LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 10/96 p. 2
  • Laqgħat tas-Servizz għal Ottubru

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Laqgħat tas-Servizz għal Ottubru
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1996
  • Sottitli
  • Ġimgħa Li Tibda 7 t’Ottubru
  • Ġimgħa Li Tibda 14 t’Ottubru
  • Ġimgħa Li Tibda 21 t’Ottubru
  • Ġimgħa Li Tibda 28 t’Ottubru
Il-Ministeru tas-Saltna—1996
km 10/96 p. 2

Laqgħat tas-​Servizz għal Ottubru

Ġimgħa Li Tibda 7 t’Ottubru

Għanja 47

10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-​Ministeru Tas-​Saltna. Ikkummenta fuq ir-​rapport tas-​servizz taʼ l-​għalqa għal Ġunju kemm tal-​pajjiż u kemm tal-​kongregazzjoni lokali.

15 min: Kaxxa Għall-​Mistoqsija. L-​indokratur tas-​servizz jew anzjan ikkwalifikat ieħor jiddiskuti l-​informazzjoni maʼ l-​udjenza.

20 min: “Ipprepara L-​Preżentazzjoni Tiegħek Stess Bir-​Rivisti.” (Paragrafi 1-7) Staqsi mistoqsijiet fuq paragrafi 1-4, u mbagħad ħejji tnejn jew tliet turijiet qosra biex turi kif jistgħu jiġu offruti r-​rivisti kurrenti, billi jintużaw is-​suġġerimenti f’paragrafi 5-7. Inkludi xi kummenti li hemm f’It-Torri Taʼ L-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Ġunju, 1987, paġna 12, paragrafi 8-9 (w87 3/1, p. 17, pari. 8-9).

Għanja 222 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa Li Tibda 14 t’Ottubru

Għanja 39

10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-​kontijiet.

15 min: “Nippubblikaw Aħbar Tajba Taʼ Xi Ħaġa Aħjar.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Semmi xi ftit mill-​artikli li spikkaw matul is-​snin u li dehru f’It-Torri Taʼ L-​Għassa.​—Ara It-​Torri Taʼ L-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Ġunju, 1987, paġna 8 (w87 3/1, p. 13.)

20 min: “Ipprepara L-​Preżentazzjoni Tiegħek Stess Bir-​Rivisti.” (Paragrafi 8-11) Mistoqsijiet u tweġibiet. Inkludi xi kummenti fuq l-​erbaʼ suġġerimenti f’It-Torri Taʼ L-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Jannar, 1994, paġni 28-9, paragrafi 18-​21 (w94 1/1, pġi. 24-5, pari. 18-21). Billi tuża l-​ħarġiet tar-​rivisti t’Ottubru, uri kif wieħed jipprepara preżentazzjoni: (1) Agħżel artiklu li x’aktarx se jqajjem l-​interess fit-​territorju tiegħek, (2) sib xi punt interessanti li tistaʼ turi, (3) aħseb f’mistoqsija li tistaʼ tiġi wżata biex tiġbed l-​attenzjoni lejn dak il-​punt, (4) sib skrittura li tistaʼ taqraha jekk tingħata l-​opportunità, u (5) ipprepara l-​kliem tiegħek tal-​ftuħ u dak li se tgħid fuq ir-​rivista sabiex tħeġġeġ lill-​inkwilin biex jaċċettah. Ħejji tnejn jew tliet pubblikaturi kapaċi biex jagħmlu preżentazzjoni kull wieħed. Inkludi żagħżugħ li jagħmel offerta sempliċi tar-​rivisti. Dawn għandhom isemmu li jiġu aċċettati donazzjonijiet għax-​xogħol tagħna madwar id-​dinja kull meta jqum is-​suġġett tal-​ħlas.

Għanja 83 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa Li Tibda 21 t’Ottubru

Għanja 169

15 min: Avviżi lokali. Spjega kif wieħed jibda rotta bir-​rivisti: (1) Niżżel kull rivista li ħallejt u l-​artiklu li ġie muri, (2) irranġa biex terġaʼ tmur bil-​ħarġiet li jmiss, u (3) warrab ħin speċifiku fl-​iskeda taʼ servizz tiegħek taʼ kull ġimgħa biex tagħmel dawn iż-​żjajjar. Ftakar biex tniżżel kull żjara bir-​rivisti bħala żjara lura.

15 min: “Aħdem It-​Territorju Tiegħek Bir-​Reqqa.” Iddiskuti l-​artiklu u x’inhuma l-​arranġamenti lokali biex jinħadmu n-​negozji. Stieden lil xi wħud mill-​udjenza biex jirrakkontaw xi esperjenzi inkuraġġanti li gawdew meta ħadmu l-​ħwienet inklużi fit-​territorju tagħhom.

15 min: Bżonnijiet lokali. Jew taħdita minn anzjan fuq l-​artiklu “Maintain Your Confidence Firm to the End,” mill-​Watchtower taʼ l-​1 taʼ Mejju, 1996, paġni 21-4.

Għanja 12 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa Li Tibda 28 t’Ottubru

Għanja 27

10 min: Avviżi lokali. Billi ġejjin ħafna vaganzi dinjin f’Novembru u Diċembru, u b’hekk dak li jkun ikollu vaganza mix-​xogħol sekulari u mill-​iskola, ħeġġeġ lil kulħadd biex jaħseb dwar il-​possibiltà li jinkiteb bħala pijunier awżiljarju. Ħeġġeġ lil kulħadd biex jitfaʼ r-​rapport tiegħu tas-​servizz taʼ l-​għalqa f’Ottubru fi tmiem din il-​ġimgħa.

20 min: “Kif Nixtru L-​Ħin Opportun.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Inkludi xi kummenti mit-​Torri Taʼ L-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Ġunju, 1990, paġni 12-13, paragrafi 7-​11 (w89 12/1, pġi. 16-17, pari. 7-11).

15 min: Irrevedi L-​Offerta Tal-​Letteratura Għal Novembru. Se jiġi offrut il-​ktieb Għarfien, u se jsir sforz speċjali biex immorru lura kulfejn inkunu ħallejna xi ktieb, bil-​ħsieb li nibdew studji tal-​Bibbja fid-​dar. Tnejn jew tliet pubblikaturi kapaċi jiddiskutu l-​valur tal-​ktieb u kif jistaʼ jiġi wżat. L-​informazzjoni li fih teffettwa l-​ħajjiet tan-​nies taʼ kull livell. Ikopri s-​suġġetti u l-​prinċipji fundamentali tal-​Bibbja li wħud ġodda għandhom bżonn jifhmu qabel ma jiġu mgħammdin. Jekk inżommu l-​istudju miexi b’pass tajjeb, l-​istudent jistaʼ jagħmel progress mgħaġġel. Iddiskuti u uri kif wieħed jistaʼ jibda studju billi juża l-​metodu dirett: Irrevedi l-​istampa u l-​kliem li hemm miktub fuqha f’paġni 4-5; spjega l-​metodu tagħna taʼ studju; iddiskuti fil-​qosor l-​ewwel ħames paragrafi taʼ kapitlu 1; agħmel appuntament biex tmur darb’oħra u tkompli d-​diskussjoni, billi twieġeb il-​mistoqsija, Hija l-​ħajja taʼ dejjem ħolma biss? Enfasizza l-​ferħ li jiġi mill-​privileġġ taʼ li nikkonduċu studju tal-​Bibbja fid-​dar.

Għanja 162 u talba taʼ l-​għeluq.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja