LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wp19 Nru. 3 p. 3
  • Ir-realtà kerha tal-mewt

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ir-realtà kerha tal-mewt
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2019
  • Materjal Simili
  • Vidjo li Hu taʼ Min Jaħseb Fuqu bis-Serjetà
    Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • L-Effett tal-Vidjos li Jagħtu Xiehda
    Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • “Xi stil ġdid taʼ tagħlim!”
    Stenbaħ!—2016
  • Vidjow ġdid biex nibdew studji tal-Bibbja
    Il-Ministeru tas-Saltna—2014
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2019
wp19 Nru. 3 p. 3
Ritratti tal-ħajja taʼ mara taʼ meta kienet tifla, waqt lezzjoni tal-pjanu, b’bukkett fjuri, fil-jum tat-tieġ tagħha, maʼ żewġha u binha, maʼ żewġha fi xjuħithom, iddoqq il-pjanu, u issa waħedha

Ir-realtà kerha tal-mewt

IMMAĠINAK qed tara film dwar xi ħadd famuż, forsi xi mużiċist li int tammira. Il-​film jibda b’xeni mit-​tfulija tiegħu, tarah qed jitgħallem idoqq u jipprattika fuq li jipprattika. Imbagħad tarah jagħmel kunċerti, jivvjaġġa f’ħafna pajjiżi, u jsir famuż mad-​dinja kollha. Imma hekk kif il-​film joqrob lejn tmiemu, tarah jixjieħ u mbagħad imut.

Dan il-​film hu storja vera taʼ xi ħadd reali li issa hu mejjet. Kemm jekk l-​individwu kien mużiċist, xjentist, atleta, jew xi ħadd famuż ieħor, l-​istorja bażikament kienet se tkun l-​istess. L-​individwu jistaʼ jkun li wettaq ħafna affarijiet, imma aħseb dwar kemm setaʼ wettaq iktar li kieku ma xjaħx u miet!

Kerha kemm hi kerha, din hi r-​realtà li hemm għalina lkoll. (Ekkleżjasti 9:5) Nipprovaw kemm nipprovaw, m’aħniex kapaċi neħilsu mill-​effetti tax-​xjuħija u l-​mewt. Apparti minn hekk, ħajjitna tistaʼ tispiċċa ħesrem b’xi aċċident jew b’xi marda kiefra. Bħalma hu deskritt fil-​Bibbja, aħna bħaċ-​ċpar taʼ filgħodu li “jidher għal ftit u mbagħad jgħib.”—Ġakbu 4:14.

Għal xi wħud, il-​ħajja tant tidher inċerta u bla skop li jirraġunaw, “ħa nieklu u nixorbu, għax għada mmutu.” (1 Korintin 15:32) Imma ma taqbilx li jekk tgħix b’dan il-​mod tkun qed taċċetta r-​realtà kerha tal-​mewt? Illum jew għada, u speċjalment meta tkun għaddej minn xi tbatija, int taf tistaqsi, ‘Din il-​ħajja biss hemm?’ Fejn tistaʼ ssib it-​tweġiba?

Ħafna llum iduru lejn ix-​xjenza. Il-​progress fix-​xjenza u fil-​mediċina għamluha possibbli li l-​bniedem jgħix iktar. U xi xjentisti qed jaħdmu biex itawlu l-​ħajja saħansitra iktar. Ikun xi jkun ir-​riżultat tal-​isforzi tagħhom, xorta nistaqsu: Għala nixjieħu u mmutu? Hemm tama li l-​mewt, l-​għadu tagħna, tiġi eliminata? L-​artikli li ġejjin se jikkunsidraw dawn is-​suġġetti u jwieġbu l-​mistoqsija, Din il-​ħajja biss hemm?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja