LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 2/02 p. 1
  • L-Effett tal-Vidjos li Jagħtu Xiehda

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Effett tal-Vidjos li Jagħtu Xiehda
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • Materjal Simili
  • Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Nużaw il-vidjows biex ngħallmu
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2016
  • Uża Għajnuniet Viżwali li Jgħallmu
    Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • Għodod li Jedukaw, Iqanqlu u Jsaħħu
    Il-Ministeru tas-Saltna—2000
  • “Xi stil ġdid taʼ tagħlim!”
    Stenbaħ!—2016
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2002
km 2/02 p. 1

L-​Effett tal-​Vidjos li Jagħtu Xiehda

1 “It-​tifel ilu jara dan il-​vidjo minn qabel ma beda jimxi. Jarah għal darba wara l-​oħra. Kemm hu meraviljuż il-​fatt li għandna għodod li jnaqqxu l-​imħabba lejn Jehovah f’uliedna!” Dwar liema vidjo kien qed jitkellem dan il-​ġenitur Kristjan? Dak li jismu Noah—He Walked With God (Noè—Hu Mexa m’Alla). Omm li m’hijiex Xhud u li binha kien ra dan il-​vidjo għand ħaddieħor bagħtet donazzjoni taʼ xi Lm40 lill-​uffiċċju tal-​fergħa u staqsiet dwar jekk għandniex iktar vidjos għat-​tfal. Il-​vidjos maħruġin mill-​organizzazzjoni taʼ Jehovah qed iħallu effett qawwi kemm fuq iż-​żgħar kif ukoll fuq il-​kbar.

2 Fil-​Familja: Wara li familja taʼ Xhieda raw il-​vidjo Jehovah’s Witnesses Stand Firm Against Nazi Assault (Ix-Xhieda taʼ Jehovah Jieqfu Sodi Kontra l-​Attakki tan-​Nazi), l-​omm qalet: “Ilni nimmedita l-​ġurnata kollha fuq kif Jehovah għen lil nies ordinarji jissaportu affarijiet straordinarji! Jien u naħseb dwar dan ftakart kemm m’huma xejn il-​problemi tiegħi meta nqabbilhom maʼ tagħhom. Il-​fatt li rajna dan il-​vidjo m’uliedna għenhom jifhmu aħjar kemm għandhom bżonn jistrieħu fuq Jehovah. Billi wara ddiskutejnieh m’uliedna l-​bniet, stajna ngħinuhom ikunu iktar imħejjijin biex jiffaċċjaw kwalunkwe pressjoni u persekuzzjoni li jistgħu jħabbtu wiċċhom magħhom.”

3 Fl-​Iskola: F’parti minn rapport, adolexxent li hu Xhud setaʼ juri ftit mill-​vidjo Stand Firm lill-​klassi. Qabel ma għamel hekk, l-​għalliema kienet qalet li ma kellhiex grazzja max-​Xhieda. Wara li rat il-​vidjo, hi qalet: “Dan il-​vidjo biddilli kompletament il-​ħarsa li kelli lejn ix-​Xhieda taʼ Jehovah. Inwiegħed li la jerġgħu jiġu għandi, se nismagħhom u se nibda nistudja l-​Bibbja magħhom!” X’bidlilha l-​ħarsa tagħha lejna? Hi qalet li kienu “l-​imħabba u l-​lealtà vera” li għandna.

4 Fil-​Ministeru: Waħda oħt iltaqgħet maʼ mara li ma riditx taċċetta l-​letteratura, għalkemm kellha xi mistoqsijiet dwarna u dwar it-​twemmin tagħna. L-​oħt marret lura bil-​vidjo Jehovah’s Witnesses​—The Organization Behind the Name (Ix-Xhieda taʼ Jehovah—L-​Organizzazzjoni Wara l-​Isem) u wrietu lill-​mara u lil żewġha. It-​tnejn li huma baqgħu impressjonati ferm u qablu li jistudjaw il-​Bibbja. Bħala riżultat tax-​xiehda tajba li ngħatatilhom, huma bdew iġibu ħajjithom fi qbil mar-​rieda t’Alla.

5 Qiegħed tuża l-​vidjos tagħna b’tali mod li joħroġ il-​ġid kollu li fihom?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja