LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 10/00 pp. 1-7
  • Għodod li Jedukaw, Iqanqlu u Jsaħħu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għodod li Jedukaw, Iqanqlu u Jsaħħu
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2000
  • Materjal Simili
  • L-Effett tal-Vidjos li Jagħtu Xiehda
    Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • Ix-Xhieda taʼ Ġeħova—Organizzati Biex Jaqsmu l-Aħbar Tajba m’Oħrajn
    Il-Ministeru tas-Saltna—2011
  • Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Nużaw il-vidjows biex ngħallmu
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2016
  • “Xi stil ġdid taʼ tagħlim!”
    Stenbaħ!—2016
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2000
km 10/00 pp. 1-7

Għodod li Jedukaw, Iqanqlu u Jsaħħu

1 Dawn għandhom qawwa biex jedukaw lin-​nies dwar il-​Bibbja u x-​Xhieda taʼ Jehovah. Qanqlu lil ħafna biex jieħdu waqfa soda għall-​verità. Saħħew il-​fidi u l-​apprezzament tan-​nies dedikati t’Alla. X’inhuma dawn? Il-​vidjos magħmulin mill-​organizzazzjoni taʼ Jehovah. Rajthom l-​għaxra li huma? Ilek li rajthom? Tużahom fil-​ministeru tiegħek? Fil-​konvenzjoni distrettwali ġie mħabbar li ħareġ il-​11-il vidjo, Our Whole Association of Brothers. Int ordnajtu? Kif tistaʼ tikseb iktar benefiċċji minn dawn l-​għodod meraviljużi?

2 L-​artiklu tat-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Lulju, 1999, “Studjaw Regolarment il-​Kelma t’Alla Bħala Familja,” irrikkmanda li ‘twarrbu ftit mill-​ħin taʼ l-​istudju biex taraw xi silta minn wieħed mill-​vidjos istruttivi tas-​Soċjetà . . . u mbagħad tiddiskutuha.’ Fi qbil maʼ dan il-​parir mill-​aħjar, se jiġi diskuss vidjo differenti waqt il-​Laqgħa tas-​Servizz darba kull xahrejn. Ninkuraġġixxu lil kulħadd fil-​kongregazzjoni biex jara l-​vidjo d-​dar qabel ma jkun se jiġi diskuss fil-​Laqgħa tas-​Servizz.

3 Dan ix-​xahar se nibdew bl-​ewwel vidjo li ħriġna, Jehovah’s Witnesses​—The Organization Behind the Name. Ara u ismaʼ x’inhuma t-​tweġibiet għal dawn il-​mistoqsijiet:

◼ Għalxiex huma l-​iktar magħrufin ix-​Xhieda taʼ Jehovah?

◼ Kulma jsir ġewwa Betel huwa konness maʼ liema skrittura?

◼ Liema xena Biblika rajt waqt li kienu qed jirreċtawha, jiħdulha ritratt, u jpinġuha sabiex tintuża fil-​pubblikazzjonijiet?

◼ Liema ħaġa timpressjonak dwar il-​mod kif tiġi preparata l-​letteratura tagħna?

◼ Mill-​1920 sa l-​1990, kemm-il letteratura differenti ġiet stampata mis-​Soċjetà?

◼ Min fost in-​nies t’Alla għandu b’mod speċjali jimmira għas-​servizz taʼ Betel?—Prov. 20:29.

◼ Il-​familja taʼ Betel b’liema modi tagħti eżempju eċċellenti lix-​Xhieda taʼ Jehovah kollha?

◼ Liema ħaġa timpressjonak dwar ix-​xogħol li jsir ġewwa Betel sabiex jintlaħqu kemm jistaʼ jkun nies bl-​aħbar tajba?

◼ Kif jiġi finanzjat ix-​xogħol madwar id-​dinja kollha?

◼ Liema attività nistgħu nappoġġaw b’mod żeluż, u b’liema spirtu?—Ġw. 4:35; Atti 1:8.

◼ Kif tħossok dwar l-​organizzazzjoni li hemm wara isimna?

◼ Kif tistaʼ tuża dan il-​vidjo fil-​ministeru?

F’Diċembru se nirrevedu l-​vidjo The Bible​—Accurate History, Reliable Prophecy.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja