm aħna rajna nies jirrabjaw, u bla dubju aħna stess inkorlajna f’xi ħin jew ieħor. Filwaqt li aħna forsi nqisu r-​rabja bħala emozzjoni negattiva li għandha titrażżan, spiss inħossu li għandna raġuni valida biex nitbaqbqu, speċjalment meta xi ħadd jidher li jkun mar kontra s-​sens taʼ ġustizzja tagħna. Artiklu mill-​American Psychological Association saħansitra jgħid li “r-​rabja hija emozzjoni umana kompletament normali, ġeneralment taʼ benefiċċju.”

Ħarsa bħal din għandha mnejn titwemmen meta nqisu x’kiteb l-​appostlu Kristjan Pawlu b’ispirazzjoni divina. Waqt li jammetti li jistaʼ jkun hemm drabi meta n-​nies jirrabjaw, hu qal: “Jekk tinkorlaw, tidinbux; tħallux ix-​xemx tinżel waqt li tkunu għadkom inkorlati.” (Efesin 4:26) B’dan f’moħħna, għandna ninfexxu nirrabjaw jew għandna nagħmlu kulma nistgħu biex nikkontrollaw ir-​rabja?

GĦANDEK TIRRABJA?

Meta Pawlu ta dak il-​parir dwar ir-​rabja, milli jidher f’moħħu kellu l-​kliem tas-​salmista li kiteb: “Jekk tibdew tħossukom aġitati, tidinbux.” (Salm 4:4) Iżda, x’kienet l-​intenzjoni tat-​twissija ispirata taʼ Pawlu? Hu kompla jispjega: “Ħa jitwarrab minnkom kull imrar malizzjuż u rabja u korla u twerżiq u tgħajjir flimkien maʼ kull ħażen.” (Efesin 4:31) Pawlu fil-​fatt kien qed jinkuraġġixxi lill-​Kristjani biex jevitaw li jagħtu wisaʼ għar-​rabja. Taʼ interess, l-​artiklu tal-​American Psychological Association ikompli jgħid: “Ir-​riċerka sabet li l-​isfog tar-​rabja attwalment iwassal għal iktar rabja u aggressjoni u ma jgħinek xejn . . . biex tirranġa s-​sitwazzjoni.”

Mela, kif nistgħu ‘nwarrbu’ r-​rabja u l-​effetti ħżiena kollha tagħha? Is-​sultan għaqli Salamun taʼ Iżrael tal-​qedem kiteb: “Id-​dehen taʼ bniedem itaffilu r-​rabja tiegħu, u hija ħaġa sabiħa min-​naħa tiegħu li jħalli nuqqas għaddej.” (Proverbji 19:11) “Id-​dehen taʼ bniedem” kif jistaʼ jgħin meta r-​rabja tinġemaʼ ġewwa fih?

KIF ID-​DEHEN ITAFFI R-​RABJA

Id-​dehen huwa l-​abbiltà li tiżen sitwazzjoni sew. Li jkollok id-​dehen ifisser li ma tarax dak li jidher fil-​wiċċ biss. Dan kif jistaʼ jgħinna meta niġu offiżi jew provokati?

Meta naraw xi inġustizzja, forsi nagħdbu. Madankollu, jekk nimxu fuq l-​emozzjonijiet tagħna u naġixxu bir-​rabja, nistgħu nispiċċaw inweġġgħu lilna nfusna jew lil xi ħadd ieħor. Bħalma nar mhux kontrollat jistaʼ jeqred dar, hekk ukoll tfaqqigħa taʼ rabja tistaʼ teqred ir-​reputazzjoni tagħna u r-​relazzjonijiet tagħna maʼ ħaddieħor, saħansitra m’Alla. Allura meta nħossu r-​rabja tinġemaʼ ġewwa fina, ikun il-​waqt li neżaminaw aħjar is-​sitwazzjoni. Li naraw l-​istampa kollha taʼ dak li jkun qed jiġri żgur se jgħinna nikkontrollaw l-​emozzjonijiet tagħna.

Missier Salamun, is-​Sultan David, bi żbrixx evita li jġib ħtija tad-​demm fuqu meta ttratta maʼ raġel jismu Nabal. Dan ġara għax David ġie megħjun jeżamina s-​sitwazzjoni. David u l-​irġiel tiegħu pproteġew in-​nagħaġ taʼ Nabal fix-​xagħri tal-​Lhudija. Meta ġie biex iġiżż il-​merħla, David talab ftit ikel lil Nabal. Bi tweġiba, Nabal qal: “Għandi jien naqbad il-​ħobż tiegħi u l-​ilma tiegħi u l-​annimali maqtulin li qattajt biċċiet għan-​nies tiegħi li jġiżżu n-​nagħaġ u nagħtihom lil irġiel li lanqas biss naf minfejn huma?” X’insult! Meta David semaʼ dan il-​kliem, hu, flimkien maʼ xi 400 raġel, irħielha biex jeqred lil Nabal u lill-​irġiel kollha tad-​dar tiegħu.—1 Samwel 25:4-​13.

Mart Nabal, Abigajl, saret taf b’dak li ġara u marret tiltaqaʼ maʼ David. Hekk kif waslet ħdejn David u l-​irġiel tiegħu, intefgħet f’riġlejh u qalet: “Ħa tkellmek l-​ilsira tiegħek, u agħti widen għall-​kliem taʼ l-​ilsira tiegħek.” Imbagħad spjegat lil David kemm Nabal kien jaġixxi bla sens u rrimarkat li David kien se jiddispjaċih jekk ipattihielu u jxerred id-​demm.—1 Samwel 25:24-​31.

Liema dehen kiseb David minn kliem Abigajl li għenu jberred dik is-​sitwazzjoni taħraq? L-​ewwel, hu ra kemm min-​natura tiegħu Nabal kien jaġixxi bla sens, u t-​tieni, David ra li setaʼ jġib il-​ħtija tad-​demm fuqu jekk jivvendika ruħu minnu. Bħal David, int għandek mnejn tinkorla għal xi ħaġa. X’għandek tagħmel? “Ħu ftit ħin biex tieħu nifs fil-​fond u għodd sal-​10,” jissuġġerixxi artiklu tal-​Mayo Clinic dwar il-​kontroll tar-​rabja. Iva, ieqaf u aħseb x’inhu l-​kaġun tal-​problema u x’jistgħu jkunu l-​konsegwenzi taʼ dak li tkun biħsiebek tagħmel. Ħalli d-​dehen iberridlek ir-​rabja tiegħek—saħansitra jġibha fix-​xejn.—1 Samwel 25:32-​35.

B’mod simili, ħafna llum ġew megħjunin jikkontrollaw ir-​rabja tagħhom. Sebastian spjega kif meta kellu 23 sena u kien priġunier f’ħabs Pollakk, hu tgħallem jikkontrolla t-​temperament u l-​emozzjonijiet b’saħħithom tiegħu permezz taʼ studju tal-​Bibbja. “L-​ewwel, naħseb dwar il-​problema,” hu qal. “Imbagħad, nipprova napplika l-​parir tal-​Bibbja. Sibt li l-​Bibbja hija l-​aqwa ktieb biex jiggwidak.”

Omm u binha f’diskursata pjaċevoli

Li tapplika l-pariri tal-Bibbja jistaʼ jgħinek tikkontrolla emozzjonijiet b’saħħithom

Bażikament, Setsuo segwa l-​istess tattika. Hu qal: “Kont ngħajjat m’oħrajn fuq ix-​xogħol meta kienu jdejquni. Issa li studjajt il-​Bibbja minflok ma ngħajjat nistaqsi lili nnifsi: ‘Wara kollox, taʼ min hu t-​tort? Mhux jien qed noħloq il-​problema?’” Ir-​rabja taffietlu meta qagħad jaħseb fuq dawn il-​mistoqsijiet u kien kapaċi jikkontrolla l-​emozzjonijiet qawwijin li nġemgħu f’qalbu.

L-​emozzjoni tar-​rabja tistaʼ tkun b’saħħitha ħafna, imma l-​pariri mill-​Kelma t’Alla huma jerġaʼ iktar b’saħħithom. Billi tapplika l-​pariri għaqlin tal-​Bibbja u titlob għall-​għajnuna t’Alla, int ukoll tistaʼ tħalli d-​dehen tiegħek inaqqas jew jikkontrolla r-​rabja tiegħek.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja