Tfakkiriet Tal-Mafkar
Dawn li ġejjin jeħtieġ li jingħataw attenzjoni qabel l-osservanza tal-Mafkar nhar it-Tlieta, 2 t’April:
◼ Kulħadd, inkluż il-kelliemi, għandu jiġi infurmat bil-ħin eżatt u l-post għaċ-ċelebrazzjoni.
◼ Għandu jiġi akkwistat u ppreparat it-tip taʼ ħobż u nbid xieraq.—Ara It-Torri Taʼ L-Għassa tal-15 taʼ Marzu, 1985, paġna 17 (w85 2/15, p. 19).
◼ Mejda xierqa, tvalja, platti, u tazzi għandhom jittieħdu fis-sala minn qabel u rranġati f’posthom.
◼ Is-Sala tas-Saltna, jew xi post ieħor fejn se ssir il-laqgħa, għandha titnaddaf bir-reqqa minn qabel.
◼ L-attendants u dawk li se jservu għandhom jintgħażlu u jingħataw istruzzjonijiet minn qabel dwar il-proċedura korretta u l-inkarigi tagħhom.
◼ Għandhom isiru arranġamenti biex jiġu servuti xi wħud mill-midlukin li huma morda u li mhux possibbli għalihom li jkunu preżenti.
◼ Meta hija ppjanata iktar minn ċelebrazzjoni waħda fl-istess Sala tas-Saltna, għandu jkun hemm koordinazzjoni bejn il-kongregazzjonijiet biex jiġi evitat iffollar bla bżonn fl-intrata, fil-bieb tad-dħul, barra fuq il-bankina, u fejn jipparkjaw il-karozzi.