Laqgħat tas-Servizz għal Awissu
Ġimgħa Li Tibda 5 t’Awissu
10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-Ministeru Tas-Saltna.
20 min: “Bla Heda F’Li Niddikjaraw L-Aħbar Tajba.” Taħdita u diskussjoni maʼ l-udjenza. Inkludi siltiet mill-Insight on the Scriptures, it-2 Volum, paġna 673, paragrafu 1.
15 min: “Ipproklama L-Aħbar Tajba Tas-Saltna Bil-Brochures.” (Paragrafi 1-5) Uża l-ewwel paragrafu fil-kliem tal-bidu. Agħmel kummenti pożittivi dwar il-vantaġġi taʼ li nużaw il-brochures Gawdi l-Ħajja u “Ħares!” fil-ministeru. Ħejji erbaʼ turijiet mgħoddijin sew, li juru kif jistgħu jsiru l-ewwel żjajjar u ż-żjajjar lura b’dawn il-brochures. Ipprepara pubblikatur żgħir, mgħejjun mill-ġenitur tiegħu, ħalli jagħmel il-preżentazzjonijiet bil-brochure Gawdi l-Ħajja. Il-pubblikaturi jistgħu jsawru l-preżentazzjonijiet tagħhom għal xi brochures oħrajn fuq dawk issuġġeriti hawnhekk.
Għanja 136 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa Li Tibda 12 t’Awissu
15 min: Avviżi lokali. Rapport tal-kontijiet. Inkludi kummenti pożittivi fuq “Ways to Share” (Modi Kif Nieħdu Sehem), fil-Watchtower taʼ l-1 taʼ Diċembru, 1993, paġni 29-31.
15 min: “Ipproklama L-Aħbar Tajba Tas-Saltna Bil-Brochures.” (Paragrafi 6-8) Agħti ħarsa ħafifa fil-qosor lejn x’fih il-brochure L-Iskop. Agħmel turijiet għall-preżentazzjonijiet issuġġeriti għall-ewwel żjara u għaż-żjara lura. Ħeġġeġ lil kulħadd biex jerġaʼ jmur fejn ikun ħalla xi ħaġa.
15 min: “Kontribuzzjonijiet Għall-Appoġġ Tat-Tkabbir Tax-Xogħol Madwar Id-Dinja Tas-Soċjetà.” Taħdita b’entużjażmu minn anzjan. Inkludi xi statistiċi dwar il-progress tax-xogħol tas-Saltna f’xi pajjiżi rrappreżentati, kif irrapportat fil-Yearbook.
Għanja 9 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa Li Tibda 19 t’Awissu
10 min: Avviżi lokali. Irrevedi l-Kaxxa Għall-Mistoqsija.
15 min: “Min Hu Kkwalifikat Biex Jippriedka?” Anzjan jiddiskuti l-artiklu maʼ tnejn jew tliet pubblikaturi. Enfasizza li aħna qegħdin nirċievu l-aqwa taħriġ li jeżisti, u qiegħed ifornina bis-sħiħ bħala ministri t’Alla. M’għandna l-ebda raġuni għalfejn inħossuna li m’aħniex kapaċi biex nippridkaw.
20 min: “Kif Nagħmlu Dixxipli Bil-Ktieb Għarfien.” Diskussjoni maʼ l-udjenza taʼ paragrafi 17-26 taʼ l-insert f’Il-Ministeru Tas-Saltna taʼ Ġunju taʼ l-1996. Irranġa bil-quddiem biex tinkludi xi esperjenzi lokali taʼ dawk li qegħdin jikkonduċu studji fil-ktieb Għarfien. Huma jistgħu jagħmlu kummenti pożittivi dwar kif applikaw is-suġġerimenti misjubin fl-insert u kif ġew mgħejjunin biex jikkonduċu studju tal-Bibbja fid-dar iktar progressiv. Ħeġġeġ lil kulħadd biex jerfaʼ l-insert u jerġaʼ jgħaddiha personalment kull darba li jibda studju ġdid.
Għanja 189 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa Li Tibda 26 t’Awissu
10 min: Avviżi lokali. Irrevedi “Programm Ġdid Tal-Jum T’Assemblea Speċjali.”
20 min: Ħudu Interess Fit-Taħriġ Taʼ Wliedkom. Taħdita minn anzjan. Irrevedi l-informazzjoni fil-brochure Jehovah’s Witnesses and Education, paġni 2-5, fil-waqt li turi għala napprezzaw it-taħriġ utli mogħti fl-iskola. Iddiskuti kif nispjegaw bit-tattika lill-għalliema ir-raġuni għala aħna nżommu fuq quddiem miri spiritwali minflok sekulari. Inkludi xi punti minn “Conclusion,” f’paġna 31. Ħeġġeġ lill-ġenituri biex japplikaw is-suġġerimenti mogħtijin fl-Awake! tat-8 taʼ Settembru, 1988, paġna 11.
15 min: Irrevedi L-Offerta Tal-Letteratura Għal Settembru. Se nużaw il-ktieb Life—How Did It Get Here? By Evolution or by Creation? Uri l-versatilità taʼ dan il-ktieb. Kapitli 1-15 janalizzaw bir-reqqa l-kontroversja dwar kif ġiet il-ħajja; kapitlu 16 jittratta mistoqsija li tħawwad lil kulħadd fid-dinja: “Why Would God Permit Suffering?”; kapitli 17-18 jibnu l-fidi fil-Bibbja bħala li hi l-Kelma ispirata t’Alla u taʼ min joqgħod fuqha; kapitli 19-20 jitfgħu l-attenzjoni lejn l-aħbar tajba tas-Saltna dwar il-ħajja fil-Ġenna fuq l-art u jispjegaw kif nistgħu niksbuha. Ħejji pubblikatur kapaċi biex juża wieħed minn dawn il-modi ħalli jagħmel preżentazzjoni qasira tal-ktieb Creation. Il-pubblikaturi jistgħu jużaw ukoll Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art, jekk dan ikun iktar xieraq għall-inkwilin partikulari.
Għanja 113 u talba taʼ l-għeluq.