LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wp16 Nru. 2 pp. 3-4
  • Veru ġara?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Veru ġara?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2016
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • X’JURU L-​FATTI
  • XI NGĦIDU DWAR L-​IRXOXT TAʼ ĠESÙ?
  • L-irxoxt ta’ Ġesù—Xi jfisser għalina?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • L-Evanġelji Fatti Storiċi jew Ħrejjef?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • L-Irxoxt Se Jseħħ Żgur!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
  • “Il-Mulej Qam Tassew!”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2016
wp16 Nru. 2 pp. 3-4
Ġisem Ġesù jitniżżel minn fuq iz-zokk tat-tortura waqt li d-dixxipli tiegħu jħarsu mill-bogħod

SUĠĠETT PRINĊIPALI | ĠESÙ GĦALA BATA U MIET?

Veru ġara?

Fir-​rebbiegħa tas-​sena 33 WK (wara Kristu), Ġesù n-​Nazzarenu nqatel. Kien ġie akkużat falz b’tixwix kontra l-​gvern, imsawwat brutalment, u msammar maʼ zokk. Għadda minn uġigħ estrem qabel miet. Imma Alla rxoxtah għall-​ħajja, u 40 jum wara, Ġesù telaʼ s-​sema.

Dan ir-​rakkont straordinarju jaslilna permezz tal-​erbaʼ Evanġelji tal-​Iskrittura Griega Kristjana, spiss imsejħa t-​Testment il-​Ġdid. Dawn l-​affarijiet veru ġraw? Din hi mistoqsija adattata u serja. Jekk ma ġrawx, it-​twemmin Kristjan hu bla valur u t-​tama taʼ ħajja taʼ dejjem f’ġenna tal-​art mhi xejn ħlief ħolma li qatt mhi se titwettaq. (1 Korintin 15:14) Mill-​banda l-​oħra, jekk dawn l-​affarijiet veru ġraw, hemm futur sabiħ għall-​umanità, wieħed li tistaʼ tkun parti minnu int. Allura, ir-​rakkonti tal-​Evanġelji huma fatti jew fantasiji?

X’JURU L-​FATTI

Għall-​kuntrarju taʼ leġġendi immaġinarji, il-​kitbiet tal-​Evanġelji jirriflettu eżattezza bir-​reqqa u attenzjoni għall-​irqaqat. Pereżempju, huma mimlijin b’ismijiet taʼ postijiet veri, li ħafna minnhom tistaʼ żżurhom illum. Jgħidulna dwar nies veri, li l-​eżistenza tagħhom ġiet ikkonfermata minn storjografi sekulari.—Luqa 3:1, 2, 23.

Ġesù nnifsu jissemma minn kittieba sekulari tal-​ewwel u t-​tieni seklu.a Il-​mewt tiegħu, kif deskritta fl-​Evanġelji, taqbel mal-​metodi taʼ esekuzzjoni tar-​Rumani taʼ dak iż-​żmien. Iżjed minn hekk, il-​ġrajjiet jissemmew realistikament u sinċerament—saħansitra jpinġu lid-​dixxipli taʼ Ġesù f’dawl kemxejn ikrah. (Mattew 26:56; Luqa 22:24-​26; Ġwanni 18:10, 11) Dawn il-​fatturi kollha jindikaw b’ċertezza li l-​kittieba tal-​Evanġelji kienu onesti u eżatti f’dak li kitbu dwar Ġesù.

XI NGĦIDU DWAR L-​IRXOXT TAʼ ĠESÙ?

Filwaqt li ġeneralment hu aċċettat li Ġesù għex u miet, xi wħud jiddubitaw l-​irxoxt tiegħu. Saħansitra l-​appostli tiegħu m’emmnux l-​ewwel rapport taʼ li reġaʼ lura għall-​ħajja. (Luqa 24:11) Madankollu, neħħew kull dubju meta huma u dixxipli oħra raw lil Ġesù rxoxtat f’okkażjonijiet differenti. Infatti, f’każ wieħed, kien hemm ’il fuq minn 500 xhud preżenti.—1 Korintin 15:6.

B’sogru li jiġu arrestati u maqtulin, bil-​kuraġġ id-​dixxipli ħabbru l-​irxoxt taʼ Ġesù lil kulħadd—anke lil dawk l-​istess nies li kienu qatluh. (Atti 4:1-​3, 10, 19, 20; 5:27-​32) Kienu se jkunu daqshekk qalbiena tant dixxipli li kieku ma kinux ċerti li Ġesù verament kien ġie rxoxtat? Infatti, kienet ir-​realtà tal-​irxoxt taʼ Ġesù li tat spinta lill-​Kristjanità madwar id-​dinja kemm dak iż-​żmien u kemm illum.

Ir-​rakkonti dwar il-​mewt u l-​irxoxt taʼ Ġesù fl-​Evanġelji fihom l-​evidenza kollha li huma rekord storiku awtentiku. Billi taqrahom bir-​reqqa se tkun konvint li dawn il-​ġrajjiet veru seħħew. Il-​konvinzjoni tiegħek se tkompli tissaħħaħ meta tifhem għala ġraw. L-​artiklu li jmiss se jispjega.

a Taċitu, imwieled bejn wieħed u ieħor fis-​sena 55 WK, kiteb: “Kristus, li minnu oriġina l-​isem [Kristjani], sofra l-​agħar kastig matul ir-​renju taʼ Tiberju taħt idejn wieħed mill-​prokuraturi tagħna, Ponzju Pilatu.” Irreferew għal Ġesù wkoll Suetonius (l-​ewwel seklu); l-​istorjografu Lhudi Ġużeppi Flavju (l-​ewwel seklu); u Plinju ż-​Żgħir, il-​gvernatur tal-​Bitinja (kmieni t-​tieni seklu).

Għala m’hemmx iżjed evidenza sekulari?

Meta nqisu li Ġesù influwenza lid-​dinja profondament, għandna nistennew iżjed provi mill-​ewwel seklu li mhumiex mill-​Bibbja? Mhux neċessarjament. L-​ewwel nett, l-​Evanġelji ġew miktubin kważi 2,000 sena ilu. Ftit kitbiet oħrajn taʼ dak iż-​żmien baqgħu jeżistu. (1 Pietru 1:24, 25) Ukoll, aktarx li l-​ħafna opponenti taʼ Ġesù ma kinux se jiktbu xi ħaġa li kienet se tgħin lin-​nies jemmnu u jafdaw fih.

Dwar l-​irxoxt taʼ Ġesù, Pietru, wieħed mill-​appostli tiegħu, spjega: “Alla qajmu fit-​tielet jum u ma ppermettilux jidher lil kulħadd, imma lil xhieda li Alla ħatar minn qabel, lilna li kilna u xrobna miegħu wara l-​qawmien tiegħu mill-​imwiet.” (Atti 10:40, 41) Għala mhux lil kulħadd? L-​Evanġelju taʼ Mattew jgħidilna li meta l-​għedewwa reliġjużi semgħu bil-​qawmien mill-​mewt taʼ Ġesù, huma kkonfoffaw biex jagħlqulhom ħalqhom.—Mattew 28:11-​15.

Ifisser dan li Ġesù ried li l-​irxoxt tiegħu jinżamm sigriet? Le, għaliex Pietru kompla jgħid: “Ordnalna nippridkaw lin-​nies u nagħtu xiehda bir-​reqqa li kien Hu li nħatar minn Alla biex ikun imħallef tal-​ħajjin u tal-​mejtin.” Kristjani veri għamlu u qed jagħmlu proprju dan.—Atti 10:42.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja