LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w15 9/1 p. 5
  • X’jemmnu x-Xhieda taʼ Ġeħova?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’jemmnu x-Xhieda taʼ Ġeħova?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Materjal Simili
  • X’Jemmnu x-Xhieda taʼ Ġeħova
    X’Jemmnu x-Xhieda taʼ Jehovah?
  • Għala nippritkaw?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • X’jemmnu x-Xhieda taʼ Ġeħova?
    Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
  • X’inhi s-Saltna t’Alla?
    X’inhi s-Saltna t’Alla?
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
w15 9/1 p. 5
Koppja li huma Xhieda taʼ Ġeħova jistudjaw il-Bibbja maʼ wliedhom

SUĠĠETT PRINĊIPALI | MIN HUMA X-XHIEDA TAʼ ĠEĦOVA?

X’jemmnu x-​Xhieda taʼ Ġeħova?

Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jemmnu li “l-​Iskrittura kollha hi mnebbħa minn Alla u tiswa.” (2 Timotju 3:16) Aħna nużaw il-​Bibbja bħala gwida prattika biex nitgħallmu dwar il-​Ħallieq u ngħixu ħajja bi skop.

Il-​Bibbja tgħid: “Biex in-​nies ikunu jafu li int, li ismek hu Ġeħova, int waħdek l-​Iktar Għoli fuq l-​art kollha.” (Salm 83:18) Għalhekk, aħna nqimu lil Alla Ġeħova biss u bħala Xhieda tiegħu nagħmlu ħilitna biex ngħarrfu l-​isem personali tiegħu.—Isaija 43:10-​12.

Bħala Kristjani, aħna nemmnu li Ġesù, “l-​Iben t’Alla,”a ġie fuq l-​art u sar il-​Messija. (Ġwanni 1:34, 41; 4:25, 26) Wara li miet, Ġesù ġie rxoxtat lejn is-​sema. (1 Korintin 15:3, 4) Iktar tard sar is-​Sultan tas-​Saltna t’Alla. (Rivelazzjoni 11:15) Din is-​Saltna hi gvern veru li se jerġaʼ jġib Ġenna fuq l-​art. (Danjel 2:44) Il-​Bibbja tgħid: “Il-​ġwejdin se jirtu l-​art, u bi sliem kotran jitgħaxxqu ferm.”—Salm 37:11, 29.

“Meta jaqraw il-​Bibbja, huma jemmnu li Alla qed ikellimhom. Kull meta jqumu l-​problemi f’ħajjithom, jiftħu l-​Kelma t’Alla u jfittxu soluzzjoni fiha. . . . Għalihom, il-​Kelma t’Alla għadha ħajja.”—Il-​qassis Kattoliku Benjamin Cherayath, il-​gazzetta Münsterländische Volkszeitung, il-​Ġermanja

Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jemmnu li l-​prinċipji Bibliċi jistgħu jkunu taʼ benefiċċju għan-​nies illum ukoll. (Isaija 48:17, 18) Għalhekk aħna nżommu fil-​qrib maʼ dawn il-​prinċipji. Pereżempju, peress li l-​Bibbja twissina biex nevitaw prattiki li jniġġsu lil moħħna jew ġisimna, ma npejpux u ma nużawx ħażin id-​drogi. (2 Korintin 7:1) Nevitaw ukoll prattiki li huma kkundannati speċifikament fil-​Bibbja, bħalma huma s-​sokor, l-​immoralità sesswali, u s-​serq.—1 Korintin 6:9-​11.

a Il-​Bibbja tirreferi wkoll għal Ġesù bħala “l-​Iben uniġenitu t’Alla” peress li kien l-​ewwel u l-​uniku ħolqien minn Ġeħova nnifsu.—Ġwanni 3:18; Kolossin 1:13-​15.

Ġenituri jitbissmu waqt li binhom jiftaħ rigal

Biex issir taf dwar it-​twemmin tagħna, inkluż għala ma niċċelebrawx il-​festi jew għala ma naċċettawx trasfużjonijiet tad-​demm, żur www.jw.org/mt, u kklikkja fuq DWARNA >MISTOQSIJIET KOMUNI.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja