LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wp19 Nru. 3 pp. 6-7
  • Aħna maħluqin bl-iskop li ngħixu għal dejjem

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Aħna maħluqin bl-iskop li ngħixu għal dejjem
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2019
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • EVIDENZA GĦALA JISTAʼ JKOLLNA TAMA
  • HUMA GĦEXU ĦAJJA TWILA ĦAFNA
  • L-​iskop taʼ Ġeħova se jitwettaq!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2017
  • Il-mewt, l-aħħar għadu, tinġieb fix-xejn
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Il-​mewt u l-​irxoxt ta’ Ġesù—X’jistgħu jfissru għalik
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Hemm X’Nitgħallmu mill-Ewwel Koppja Umana
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2019
wp19 Nru. 3 pp. 6-7
Nies mexjin fil-kampanja u qed igawdu n-natura

Aħna maħluqin bl-iskop li ngħixu għal dejjem

MIN minna ma jixtieqx jgħix ħajja twila u ferħana? Immaġinak tgħix għal dejjem kuntent u mingħajr qatt ma timrad! Inkunu nistgħu nqattgħu iktar ħin maʼ dawk li nħobbu, induru d-​dinja, nitgħallmu affarijiet ġodda, u nagħmlu dak kollu li tkun tixtieq qalbna u li jinteressana.

Għala n-​nies iridu jgħixu għal dejjem? L-​Iskrittura tgħidilna li Alla poġġa din ix-​xewqa f’qalbna. (Ekkleżjasti 3:11) Tgħid ukoll li “Alla hu mħabba.” (1 Ġwanni 4:8) Allura, jagħmel sens li Alla kollu mħabba jpoġġi fina xewqa li ngħixu għal dejjem jekk qatt ma nistgħu nagħmlu dan?

Ħadd ma jixtieq imut. Infatti, il-​Bibbja tiddeskrivi l-​mewt bħala “għadu” mhux mixtieq. (1 Korintin 15:26) Xi wħud imutu żgħar, oħrajn ikunu kbar fl-​età, imma eventwalment kulħadd se jmut. Ħafna nies jibżgħu meta jaħsbu dwar il-​mewt. Qatt se jingħeleb dan l-​għadu? Huwa dan verament possibbli?

EVIDENZA GĦALA JISTAʼ JKOLLNA TAMA

Kont taf li qatt ma kien l-​iskop t’Alla li l-​bnedmin imutu? Il-​ktieb Bibliku tal-​Ġenesi fih evidenza li l-​iskop t’Alla kien li l-​bnedmin jgħixu għal dejjem fuq l-​art. Alla Ġeħova ħalaq l-​art b’kulma hemm bżonn biex il-​bnedmin jgħixu u jkunu ferħanin. Imbagħad ħalaq lill-​ewwel raġel, Adam, u poġġieh f’ġenna tal-​art, fi ġnien fl-​Għeden. Wara dan, “Alla ra kulma kien għamel, u, ara, kien tajjeb ħafna.”—Ġenesi 1:26, 31.

Adam kien maħluq perfett, fuq xbieha t’Alla. (Dewteronomju 32:4) Anki l-​mara t’Adam, Eva, kienet maħluqa mingħajr difett u perfetta fiżikament u mentalment. Ġeħova qalilhom: “Nisslu u oktru u imlew l-​art u rażżnuha, u ħa jkunu sottomessi lejkom il-​ħut tal-​baħar u l-​ħlejjaq li jtiru fis-​smewwiet u kull ħliqa ħajja li titħarrek fuq l-​art.”—Ġenesi 1:28.

Biex jimlew l-​art bin-​nisel tagħhom kien se jieħu ż-​żmien. Eva kien se jkollha t-​tfal u dawk it-​tfal kien se jkollhom it-​tfal sakemm l-​art timtela bin-​nies bħalma ried Alla. (Isaija 45:18) Ikun raġunevoli li taħseb li Ġeħova kien se jagħti din it-​tama lil Adam u Eva jekk huma kienu maħluqin biex jgħixu ħajja qasira, sakemm igawdu lil uliedhom u forsi n-​neputijiet, u qatt ma jaraw l-​art mimlija bid-​dixxendenti tagħhom?

Aħseb ukoll dwar l-​inkarigu taʼ li jkollhom l-​annimali sottomessi lejhom. Adam ġie inkarigat biex jagħti isem lill-​annimali, u dan kien se jieħu ż-​żmien. (Ġenesi 2:19) Imma biex ikunu sottomessi, kien jinvolvi li jitgħallem dwarhom u jifhem kif jieħu ħsiebhom. Dan kien se jieħu ħafna iktar żmien.

Il-​fatt li Alla qalilhom biex jimlew l-​art u biex ikollhom l-​annimali sottomessi jindika li l-​ewwel koppja umana kienu maħluqin bl-​iskop li jgħixu ħajja twila. Infatti, Adam għex ħajja twila ħafna.

L-​ISKOP T’ALLA GĦALL-​BNEDMIN HU LI JGĦIXU GĦAL DEJJEM F’ĠENNA FUQ L-​ART

HUMA GĦEXU ĦAJJA TWILA ĦAFNA

Adam

Adam, 930 sena

Metuselaħ

Metuselaħ, 969 sena

Noè

Noè, 950 sena

Bniedem illum

Illum, 70-80 sena

Il-​Bibbja turi li l-​bnedmin xi darba kienu jgħixu ħafna iktar milli ngħixu aħna llum. Tgħid: “Il-​jiem kollha li għex Adam kienu disaʼ mija u tletin sena.” Imbagħad issemmi sitt irġiel oħra li għexu iktar minn 900 sena! Dawn kienu Set, Enos, Kenan, Ġared, Metuselaħ, u Noè. Ilkoll għexu qabel id-​Dulluvju taʼ żmien Noè, u Noè kellu 600 sena meta ġie d-​Dulluvju. (Ġenesi 5:5-27; 7:6; 9:29) Kif kien possibbli li jgħixu daqshekk?

Dawn l-​irġiel kollha għexu viċin il-​perfezzjoni. X’aktarx li din hi r-​raġuni għala setgħu jgħixu daqstant. Imma l-​perfezzjoni x’għandha x’taqsam maʼ li l-​bniedem jgħix ħajja twila? U l-​mewt kif se tiġi eliminata? Biex insiru nafu t-​tweġibiet, l-​ewwel għandna bżonn nifhmu għala nixjieħu u mmutu.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja