LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 8/96 p. 2
  • Kaxxa għall-Mistoqsija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kaxxa għall-Mistoqsija
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1996
  • Materjal Simili
  • Kaxxa għall-Mistoqsija
    Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • Kif Nistaʼ Nirnexxi Bħala Kelliemi fil-Pubbliku?
    Stenbaħ!—2004
  • Agħtu Glorja lil Alla—Mhux lill-Bniedem
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • “Proklamaturi Żelużi tas-Saltna” Ferħanin li Jiltaqgħu Flimkien
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1996
km 8/96 p. 2

Kaxxa għall-​Mistoqsija

◼ X’għandu jsir meta kelliemi pubbliku inkarigat jonqos li jasal fil-​ħin għal-​laqgħa?

Xi drabi, minħabba ċirkostanzi li ma jistgħux jiġu evitati, xi ħu ma jirnexxilux jasal fil-​ħin biex jagħti t-​taħdita li jkun ġie mogħti skond l-​iskeda. Jekk hemm x’wieħed jifhem li dan dalwaqt se jasal, l-​anzjani jistgħu jiddeċiedu li jibdew bl-​Istudju taʼ It-​Torri Taʼ L-​Għassa; il-​Laqgħa Pubblika tistaʼ ssir wara. X’jiġri jekk jidher ċar li l-​kelliemi m’huwiex se jiġi? Forsi wieħed mill-​kelliema lokali jistaʼ jagħti taħdita li jkun ipprepara minn qabel.

Taʼ spiss ippjanar bil-​għaqal minn qabel jevita din il-​problema. Il-​koordinatur tat-​taħdita pubblika għandu jikkuntattja lil kull kelliemi minn taʼ l-​inqas ġimgħa qabel sabiex ifakkru dwar l-​inkarigu tiegħu. It-​tfakkira għandha tinkludi l-​ħin tal-​laqgħa, l-​indirizz u n-​numru tat-​telefon tas-​Sala tas-​Saltna, u direzzjonijiet ċari taʼ kif isib is-​sala. Il-​kelliemi għandu jieħu nota taʼ dawn id-​dettalji bil-​għaqal. Għandu jieħu l-​inkarigu bis-​serjetà, billi jagħmel xi aġġustamenti li hemm bżonn fl-​arranġamenti persunali tiegħu sabiex ikun jistaʼ jwettaq din ir-​responsabbiltà. Jekk jinqalaʼ xi ħaġa li ma tistax tiġi evitata u b’hekk ma jkunx jistaʼ jagħmel dan, għandu jikkuntattja lill-​koordinatur tat-​taħdita pubblika immedjatament biex jinstab ħu ieħor minfloku. Għandu jsir kull sforz sabiex jiġi evitat li taħditiet jiġu kkanċellati fl-​aħħar minuta. Jekk il-​kelliemi se jiddawwar bi ftit minuti, għandu jieħu ħsieb li ssir telefonata lis-​Sala tas-​Saltna biex l-​aħwa jkunu jafu x’għandhom jagħmlu.

Apprezzament lejn inkarigi taʼ taħditiet pubbliċi, ippjanar u tfakkiriet tajbin minn qabel, u indokrar bil-​għaqal jistgħu jassiguraw li l-​kongregazzjoni tkun tistaʼ tgawdi taħdita pubblika taʼ benefiċċju kull ġimgħa.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja