LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wp19 Nru. 2 pp. 8-9
  • Meta xi ħadd mill-miżżewġin ma jibqax leali

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Meta xi ħadd mill-miżżewġin ma jibqax leali
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2019
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • VERSI TAL-​BIBBJA LI JISTGĦU JKUNU T’GĦAJNUNA
  • Faraġ fi żmien taʼ inkwiet
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2016
  • 3 Għajnuna biex tkampa mal-problemi
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2018
  • Ansjetà dwar il-familja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Insib is-saħħa fid-dgħufija tiegħi
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2019
wp19 Nru. 2 pp. 8-9
Mara titlob

Meta xi ħadd mill-miżżewġin ma jibqax leali

“Xtaqt immut meta żewġi qalli li se jitlaqni għal mara iżgħar. Ma kienx fair, speċjalment meta niftakar kemm għamilt sagrifiċċji għalih.”—Maria, Spanja.

“Meta l-​mara tiegħi ħallietni bħall-​Erbgħa fost il-​ġimgħa, kien bħallikieku mietet xi ħaġa ġo fija. Il-​ħolm li kellna, it-​tamiet, u l-​pjanijiet tagħna sfaw fix-​xejn. Kien hemm perjodu fejn kont inħossni meħlus mill-​ansjetà, imma mbagħad kont nerġaʼ nħossni dipress.” —Bill, Spanja.

META jkun hemm nuqqas taʼ lealtà fiż-​żwieġ, il-​persuna traduta tistaʼ tħossha mkissra. Hu minnu li hemm min iħoss li jistaʼ jaħfer lill-​persuna l-​oħra fiż-​żwieġ li ma kinitx leali u jerġaʼ jkollu relazzjoni tajba magħha.a Imma kemm jekk jibqgħu flimkien u kemm jekk le, li hu żgur hu li min isir jaf li s-​sieħeb jew is-​sieħba tiegħu qalbithielu jgħaddi minn tbatija kbira. Dawn l-​uħud kif jistgħu jkampaw mal-​emozzjonijiet taʼ wġigħ?

VERSI TAL-​BIBBJA LI JISTGĦU JKUNU T’GĦAJNUNA

Minkejja l-​uġigħ taʼ qalb, ħafna persuni innoċenti sabu faraġ mill-​Iskrittura. Huma tgħallmu li Alla jara d-​dmugħ tagħhom u jħoss l-​uġigħ tagħhom.—Malakija 2:13-​16.

“Meta l-​ħsibijiet li jinkwetawni żdiedu ġewwa fija, il-​faraġ tiegħek beda jmellisli ruħi.”—Salm 94:19.

“Hekk kif qrajt dak il-​vers, immaġinajt lil Ġeħova jtaffili l-​uġigħ bil-​ħlewwa, bħalma kieku jagħmel missier kollu mogħdrija,” jiftakar Bill.

“Maʼ xi ħadd leali int se taġixxi b’lealtà.”—Salm 18:25.

“Ir-​raġel tiegħi ma kienx leali,” tispjega Carmen, li r-​raġel tagħha kien ilu jaqlibhielha xhur sħaħ. “Imma jien stajt nafda fil-​lealtà taʼ Ġeħova. Hu qatt mhu se jiddiżappuntani.”

“Tkunu ansjużi fuq xejn, imma f’kollox b’talb u b’suppliki . . . ħallu lil Alla jkun jaf x’teħtieġu; u l-​paċi t’Alla li tisboq kull ħsieb tgħasses lil qalbkom.”—Filippin 4:6, 7.

“Qrajt dawn il-​versi darba wara l-​oħra,” tgħid Sasha. “Hekk kif kont nitlob u nitlob, Alla tani l-​paċi f’ħajti.”

Dawk kollha li ġew kwotati hawn fuq xi kultant kienu jħossuhom qalbhom maqtugħa. Imma huma fdaw lil Alla Ġeħova u kisbu s-​saħħa mill-​Kelma tiegħu. Bill poġġieha b’dan il-​mod: “Il-​fidi tiegħi tatni skop fil-​ħajja meta kollox kien donnu tar mar-​riħ. Għalkemm għal xi żmien imxejt ‘fil-​wied taʼ dlam ċappa,’ Alla kien miegħi.”—Salm 23:4.

a Għal diskussjoni dwar jekk għandekx taħfer jew le, ara s-​serje fl-​Awake! tat-​22 t’April 1999 bit-​titlu, “When a Mate Is Unfaithful.”

Kif xi wħud kampaw

Immedita fuq skritturi taʼ faraġ.

“Jien qrajt il-​ktieb taʼ Ġob u mbagħad is-​Salmi,” jispjega Bill, “u kont nimmarka kull silta li kienet tapplika għaċ-​ċirkustanzi tiegħi. Irrealizzajt li dawn il-​kittieba tal-​Bibbja esperjenzaw it-​tip taʼ wġigħ u t’ansjetà li kont qed inħoss jien.”

Sib il-​faraġ fil-​mużika.

“Meta ma kontx inkun nistaʼ norqod billejl, kont nismaʼ l-​mużika,” tiftakar Carmen. “Dan kien sors taʼ faraġ kbir.” Daniel jgħid: “Tgħallimt indoqq il-​kitarra u l-​mużika għenitni nħossni fil-​paċi.”

Tkellem dwar dak li tħoss.

“Ma kontx imdorri nitkellem dwar dak li nħoss,” jgħid Daniel. “Imma kelli xi ħbieb tal-​qalb u kont nitkellem magħhom kuljum. Kont ngħidilhom dak li kont inħoss billi niktbilhom xi ittra u nitkellem magħhom. Dan veru għenni.” Sasha tgħid: “L-​għajnuna mingħand il-​familja tiegħi kienet importanti ħafna. Ommi dejjem kienet hemm għalija. Jekk kien ikolli aptit nitkellem, hi kienet tkun hemm biex toqgħod tismagħni. Anki missieri kien iġegħelni nħossni maħbuba u fis-​sigurtà, u għenni nirkupra bil-​pass tiegħi.”

Ibqaʼ itlob.

“Kont nitlob il-​ħin kollu,” tgħid Carmen. “Ħassejt li Alla kien qrib tiegħi, qed jismagħni, u jgħinni. Matul dan iż-​żmien tant diffiċli, jien ersaqt eqreb t’Alla.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja