LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w15 7/1 pp. 4-5
  • Ansjetà dwar il-flus

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ansjetà dwar il-flus
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • SEGWI L-​PARIR TAʼ ĠESÙ
  • Itfgħu l-​ansjetà kollha tagħkom fuq Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • L-ansjetà
    Stenbaħ!—2016
  • Itfaʼ l-Anzjetà Kollha Tiegħek fuq Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • Kif nistaʼ nkampa mal-ansjetà?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
w15 7/1 pp. 4-5

SUĠĠETT PRINĊIPALI | KIF TITTRATTA MAL-ANSJETÀ

Ansjetà Dwar Il-flus

“Wara li ħabta u sabta f’pajjiżna għoliet il-​ħajja, l-​ikel sar jiswa m’ogħla s-​smewwiet u skarsa,” jgħid Paul, raġel miżżewweġ u missier taʼ żewġ subien. “Konna noqogħdu fil-​kju għal sigħat sħaħ u spiss l-​ikel ikun spiċċa sakemm imiss lilna. In-​nies spiċċaw għadma u ġilda, u xi wħud intilfu minn sensihom fit-​triq. Il-​prezzijiet għall-​bżonnijiet bażiċi saru jiswew il-​miljuni, imbagħad il-​biljuni. Fl-​aħħar il-​munita lokali ma saret tiswa xejn. Tlift il-​kont tal-​bank, il-​polza tal-​assikurazzjoni, u l-​pensjoni.”

L-ixkafef tal-ħanut huma vojta u Paul qed jaħseb kif se jitmaʼ lil familtu

Paul

Paul kien jaf li biex imantni l-​familja kellu juża “l-​għaqal.” (Proverbji 3:21) “Jien kont kuntrattur, imma bdejt nagħmel kwalunkwe xogħol li stajt insib, b’paga ħafna inqas mis-​soltu,” jispjega hu. “Kien hemm min ħallasni b’ikel jew b’affarijiet tad-​dar. Jekk kont nitħallas b’erbaʼ sapuniet, kont nuża tnejn u nbigħ l-​oħrajn. Eventwalment spiċċajt b’40 fellus. Meta kibru, begħthom u xtrajt 300 oħra. Iżjed tard partatt 50 tiġieġa maʼ żewġt ixkejjer qamħirrum taʼ 50 kilo l-​waħda. Minn dawk l-​ixkejjer, tmajt lil familti u diversi familji oħra għal żmien twil.”

Paul kien jaf ukoll li l-​iktar ħaġa prattika li xi ħadd jistaʼ jagħmel hi li jafda f’Alla. Meta nagħmlu dak li jesiġi Alla, hu jgħinna. F’konnessjoni maʼ li wieħed jikseb in-​neċessitajiet tal-​ħajja, Ġesù qal: “Tibqgħux tkunu ansjużi u dubjużi; għax . . . Missierkom jaf li teħtieġu dawn l-​affarijiet.”—Luqa 12:29-​31.

Traġikament, l-​għadu l-​kbir t’Alla, Satana, qarraq bil-​maġġuranza tad-​dinja f’li jiffokaw ħajjithom fuq affarijiet fiżiċi. In-​nies jinkwetaw b’disprament għall-​bżonnijiet tagħhom, veri jew immaġinarji, u b’ansjetà jagħmlu ħilithom biex jiksbu affarijiet li fir-​realtà m’għandhomx bżonnhom. Ħafna jidħlu fid-​dejn, u b’hekk jitgħallmu spejjeż tagħhom stess li “min jissellef hu l-​qaddej taʼ min isellfu.”—Proverbji 22:7.

Xi nies jieħdu deċiżjonijiet li jagħmlu l-​ħsara. “Ħafna qraba telqu lill-​familja u n-​netwerk taʼ ħbieb li kellhom biex ifittxu sitwazzjoni aħjar barra l-​pajjiż,” jgħid Paul. “Xi wħud telqu mingħajr id-​dokumenti uffiċjali tal-​immigrazzjoni u ma setgħux isibu xogħol. Spiss kienu jispiċċaw jistaħbew mill-​pulizija u jorqdu fit-​toroq. Ma tawx lil Alla opportunità li jgħinhom. Imma aħna ddeċidejna li niffaċċjaw problemi finanzjarji flimkien bħala familja, bl-​għajnuna t’Alla.”

SEGWI L-​PARIR TAʼ ĠESÙ

Paul ikompli: “Ġesù qal: ‘Qatt tkunu ansjużi dwar l-​għada, għax l-​għada se jkollu l-​ansjetajiet tiegħu. Hu biżżejjed għal kull ġurnata l-​ħażen tagħha.’ Għalhekk, it-​talba taʼ kuljum tiegħi kienet sempliċement li Alla ‘jagħtina llum ħobżna għal dan il-​jum’ sabiex nibqgħu ngħixu. U veru għenna, bħalma wiegħed Ġesù. Mhux dejjem kellna dak li xtaqna l-​iktar. Darba, dħalt fil-​kju għall-​ikel u ma kontx naf x’kien hemm għall-​bejgħ. Meta wasalt f’ras il-​kju, rajt li kien jogurt. Lili ma jogħġobnix il-​jogurt. Imma kien ikel, u allura kilna l-​jogurt dakinhar. Nirringrazzja lil Alla li matul dak iż-​żmien, il-​familja tiegħi qatt ma marret torqod bil-​ġuħ.”a

Alla wiegħed: “Żgur ma nitilqekx u żgur ma nabbandunakx.”—Ebrej 13:5

“L-​affarijiet huma aħjar finanzjarjament bħalissa. Imma matul l-​esperjenzi li għaddejna minnhom, tgħallimna li l-​iktar rimedju importanti għall-​ansjetà hu li tafda f’Alla. Ġeħovab dejjem se jgħinna dment li aħna nkomplu nfittxu li nagħmlu r-​rieda tiegħu. Rajna l-​verità taʼ Salm 34:8: ‘Duqu u araw li Ġeħova hu tajjeb; hieni r-​raġel b’saħħtu li jistkenn fih.’ B’hekk, ma nibżgħux li nerġgħu niffaċċjaw ċirkustanzi ekonomiċi diffiċli.

Paul jitlob maʼ martu u bintu qabel jieklu ikla sempliċi

Alla jghin lil uħud leali jkollhom il-“ħobżna għal dan il-jum”

“Issa nifhmu ċar li dak li għandhom bżonn il-​bnedmin biex jibqgħu jgħixu hu l-​ikel, u mhux ix-​xogħol jew il-​flus. Bil-​ħerqa nistennew iż-​żmien meta titwettaq il-​wegħda t’Alla: ‘Se jkun hemm ħafna qmuħ fuq l-​art.’ Sadanittant, ‘la għandna x’nieklu u biex nitgħattew, għandna nkunu kuntenti b’dawn l-​affarijiet.’ Aħna nissaħħu mill-​kliem tal-​Bibbja: ‘Ħa jkun il-​mod kif tgħixu ħieles mill-​imħabba għall-​flus, waqt li tkunu kuntenti b’dak li għandkom fil-​preżent. Għax hu qal: “Żgur ma nitilqekx u żgur ma nabbandunakx.” B’hekk, inkunu mimlijin kuraġġ u ngħidu: “Ġeħova hu dak li jgħinni; m’iniex se nibżaʼ.”’”c

Jirrikjedi fidi ġenwina biex ‘timxi m’Alla’ bħalma qed jagħmlu Paul u l-​familja tiegħu. (Ġenesi 6:9) Kemm jekk qed inħabbtu wiċċna maʼ kriżi finanzjarja serja issa jew jekk niffaċċjaw waħda fil-​futur, l-​eżempju taʼ fidi u għerf prattiku taʼ Paul jgħallimna lezzjonijiet importanti.

Imma xi ngħidu jekk il-​problemi fil-​familja qed jagħmluna ansjużi?

a Ara Mattew 6:11, 34.

b Ġeħova hu isem Alla kif muri fil-​Bibbja.

c Ara Salm 72:16; 1 Timotju 6:8; Ebrej 13:5, 6.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja