Avviżi
◼ L-offerta tal-letteratura għal Marzu: Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art. April u Mejju: Kopji individwali kemm taʼ It-Torri Taʼ L-Għassa bil-Malti u bl-Ingliż u kemm l-Awake! Għal territorju li jinħadem taʼ spiss, jistaʼ jiġi wżat kwalunkwe ktejjeb xieraq. Fejn ikun hemm l-interess fuq iż-żjajjar tar-ritorn, jistgħu jiġu offruti abbonamenti. Ġunju: L-Aqwa Bniedem Li Qatt Għex.
◼ L-indokratur li jippresiedi jew xi ħadd maħtur minnu għandu jagħmel ir-reviżjoni tal-kontijiet tal-kongregazzjoni fl-1 taʼ Marzu jew kemm jistaʼ jkun malajr wara din id-data. Avża lill-kongregazzjoni meta dan ikun sar.
◼ Bħalma ġie avżat f’Il-Ministeru Tas-Saltna taʼ Jannar taʼ l-1996, it-taħdita pubblika speċjali għall-istaġun tal-Mafkar taʼ din is-sena se tingħata fil-biċċa l-kbira tal-kongregazzjonijiet nhar il-Ħadd, 21 t’April. It-taħdita jisimha “Nibqgħu Bla Tebgħa Fost Ġenerazzjoni Mgħawġa.” Għandu jsir sforz iktar mis-soltu biex nistiednu lil dawk li jattendu l-Mafkar fit-2 t’April.
◼ Pubblikazzjonijiet Ġodda Disponibbli: Knowledge That Leads to Everlasting Life—Guġarati
“Look! I Am Making All Things New” —Assirjan
Questions Young People Ask—Answers That Work —Guġarati
Sing Praises to Jehovah (Daqs kbir) —Tamil
◼ Audiocassettes Ġodda Disponibbli: Doing What Is Right in Jehovah’s Eyes (Drama, cassette wieħed)—Olandiż, Franċiż